Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1362

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1362/2008 tat- 18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    ĠU L 352, 31.12.2008, p. 18–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1362/oj

    31.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 352/18


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1362/2008

    tat-18 ta' Diċembru 2008

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Fl-20 ta’ Diċembru 1996 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2505/96 (1). Id-domanda Komunitarja għall-prodotti li r-Regolament japplika għalihom għandha tintlaħaq skont l-aqwa kundizzjonijiet possibbli. Għal dak il-għan, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, kwota waħda ta’ tariffa Komunitarja ġdida għandha tinfetaħ bir-rata żero ta’ dazju għal ammont xieraq filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq ta’ dan il-prodott.

    (2)

    L-ammonti tal-kwota għal żewġ kwoti tat-tariffi awtonomi Komunitarji mhumiex biżżejjed biex jilħqu l-bżonnijiet tal-industrija Komunitarja għall-perjodu tal-kwota attwali li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2008. Għaldaqstant, dawk l-ammonti tal-kwota għandhom jiżdiedu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008.

    (3)

    L-ammont tal-kwota għal kwota waħda ta’ tariffa Komunitarja awtonoma jfixkel is-suq Komunitarju intern. Għaldaqstant, dan l-ammont tal-kwota għandu jitnaqqas.

    (4)

    Ma għadux fl-interess tal-Komunità li fl-2009 tkompli tagħti kwoti tat-tariffi Komunitarji għal ċerti prodotti li fl-2008 kienu stabbiliti dawn il-kwoti għalihom. Għalhekk, dawk il-kwoti għandhom jingħalqu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 u l-prodotti korrispondenti għandhom jitneħħew mil-lista fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96.

    (5)

    Fid-dawl tal-ħafna bidliet li għad iridu jsiru, iċ-ċarezza tesiġi li l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu jinbidel fl-intier tiegħu.

    (6)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Fid-dawl tal-importanza ekonomika ta' dan ir-Regolament, huwa neċessarju li jsir użu mir-raġunijiet ta' urġenza previsti fil-punt I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

    (8)

    Billi l-kwoti tat-tariffi għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    B’effett mill-1 ta’ Jannar 2008, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96:

    (a)

    il-volum tal-kwota għall-kwota tat-tariffa għan-numru tal-ordni 09.2812 għandu jkun ffissat għal 4 000 tunnellata;

    (b)

    il-volum tal-kwota għall-kwota tat-tariffa għan-numru tal-ordni 09.2950 għandu jkun ffissat għal 15 000 tunnellata.

    Artikolu 3

    B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96:

    il-volum tal-kwota għall-kwota tat-tariffa għan-numru tal-ordni 09.2908 għandu jkun stipulat għal 40 000 tunnellata.

    Artikolu 4

    B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandha tiddaħħal ringiela għan-numru tal-ordni 09.2631.

    Artikolu 5

    B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandhom jitħassru r-ringieli għan-numri tal-ordnijiet 09.2618, 09.2713, 09.2719, 09.2771 u 09.2775.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

    Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BARNIER


    (1)  ĠU L 345, 31.12.1996, p. 1.


    ANNESS

    “ANNESS I

    In-numru tal-ordni

    Il-kodiċi tan-NM

    TARIC

    Id-deskrizzjoni

    Il-perjodu tal-kwota

    L-ammont tal-kwota

    Id-dazju fuq il-kwota

    09.2849

    ex 0710 80 69

    10

    Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1)  (2)

    1.1.-31.12.

    700 tunnellata

    0  %

    09.2913

    ex 2401 10 35

    91

    Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ f’daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux inqas minn 450 ewro għal kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala legatur jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura 2402 10 00  (1)

    1.1-31.12.

    6 000 tunnellata

    0  %

    ex 2401 10 70

    10

    ex 2401 10 95

    11

    ex 2401 10 95

    21

    ex 2401 10 95

    91

    ex 2401 20 35

    91

    ex 2401 20 70

    10

    ex 2401 20 95

    11

    ex 2401 20 95

    21

    ex 2401 20 95

    91

    09.2841

    ex 2712 90 99

    10

    Taħlita ta1-alkeni li fihom 80 % tal-piż jew iktar tal-alkeni b’tul ta’ katina ta’ 20 u 22 atomu tal-karbonju

    1.1.-31.12.

    10 000 tunnellata

    0  %

    09.2703

    ex 2825 30 00

    10

    Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1)

    1.1-31.12.

    13 000 tunnellata

    0  %

    09.2806

    ex 2825 90 40

    30

    Triossidu tat-tungsteni

    1.1.-31.12.

    12 000 tunnellata

    0  %

    09.2611

    ex 2826 19 90

    10

    Fluworid tal-kalċju li fih kontenut totali ta’ aluminju, manjeżju u sodju ta’ 0,25 mg/kg jew inqas, fil-forma ta’ trab

    1.1.-31.12.

    55 tunnellata

    0  %

    09.2837

    ex 2903 49 80

    10

    Bromoklorometan

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0  %

    09.2933

    ex 2903 69 90

    30

    1,3-Diklorobenżin

    1.1.-31.12.

    2 600 tunnellata

    0  %

    09.2950

    ex 2905 59 98

    10

    2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-subintestatura 4002 99 90  (1)

    1.1.-31.12.

    15 000 tunnellata

    0  %

    09.2851

    ex 2907 12 00

    10

    O-Kresol b’purità ta’ mhux inqas minn 98,5 % skont il-piż

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0  %

    09.2624

    2912 42 00

     

    Etilvanillin (3-etossi-4-idrossibenżaldeide)

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0  %

    09.2767

    ex 2910 90 00

    80

    Eteru tal-allil gliċidil

    1.1.-31.12.

    1 500 tunnellata

    0  %

    09.2972

    2915 24 00

     

    Anidride aċetiku

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0  %

    09.2769

    ex 2917 13 90

    10

    Sebakat tad-dimentil

    1.1.-31.12.

    1 300 tunnellata

    0  %

    09.2808

    ex 2918 22 00

    10

    Aċidu aċetilsaliċiliku

    1.1.-31.12.

    120 tunnellata

    0  %

    09.2975

    ex 2918 30 00

    10

    Benżofenon-3,3′:4,4′-tetrakarbossiliku dianidrid

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0  %

    09.2602

    ex 2921 51 19

    10

    o-Fenilendiammina

    1.1.-31.12.

    1 800 tunnellata

    0  %

    09.2977

    2926 10 00

     

    Akrilonitril

    1.1.-31.12.

    30 000 tunnellata

    0  %

    09.2030

    ex 2926 90 95

    74

    Klorotalonil

    1.1.-31.12.

    1 500 tunnellata

    0  %

    09.2002

    ex 2928 00 90

    30

    Fenilidrażin

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0  %

    09.2917

    ex 2930 90 13

    90

    Ċistina

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0  %

    09.2603

    ex 2930 90 85

    79

    Bis(3-trietossisililpropil)tetrasulfid

    1.1.-31.12.

    9 000 tunnellata

    0  %

    09.2810

    2932 11 00

     

    Tetraidrofuran

    1.1-31.12.

    20 000 tunnellata

    0  %

    09.2955

    ex 2932 19 00

    60

    Flurtamon (ISO)

    1.1.-31.12.

    300 tunnellata

    0  %

    09.2812

    ex 2932 29 85

    77

    Eża-6-olid

    1.1.-31.12.

    4 000 tunnellata

    0  %

    09.2615

    ex 2934 99 90

    70

    Aċidu ribonuklejku

    1.1.-31.12.

    110 tunnellata

    0  %

    09.2619

    ex 2934 99 90

    71

    2-Tijenilaċetonitril

    1.1.-31.12.

    80 tunnellata

    0  %

    09.2945

    ex 2940 00 00

    20

    D-Ksilożju

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0  %

    09.2908

    ex 3804 00 90

    10

    Linjosulfonat tas-sodju

    1.1.-31.12.

    40 000 tunnellata

    0  %

    09.2889

    3805 10 90

     

    Terpentina tas-sulfat

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0  %

    09.2935

    3806 10 10

     

    Rożin u aċidi tar-reżin miksuba minn oleoreżini friski

    1.1.-31.12.

    280 000 tunnellata

    0  %

    09.2814

    ex 3815 90 90

    76

    Katalizzatur magħmul mid-diossidu tat-titanju u t-triossidu tat-tungstenu

    1.1.-31.12.

    1 600 tunnellata

    0  %

    09.2829

    ex 3824 90 97

    19

    Estratt solidu ta’ residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba waqt l-estrazzjoni tar-reżin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

    kontenut aċiduż ta’ reżin li ma jaqbiżx it-30 % bil-piż,

    numru tal-aċidu li ma jaqbiżx il-110

    u

    punt tat-tidwib ta' 100 °C jew iktar

    1.1.-31.12.

    1 600 tunnellata

    0  %

    09.2914

    ex 3824 90 97

    26

    Soluzzjoni tal-ilma li fiha mhux inqas minn 40 % tal-piż ta' estratt niexef tal-betaina u bejn 5 % u 30 % tal-piż ta' mluħ organiċi jew inorganiċi

    1.1.-31.12.

    5 000 tunnellata

    0  %

    09.2986

    ex 3824 90 97

    76

    Taħlita ta' ammini terzjarji li fihom:

    60 % dodeċildimetilammina jew iktar skont il-piż

    20 % dimetil(tetradeċil)ammina jew iktar skont il-piż

    0,5 % eżadeċildimetilammina jew iktar skont il-piż,

    għall-użu fil-produzzjoni ta' ossidi tal-ammini (1)

    1.1-31.12.

    14 315 tunnellata

    0  %

    09.2907

    ex 3824 90 97

    86

    Taħlita ta' ammini terzjarji li fihom piż ta’:

    75 % jew iktar sterols,

    mhux iktar minn 25 % ta’ stanoli

    għall-użu fil-produzzjoni ta' esteri tal-istanoli/steroli (1)

    1.1.-31.12.

    2 500 tunnellata

    0  %

    09.2140

    ex 3824 90 97

    98

    Taħlita ta' ammini terzjarji li fihom piż ta’:

    2,0-4,0 % ta' N,N-dimetil-1-ottanammina

    minimu ta' 94 % ta’ N,N-dimetil-1-dekanammina

    massimu ta' 2 % ta’ N,N-dimetil-1-dodekanammina

    1.1.-31.12.

    4 500 tunnellata

    0  %

    09.2992

    ex 3902 30 00

    93

    Kopolimer tal-propilen-butilen, li fih 60 % jew iktar skont il-piż imma mhux iktar minn 68 % ta’ propilen u 32 % jew iktar imma mhux iktar minn 40 % ta' butilen, b'viskożità tat-tidwib mhux ogħla minn 3 000  mPa f'190 °C, kif iddeterminat bil-metodu ASTM D 3236, għall-użu bħala adeżiv fil-produzzjoni ta' prodotti li jaqgħu taħt is-subintestatura 4818 40  (1)

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0  %

    09.2947

    ex 3904 69 90

    95

    Poli(viniliden fluworid), fil-forma ta' trab, għall-preparazzjoni ta' żebgħa jew verniċ għall-kisi tal-metall (1)

    1.1.-31.12.

    1 300 tunnellata

    0  %

    09.2604

    ex 3905 30 00

    10

    Poli(vinil alkoħol) parzjalment aċetalizzat b'5-(4-ażido-2-sulfobenżiliden)-3-(formilpropil)-rodanin, melħ tas-sodju

    1.1.-31.12.

    100 tunnellata

    0  %

    09.2616

    ex 3910 00 00

    30

    Polidimetilsilossan b'livell ta' polimerizzazzjoni ta' 2 800  unità ta' monomeri (± 100)

    1.1.-31.12.

    1 300 tunnellata

    0  %

    09.2816

    ex 3912 11 00

    20

    Laqx tal-aċetat taċ-ċelluloża għall-użu fil-produzzjoni ta' truf tal-filament tal-aċetat taċ-ċelluloża (1)

    1.1.-31.12.

    45 500 tunnellata

    0  %

    09.2818

    ex 6902 90 00

    10

    Briks reffrattorji b’

    tul tat-tarf ta’ iktar minn 300 mm u

    kontenut ta’ TiO2 ta’ mhux iktar minn 1 % skont il-piż u

    kontenut ta’ Al2O3 ta’ mhux iktar minn 0,4 % skont il-piż u

    bidla fil-volum ta’ inqas minn 9 % f’1 700  °C

    1.1.-31.12.

    75 tunnellata

    0  %

    09.2628

    ex 7019 52 00

    10

    Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b'piż ta' 120 gm/m2 (± 10 gm/m2, ta’ tip li jintuża fl-iskrins ta’ kontra n-nemus, li għandhom qafas fiss u li jistgħu jitgerrbu

    1.1.-31.12.

    350 000 m2

    0  %

    09.2799

    ex 7202 49 90

    10

    Ferro-kromju li fih 1,5 % jew iktar imma mhux iktar minn 4 % ta' karbonju skont il-piż u mhux iktar minn 70 % ta' kromju

    1.1.-31.12.

    50 000 tunnellata

    0  %

    09.2629

    ex 7616 99 90

    85

    Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-produzzjoni tal-bagalji (1)

    1.1.-31.12.

    240 000 unità

    0  %

    09.2763

    ex 8501 40 80

    30

    Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ iktar minn 750 W, u b’qawwa tal-input ta' iktar minn 1 600  W imma mhux iktar minn 2 700  W, dijametru estern ta’ iktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux iktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ iktar minn 30 000  rpm imma mhux iktar minn 50 000  rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1)

    1.1.-31.12.

    2 000 000 unità

    0  %

    09.2620

    ex 8526 91 20

    20

    Muntaġġ għal sistema tal-GPS b'funzjoni ta' determinazzjoni tal-pożizzjoni

    1.1.-31.12.

    2 000 000 unità

    0  %

    09.2003

    ex 8543 70 90

    63

    Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f'elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat, miżmum f’qafas b’dimensjonijiet esterni ta' mhux iktar minn 30 × 30 mm

    1.1.-31.12.

    1 400 000 unità

    0  %

    09.2631

    ex 9001 90 00

    80

    Lentijiet tal-ħġieġ mhux immuntati, priżmi u elementi mgħaqqda għall-użu fil-produzzjoni ta’ oġġetti bil-kodiċijiet tan-Nm 9005 , 9013 u 9015  (1)

    1.1.-31.12.

    5 000 000 unità

    0  %


    (1)  Id-dħul taħt din is-subintestatura huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti Komunitarji (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1)).

    (2)  Madankollu, il-miżura ma titħalliex titwettaq meta l-ipproċessar isir mill-istabbilimenti tal-catering jew li jbiegħu bl-imnut.”.


    Top