This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1338
Regulation (EC) No 1338/2008 of the European Parliament and of the Council of 16 December 2008 on Community statistics on public health and health and safety at work (Text with EEA relevance)
Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70–81
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2021
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 354/70 |
REGOLAMENT (KE) Nru 1338/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta' Diċembru 2008
dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tadotta programm ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (3), tenniet li l-element statistiku tas-sistema ta’ l-informazzjoni dwar is-saħħa pubblika ġie żviluppat b’kollaborazzjoni ma’ l-Istati Membri bl-użu kif meħtieġ, tal-Programm Statistiku tal-Komunità sabiex tiġi promossa s-sinerġija u tiġi evitata d-duplikazzjoni. Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (4) indikat li l-għan tagħha li tiġġenera u tiddisemina l-informazzjoni u l-għarfien dwar is-saħħa jiġi mwettaq permezz ta' azzjonijiet li jiżviluppaw ulterjorment sistema sostenibbli ta' monitoraġġ tas-saħħa b'mekkaniżmi għall-ġbir ta' data u informazzjoni komparabbli, b'indikaturi adatti, u li jiżviluppaw, bil-Programm Statistiku Komunitarju, l-element statistiku ta' din is-sistema. |
(2) |
L-informazzjoni tal-Komunità dwar is-saħħa pubblika ġiet żviluppata sistematikament permezz tal-programmi Komunitarji għas-saħħa pubblika. Ħarġet issa lista ta’ Indikaturi tas-Saħħa fil-Komunità Ewropea (ECHI — European Community Health Indicators) li tibni fuq din il-ħidma u li tipprovdi perspettiva ġenerali ta’ l-istatus tas-saħħa, il-fatturi determinanti tas-saħħa u tas-sistemi tas-saħħa. Sabiex ikun disponibbli s-sett tad-data statistika minima meħtieġa għall-kalkolu ta’ l-ECHI, l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pibblika għandha tkun konsistenti, meta jkun rilevanti u possibbli, ma’ l-iżviluppi u l-kisbiet li jirriżultaw mill-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika. |
(3) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2002 dwar Strateġija Komunitarja ġdida għas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (2002-2006) (5) talbet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex titħaffef il-ħidma attwali ta’ armonizzazzjoni ta’ l-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol u l-mard relatat max-xogħol, sabiex ikun hemm data komparabbli disponibbli li minnha tkun tista’ ssir valutazzjoni oġġettiva ta’ l-impatt u l-effettività tal-miżuri li jittieħdu taħt l-istrateġija Komunitarja l-ġdida, kif ukoll enfasizzat, f'taqsima speċifika, fuq il-bżonn li jittieħed kont taż-żieda fil-proporzjon ta' nisa fis-suq tax-xogħol u li jiġu ttrattati l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom fir-rigward tal-linji politiċi dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. Barra minn hekk, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ġunju 2007 dwar it-tieni strateġija Komunitarja dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (2007-2012) (6) il-Kunsill talab lill-Kummissjoni sabiex tikkopera ma' l-awtoritajiet leġislattivi sabiex tiġi stabbilita sistema adatta ta' statistika Ewropea fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol, li tieħu kont tas-sistemi nazzjonali differenti u tevita l-impożizzjoni ta' aktar piżijiet amministrattivi. Fl-aħħarnett, fir-Rakkomandazzjoni tagħha tad-19 ta’ Settembru 2003 dwar l-iskeda Ewropea tal-mard relatat max-xogħol (7), il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Istati Membri progressivament jagħmlu l-istatistika tagħhom dwar il-mard relatat max-xogħol waħda kompatibbli ma’ l-iskeda Ewropea, b’konformità mal-ħidma li qed titwettaq fuq is-sistema ta' armonizzazzjoni ta’ l-istatistika Ewropea dwar il-mard relatat max-xogħol. |
(4) |
Il-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002 irrikonoxxa tliet prinċipji ta’ gwida għar-riforma tas-sistemi tal-kura tas-saħħa: aċċessibbiltà għal kulħadd, kura ta’ kwalità għolja u sostenibbiltà finanzjarja għal perijodu ta’ żmien twil. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ April 2004 intitolata “L-immodernizzar tal-protezzjoni soċjali għall-iżvilupp ta’ kura tas-saħħa u kura fit-tul ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u sostenibbli: appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali li jużaw il-‘metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni’”, ipproponiet li tinbeda ħidma sabiex jiġu identifikati indikaturi possibbli għal għanijiet konġunti sabiex jiġu żviluppati sistemi ta’ kura abbażi ta' attivitajiet li jitwettqu fil-kuntest tal-programm ta’ azzjoni Komunitarju għas-saħħa, ta' l-istatistika ta’ l-Eurostat dwar is-saħħa u ta' koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. Fl-istabbiliment ta' dawn l-indikaturi, għandha tingħata attenzjoni speċifika għall-użu u l-komparabbiltà ta' l-awtovalutazzjoni tas-saħħa kif rappurtata fl-istħarriġ. |
(5) |
Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Komunità (8) tinkludi azzjoni dwar l-ambjent u s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja bħala prijorità ambjentali ċentrali, filwaqt li sejħet għad-definizzjoni u l-iżvilupp ta’ indikaturi tas-saħħa u l-ambjent. Barra minn dan, il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Indikaturi Strutturali tat-8 ta’ Diċembru 2003 talbu l-inklużjoni ta’ indikaturi dwar il-bijodiversità u s-saħħa, taħt it-titolu “ambjent”, fid-database ta’ l-indikaturi strutturali użati fir-Rapport tar-Rebbiegħa annwali lill-Kunsill Ewropew; l-indikaturi tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol huma inklużi wkoll f’din id-database, taħt it-titolu “impjiegi”. Is-sett ta’ l-indikaturi ta’ l-iżvilupp sostenibbli adottat mill-Kummissjoni fl-2005 jinkludi wkoll tema dwar l-indikaturi tas-saħħa pubblika. |
(6) |
Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 jirrikonoxxi l-bżonn li titjieb il-kwalità, il-komparabbiltà u l-aċċessibbiltà tad-data dwar l-istatus tas-saħħa fir-rigward ta’ mard u disturbi relatati ma’ l-ambjent, bl-użu tal-Programm Statistiku Komunitarju. |
(7) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-promozzjoni ta' l-impjieg u l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni b’diżabilità (9), talbet lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jiġbru materjal statistiku dwar is-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabilità, inkluż dwar l-iżvilupp tas-servizzi u l-benefiċċji għal dan il-grupp. Barra minn dan, il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tat-30 ta’ Ottubru 2003 intitolata “Opportunitajiet indaqs għall-persuni b’diżabilità: Pjan ta’ Azzjoni Ewropew”, iddeċidiet li tiżviluppa indikaturi tal-kuntest, li huma komparabbli fl-Istati Membri kollha, sabiex tivvaluta l-effettività tal-linji politiċi dwar id-diżabilità. Din indikat li għandu jsir użu massimu mis-sorsi u l-istrutturi tas-Sistema Statistika Ewropea, partikolarment permezz ta’ l-iżvilupp tal-moduli armonizzati tas-surveys, sabiex tinkiseb l-informazzjoni statistika komparabbli internazzjonalment għall-monitoraġġ tal-progress. |
(8) |
Sabiex tiġi żgurata r-rilevanza u l-komparabbiltà tad-data u tkun evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol, l-attivitajiet tal-Kummissjoni (Eurostat) fil-qasam tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol għandhom jitwettqu b’koperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti u l-organizzazzjonijiet speċjali tagħha, bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), kif ukoll l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), fejn ikun rilevanti u possibbli. |
(9) |
Il-Kummissjoni (l-Eurostat) diġà tiġbor fuq bażi regolari, data statistika dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol mill-Istati Membri, li jipprovdu din id-data fuq bażi volontarja. Din tiġbor ukoll data dwar dawk l-oqsma minn sorsi oħra. Dawk l-attivitajiet huma żviluppati b’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri. Fil-qasam ta’ l-istatistika tas-saħħa pubblika b’mod partikolari, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni huma mmexxija u organizzati skond l-istruttura ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri. Madankollu, għad hemm il-bżonn ta’ akbar preċiżjoni, affidabbiltà, koerenza u komparabbilta', kopertura, azzjonijiet f’waqthom u puntwalità fir-rigward tal-ġbir tad-data statistika eżistenti u huwa neċessarju wkoll li jiġi żgurat li ġbir ulterjuri li jkun maqbul u żviluppat ma’ l-Istati Membri jiġi implimentat sabiex jinkiseb is-sett tad-data statistika minima neċessarja fil-livell Komunitarju fl-oqsma tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. |
(10) |
Il-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja speċifika hija regolata permezz tar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità (10). |
(11) |
Dan ir-Regolament jiżgura rispett sħiħ lejn id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali kif previst fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea (11). |
(12) |
Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (12) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (13) japplikaw fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. Ir-rekwiżiti statistiċi li jinqalgħu fl-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika, mill-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp ta’ kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u sostenibbli, u mill-istrateġija tal-Komunità dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, kif ukoll ir-rekwiżiti li jinqalgħu b’rabta ma’ l-indikaturi strutturali, l-indikaturi ta’ l-iżvilupp sostenibbli u l-ECHI u settijiet oħra ta’ indikaturi meħtieġa li jiġu żviluppati għal skopijiet ta’ monitoraġġ ta’ l-azzjonijiet politiċi u l-istrateġiji Komunitarji u nazzjonali fl-oqsma tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, jikkostitwixxu interess pubbliku sostanzjali. |
(13) |
It-trażmissjoni tad-data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika hija regolata mis-sett ta’ regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 322/97 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta’ Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (14). Il-miżuri meħuda skond dawk ir-Regolamenti jiżguraw il-ħarsien fiżiku u loġiku tad-data kunfidenzjali u jiżguraw li l-ebda żvelar illegali jew użu mhux għal skop statistiku ma jsir meta tiġi proċessata u disseminata l-istatistika Komunitarja. |
(14) |
Fil-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ statistika Komunitarja taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet ta’ l-istatistika nazzjonali u Komunitarji għandhom jieħdu kont tal-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi tal-Prattika Ewropew għall-Istatistika, adottat mill-Kumitat tal-Programm Statistiku fl-24 ta’ Frar 2005. |
(15) |
Ġaladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif ta’ qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, ma jista'x jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(16) |
Waqt li jirrikonoxxi li l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tas-sistemi ta' kura tas-saħħa huma materji ta' kompetenza nazzjonali u li l-implimentazzjoni tal-liġi Komunitarja dwar il-postijiet tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol hija primarjament ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri, dan ir-Regolament jiżgura rispett sħiħ għall-kompetenza ta' l-Istati Membri għas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. |
(17) |
Huwa importanti li s-sess u l-età jiġu inklużi fil-varjabbli tas-suddiviżjoni peress li dan jippermetti li jittieħed kont ta' l-impatt tad-differenzi bejn is-sessi u l-etajiet fis-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. |
(18) |
Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni (15). |
(19) |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri implimentattivi li jkopru il-karatteristiċi ta' ċerti suġġetti u s-suddiviżjoni, il-perijodi ta' referenza, l-intervalli u l-limiti ta' żmien applikabbli għalihom għall-forniment tad-data kif ukoll għall-forniment tal-metadata. Peress li dawk huma miżuri b’ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b’ elementi ġodda li mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(20) |
Il-finanzjament komplimentarju għall-ġbir tad-data fl-oqsma tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol għandhom jiġu provduti rispettivament fi ħdan il-oqsfa tat-tieni programm ta' Azzjoni komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) u tal-Programm Komunitarju għall-Impjiegi u s-Solidarjetà soċjali — Progress (16). Fi ħdan dawk l-oqfsa, ir-riżorsi finanzjarji għandhom jintużaw sabiex jgħinu lill-Istati Membri jkomplu jibnu l-kapaċitajiet nazzjonali sabiex jimplimentaw titjib u għodod ġodda għall-ġbir ta' data statistika fl-oqsma tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. |
(21) |
Il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat. |
(22) |
Il-Kumitat tal-Programm Statistiku ġie kkonsultat konformement ma' l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom (17), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. L-istatistika għandha tiġi prodotta konformement ma' standards ta' imparzjalità, affidabilità, oġġettività, kost-effettività u konfidenzjalità statistika.
2. L-istatistika għandha tinkludi, fil-forma ta’ sett ta' data armonizzat u komuni, l-informazzjoni meħtieġa għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika, għas-sostenn ta’ l-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp ta’ kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja, universalment aċċessibbli u sostenibbli kif ukoll għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.
3. L-istatistika għandha tipprovdi d-data għal indikaturi strutturali, indikaturi ta’ żvilupp sostenibbli u Indikaturi tas-Saħħa fil-Komunità Ewropea (ECHI), kif ukoll settijiet ta’ indikaturi oħra li jeħtieġu li jiġu żviluppati għal skopijiet ta’ azzjonijiet Komunitarji ta’ monitoraġġ fl-oqsma tas-saħħa pubblika u tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.
Artikolu 2
Ambitu
L-Istati Membri għandhom jissuplixxu statistika lill-Kummissjoni (l-Eurostat) dwar id-dominji li ġejjin:
— |
l-istatus tas-saħħa u l-fatturi determinanti għas-saħħa, kif definiti fl-Anness I, |
— |
il-kura tas-saħħa, kif definita fl-Anness II, |
— |
il-kaġunijiet tal-mewt, kif definiti fl-Anness III, |
— |
l-inċidenti fuq ix-xogħol, kif definiti fl-Anness IV, |
— |
il-mard relatat max-xogħol u problemi ta’ saħħa u mard ieħor relatati max-xogħol, kif definiti fl-Anness V. |
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
(a) |
“statistika Komunitarja” għandu jkollha t-tifsira mogħtija lilha fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97; |
(b) |
“produzzjoni ta’ statistika” għandu jkollha t-tifsira mogħtija lilha fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97; |
(c) |
“saħħa pubblika” għandha tfisser l-elementi kollha relatati mas-saħħa, jiġifieri l-istatus tas-saħħa, inklużi l-morbożità u d-diżabilità, il-fatturi determinanti li jaffettwaw dak l-istatus tas-saħħa, il-bżonnijiet ta’ kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, l-għoti tal-kura tas-saħħa u l-aċċess universali għaliha kif ukoll in-nefqa fuq il-kura tas-saħħa u l-finanzjament tagħha, u l-kaġunijiet tal-mortalità; |
(d) |
“saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol” għandha tfisser l-elementi kollha relatati mal-prevenzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix-xogħol fl-attivitajiet tagħhom fil-preżent jew fl-imgħoddi, b’mod partikolari inċidenti fuq ix-xogħol, mard relatat max-xogħol u problemi ta’ saħħa u mard ieħor relatat max-xogħol. |
(e) |
“mikro-data” għandha tfisser rekords statistiċi individwali; |
(f) |
“trażmissjoni ta' data kunfidenzjali” għandha tfisser it-trażmissjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità Komunitarja ta' data kunfidenzjali li ma tħallix identifikazzjoni diretta, f'konformità ma' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 322/97 u mar-Regolament (Euratom, KEE) Nru 1588/90. |
(g) |
“data personali” għandha tfisser kull informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli, skond l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE. |
Artikolu 4
Sorsi
L-Istati Membri għandhom jiġbru id-data dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol minn sorsi li, skond is-setturi u s-suġġetti u skond il-karatteristiċi tas-sistemi nazzjonali, għandhom jikkonsistu f'surveys fid-djar jew simili jew moduli ta' surveys, jew inkella sorsi nazzjonali amministrattivi jew ta' rappurtar.
Artikolu 5
Metodoloġija
1. Fil-metodi użati għall-implimentazzjoni tal-ġbir tad-data għandhom jieħdu kont ta', inkluż fil-każ ta’ attivitajiet ta' tħejjija, l-esperjenza u l-ħiliet esperti nazzjonali, u l-ispeċifiċitajiet, il-kapaċitajiet u l-ġbir tad-data eżistenti nazzjonali, fil-qafas tan-netwerks kollaborattivi u strutturi oħrajn tas-Sistema Statistika Ewropea (SSE) ma’ l-Istati Membri stabbiliti mill-Kummissjoni (l-Eurostat). Il-metodoloġiji għall-ġbir tad-data regolari li jirriżulta minn proġetti b’dimensjoni statistika mwettqa taħt programmi Komunitarji oħrajn bħall-programmi tas-saħħa pubblika jew ta’ riċerka għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.
2. Il-metodoloġiji statistiċi u l-ġbir tad-data li għandhom jiġu żviluppati għall-ġbir ta’ l-istatistika dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol fil-livell Komunitarju għandhom jieħdu kont tal-bżonn ta' koordinazzjoni, kull meta jkun rilevanti, ma’ l-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-komparabbiltà internazzjonali ta’ l-istatistika u l-konsistenza tal-ġbir tad-data kif ukoll li tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' l-isforz u tal-kunsinni tad-data mill-Istati Membri.
Artikolu 6
Studji pilota u analiżi tal-benefiċċju meta mqabbel mal-ispiża
1. Kull meta tkun meħtieġa aktar data ma' dik diġà miġbura u ma' dik li diġà jeżistu metodoloġiji għaliha, jew meta tkun identifikata insuffiċjenza fil-kwalita' tad-data fid-dominji msemmija fl-Artikolu 2, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha twettaq studji pilota li jitlestew mill-Istati Membri fuq bażi volontarja. L-għan ta’ dawn l-istudji-pilota għandu jkun dak li jittestjaw il-kunċetti u l-metodi u jivvalutaw il-vijabbiltà tal-ġbir tad-data relatata, inklużi l-kwalità statistika, il-komparabbiltà u l-kost-effettivita', skond il-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Prattika dwar l-Istatistika Ewropea.
2. Kull meta tkun prevista l-preparazzjoni ta' miżura implimentattiva skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2), għandha titwettaq analiżi tal-benefiċċju meta mqabbel mal-ispiża, li tieħu kont tal-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-data mqabbla ma' l-ispiża tal-ġbir tad-data u l-piż fuq l-Istati Membri.
3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tħejji rapport li jevalwa s-sejbiet ta' l-istudji pilota u/jew l-analiżi tal-benefiċċju meta mqabbel mal-ispiża, inkluż l-effetti u l-implikazzjonijiet ta' l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, fil-qafas tan-netwerks kollaborattivi u strutturi oħrajn ta' l-SSE.
Artikolu 7
Trażmissjoni, trattament u disseminazzjoni tad-data
1. Meta dan ikun meħtieġ għall-produzzjoni ta' statistika Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-mikrodata kunfidenzjali jew, skond is-settur jew is-suġġett konċernat, id-data kumulattiva, skond id-dispożizzjonijiet dwar it-trażmissjoni tad-data soġġetta għal kunfidenzjalità stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 322/97 u fir-Regolament (Euratom, KEE) Nru 1588/90. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għat-trattament tad-data mill-Kummissjoni (Eurostat), safejn id-data tkun kunsidrata kunfidenzjali fis-sens ta' l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 322/97. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data trażmessa ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta ta' l-unitajiet statistiċi (l-individwi) u li d-data personali tkun protetta f'konformità mal-prinċipji stabbiliti bid-Direttiva 95/46/KE.
2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data u l-metadata meħtieġa skond dan ir-Regolament f’forma elettronika skond standard ta’ skambju maqbul bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri. Id-data għandha tiġi provduta konformement mal-limiti ta’ żmien stabbiliti, fl-intervalli previsti, u b'rispett tal-perijodi ta’ referenza indikati, fl-Annessi jew fil-miżuri implimentattivi adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 10(2).
3. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex ittejjeb id-disseminazzjoni, l-aċċessibbiltà u d-dokumentazzjoni ta’ l-informazzjoni statistika, konformement mal-prinċipji ta' komparabbiltà, affidabbiltà u kunfidenzjalità statistika stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 8
Evalwazzjoni ta’ kwalità
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-dimensjonijiet li ġejjin ta’ evalwazzjoni ta’ kwalità għandhom japplikaw għall-istatistika li għandha tiġi trażmessa:
(a) |
“ir-rilevanza” għandha tirreferi għall-grad ta’ kemm l-istatistika tilħaq il-bżonnijiet kurrenti u potenzjali ta’ l-utenti; |
(b) |
“il-preċizjoni” għandha tirreferi għal kemm l-estimi jqarrbu lejn il-valuri vera mhux magħrufa; |
(c) |
“il-wasla fil-ħin” għandha tirreferi għad-dewmien ta’ żmien bejn id-disponibilità ta' l-informazzjoni u l-avveniment jew il-fenomenu li dan jiddeskrivi; |
(d) |
“il-puntwalità” għandha tirreferi għad-dewmien ta’ żmien bejn id-data ta’ rilaxx tad-data u d-data mmirata meta suppost kellha tintbagħat; |
(e) |
“l-aċċessibbiltà” u “ċ-ċarezza” għandha jirreferu għall-kundizzjonijiet u l-modalitajiet li bihom l-utenti jistgħu jiksbu, jużaw u jinterpretaw id-data; |
(f) |
“il-kumparabilità” għandha tirreferi għall-kejl ta' l-impatt tad-differenzi fil-kunċetti statistiċi u għodod u proċeduri applikati meta l-istatistika titqabbel bejn iż-żoni ġeografiċi, dominji settorjali jew matul iż-żmien; |
(g) |
“il-koerenza” għandha tirreferi għall-adegwatezza tad-data li tkun marbuta b’mod affidabbli b’modi differenti u għal użu varju. |
2. Kull ħames snin kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni (l-Eurostat) rapport dwar il-kwalità tad-data trażmessa. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa l-kwalità ta' data trażmessa u tippubblika rapporti.
Artikolu 9
Miżuri implimentattivi
1. Il-miżuri implimentattivi għandhom ikopru:
(a) |
il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas- suġġetti koperti fl-Annessi I sa V; |
(b) |
is-suddiviżjoni tal-karatteristiċi; |
(c) |
il-perijodi ta' referenza, l-intervalli u l-limiti ta' żmien għal-forniment tad-data; |
(d) |
il-forniment ta' metadata. |
Dawn il-miżuri għandhom jieħdu kont, b'mod partikolari, tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(2) u (3) u l-Artikolu 7(1), kif ukoll tad-disponibbiltà, kemm huma adatti, u l-kuntest legali tas-sorsi tad-data Komunitarji eżistenti wara eżami tas-sorsi kollha relatati mad-dominji u s-suġġetti rispettivi.
Dawn il-miżuri maħsuba sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
2. Jekk ikunu meħtieġa, derogi u perijodi ta’ transizzjoni għal xi Stati Membri, ibbażati fuq raġunijiet oġġettivi, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(3).
Artikolu 10
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Programm Statistiku stabbilit bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, 16 ta' Diċembru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
B. LE MAIRE
(1) ĠU C 44, 16.2.2008, p. 103.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 (ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 109), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat- 2 ta' Ottubru 2008 (ĠU C 280 E, 4.11.2008, p. 1), u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-19 ta' Novembru 2008 (għadha m'hijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1.
(4) ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.
(6) ĠU C 145, 30.6.2007, p. 1.
(7) ĠU L 238, 25.9.2003, p. 28.
(8) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
(9) ĠU C 175, 24.7.2003, p. 1.
(10) ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1.
(11) ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1.
(12) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(14) ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1.
(15) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(16) Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali — Progress (ĠU L 315, 15.11.2006, p. 1).
(17) Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom tad-19 ta' Ġunju 1989 li tistabbilixxi Kumitat għall-Programmi Statistiċi tal-Komunita' (ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47).
ANNESS I
Dominju: Status tas-saħħa u l-fatturi determinanti tas-saħħa
(a) |
Għanijiet L-għan ta’ dan is-settur huwa l-forniment ta’ statistika dwar l-istatus u d-determinanti tas-saħħa. |
(b) |
Ambitu Dan id-dominju jkopri l-istatistika dwar l-istatus tas-saħħa u d-determinanti tas-saħħa li huma bbażati fuq awto-valutazzjoni u miġbura minn surveys tal-popolazzjoni bħas-Survey ta' Saħħa Ewropea permezz ta' Intervista (EHIS) kif ukoll statistika oħra miġbura minn sorsiamministrattivi bħal dawkdwar il-morbidità jew l-inċidenti jew il-korrimenti. Persuni li jgħixu f'istituzzjonijiet kif ukoll it-tfal mill-età 0-14-il sena għandhom jiġu inklużi, fejn adatt u f'intervalli ad hoc rilevanti, suġġetti għal studji pilota preċedenti li jkunu irnexxew. |
(c) |
Perijodi ta’ referenza, intervalli u limiti ta’ żmien għall-forniment tad-data Mill-EHIS għandha tiġi provduta statistika kull ħames snin; tista' tkun meħtieġa frekwenza differenti għal ġbir ieħor tad-data bħal dawk dwar il-morbidità jew l-inċidenti jew il-korrimenti, kif ukoll għal xi moduli ta' surveys speċifiċi; il-miżuri relatati ma' l-ewwel sena ta' referenza, l-interval u l-limitu ta' żmien għall-forniment tad-data għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). |
(d) |
Suġġetti koperti Is-sett ta' data armonizzat u komuni li għandu jingħata għandu jkopri l-lista ta’ suġġetti li ġejja:
Mhux is-suġġetti kollha għandhom neċessarjament ikunu koperti ma' kull forniment ta' data. Il-miżuri rigward il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, u d-dettalji tal-karatteristiċi, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). L-implimentazzjoni tas-Survey ta' l-Eżami tas-Saħħa għandha tkun fakultattiva fil-qafas ta' dan ir-Regolament. Il-ħin medju ta' l-intervista għal kull dar m'għandux ikun aktar minn siegħa għall-EHIS u 20 minuta għall-moduli ta' surveys l-oħrajn. |
(e) |
Metadata Il-miżuri dwar forniment ta' metadata, inkluż metadata dwar karatteristiċi ta' stħarriġ u sorsi oħrajn użati, il-popolazzjoni koperta u l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-ġbir ta' statistika u indikaturi komparabbli, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). |
ANNESS II
Dominju: Kura tas-saħħa
(a) |
Għanijiet L-għan ta’ dan id-dominju huwa l-forniment ta’ statistika dwar il-kura tas-saħħa. |
(b) |
Ambitu Dan id-dominju ikopri l-attivitajiet mwettqa minn istituzzjonijiet jew minn individwi li jkunu qed jaħdmu sabiex, permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ l-għarfien u t-teknoloġija mediċi, paramediċi u ta’ l-infermiera, jilħqu l-mira tas-saħħa, inkluż il-kura għal żmien twil, kif ukoll l-attivitajiet amministrattivi u maniġerjali relatati. Id-data għandha tiġi miġbura prinċipalment minn sorsi amministrattivi. |
(c) |
Perijodi ta’ referenza, intervalli u limiti ta’ żmien għall-forniment tad-data L-istatistika għandha tiġi pprovduta darba fis-sena. Il-miżuri li jirrigwardaw l-ewwel sena ta' referenza, l-intervall u l-limitu ta' żmien għall-forniment tad-data għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). |
(d) |
Suġġetti koperti Is-sett ta' data armonizzat u komuni li għandu jingħata għandu jkopri l-lista ta’ suġġetti li ġejja:
Mhux is-suġġetti kollha għandhom neċessarjament ikunu koperti ma' kull forniment ta' data. Is-sett ta' data għandu jiġi stabbilit wara l-klassifikazzjonijiet internazzjonali rilevanti u wara li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi u l-prattiki fl-Istati Membri. Il-mobbiltà tal-pazjenti, jiġifieri l-użu minnhom ta' faċilitajiet għall-kura tas-saħħa f'pajjiż li mhux dak tar-residenza tagħhom, u tal-professjonisti tas-saħħa, bħal dawk li jipprattikaw il-professjoni tagħhom barra mill-pajjiż fejn kisbu l-ewwel liċenzja tagħhom, għandha titqies fil-ġbir tad-data. Fil-ġbir tad-data għandha titqies ukoll il-kwalità tal-kura tas-saħħa. Il-miżuri rigward il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, u s-suddiviżjoni tal-karatteristiċi, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). |
(e) |
Metadata Il-miżuri dwar forniment ta' metadata, inkluż metadata dwar karatteristiċi tas-sorsi u l-ġabriet użati, il-popolazzjoni koperta u l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-ġbir ta' statistika u indikaturi komparabbli, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). |
ANNESS III
Dominju: Kaġunijiet tal-mewt
a) |
Għanijiet L-għan ta’ dan id-dominju huwa l-forniment ta’ statistika dwar il-kaġunijiet tal-mewt. |
b) |
Ambitu Dan id-dominju jkopri l-istatistika tal-kaġunijiet tal-mewt kif derivati miċ-ċertifikati mediċi tal-mewt b’kont meħud tar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO. L-istatistika li għandha tiġi miġbura tirreferi għall-kaġun prinċipali li huwa definit mid-WHO bħala “l-marda jew il-korriment li tkun tat bidu għas-sensiela ta’ okkorrenzi morbużi li jkunu wasslu direttament għall-mewt, jew għaċ-ċirkostanzi ta’ l-inċident jew vjolenza li pproduċew il-korriment fatali”. L-istatistika għandha tinġabar għall-imwiet kollha u għat-trabi kollha li jitwieldu mejta f'kull Stat Membru, b'distinzjoni bejn residenti u non-residenti. Kull meta jkun possibbli, id-data dwar il-kaġun tal-mewt għar-residenti li jmutu barra minn pajjiżhom għandha tkun inkluża fl-istatistika tal-pajjiż tar-residenza tagħhom. |
c) |
Perijodi ta’ referenza, intervalli u limiti ta’ żmien għall-forniment tad-data L-istatistika għandha tiġi provduta darba fis-sena. Il-miżuri li jirrigwardaw l-ewwel sena ta' referenza għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). Id-data għandha tiġi preżentata mhux aktar tard minn 24-il xahar wara tmiem is-sena ta’ referenza. Data provviżorja jew li tkun ġiet kalkulata tista’ tiġi provduta qabel. Fil-każ ta’ inċidenti tas-saħħa pubblika, jista’ jiġi stabbilit ġbir ta' data speċjali addizzjonali, dwar l-imwiet kollha jew dwar kaġunijiet speċifiċi ta’ mewt. |
d) |
Suġġetti koperti Is-sett ta' data armonizzat u komuni li għandu jingħata għandu jkopri l-lista ta’ suġġetti li ġejja:
Id-data dwar il-kaġunijiet tal-mewt għandha tiġi stabbilita fil-qafas tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard tal-WHO u għandha ssegwi r-regoli ta’ l-Eurostat u r-rakkomandazzjonijiet tan-NU u l-WHO għall-istatistika tal-popolazzjoni. Il-forniment ta' data dwar il-karatteristiċi ta' trabi ta' jitwieldu mejta għandu jkun fuq bażi volontarja. Il-forniment ta' data dwar imwiet ta' trabi tat-twelid (imwiet sa età ta' 28 jum) għandu jirrikonoxxi d-differenzi nazzjonali fil-prattika tar-reġistrazzjoni ta' kaġunijiet multipli tal-mewt. Il-miżuri rigward il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, u d-dettalji tal-karatteristiċi, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). |
e) |
Metadata Il-miżuri dwar forniment ta' metadata, inkluż metadata dwar il-popolazzjoni koperta u l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-ġbir ta' statistika u indikaturi komparabbli, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). |
ANNESS IV
Dominju: Inċidenti fuq ix-xogħol
a) |
Għanijiet L-għan ta’ dan is-settur huwa l-forniment ta’ statistika dwar inċidenti fuq ix-xogħol. |
b) |
Ambitu Inċident fuq il-post tax-xogħol huwa definit bħala “okkorrenza diskreta matul ix-xogħol li twassal għal ħsara fiżika jew mentali”. Id-data għandha tinġabar, għall-forza tax-xogħol kollha, għal inċidenti fatali fuq ix-xogħol u inċidenti fuq ix-xogħol li jirriżultaw f’aktar minn tlett ijiem ta’ assenza minn fuq ix-xogħol, bl-użu ta’ sorsi amministrattivi komplementati b’sorsi addizzjonali rilevanti kull meta jkun meħtieġ u fattibbli għal gruppi speċifiċi ta' ħaddiema jew sitwazzjonijiet nazzjonali speċifiċi. Subsett limitat tad-data bażika dwar l-inċidenti li jirriżultaw f’inqas minn erbat ijiem ta’ assenza minn fuq ix-xogħol tista’ tinġabar, meta tkun disponibbli u fuq bażi fakultattiva, fil-qafas tal-kollaborazzjoni ma’ l-ILO. |
c) |
Perijodi ta’ referenza, intervalli u limiti ta’ żmien għall-forniment tad-data L-istatistika għandha tiġi provduta darba fis-sena. Il-miżuri li jirrigwardaw l-ewwel sena ta' referenza għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). Id-data għandha tiġi preżentata mhux aktar tard minn 18-il xahar wara tmiem is-sena ta’ referenza. |
d) |
Suġġetti koperti Is-sett ta' mikrodata armonizzat u komuni li jingħata għandu jkopri l-lista ta’ suġġetti li ġejja:
Is-sett tad-data dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol għandu jiġi stabbilit fil-qafas ta' l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-metodoloġija ta' l-Istatistika Ewropea dwar l-Inċidenti fuq ix-Xogħol (ESAW), b'kont meħud taċ-ċirkostanzi u l-prattiki fl-Istati Membri. Il-forniment ta' data dwar in-nazzjonalità tal-persuna korruta, id-daqs ta' l-intrapriża u l-ħin ta' l-inċident għandhom ikunu fuq bażi volontarja. Dwar is-suġġetti tal-Fażi III tal-metodoloġija ta' l-ESAW, jiġifieri l-post tax-xogħol u s-sekwenza ta' okkorrenzi li kkaratterizzaw il-kawżi u ċ-ċirkostanzi ta' l-inċident, għandhom jiġu provduti ta' l-inqas tliet varjabbli. L-Istati Membri għandhom fuq bażi volontarja jipprovdu wkoll aktar data li tikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet tal-Fażi III ta' l-ESAW. Il-miżuri rigward il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, u d-dettalji tal-karatteristiċi, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). |
e) |
Metadata Il-miżuri dwar forniment ta' metadata, inkluż metadata dwar il-popolazzjoni koperta, ir-rati ta' dikjarazzjoni għall-inċidenti fuq ix-xogħol u, meta jkun rilevanti, il-karatteristiċi tat-teħid tal-kampjuni, kif ukoll l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-ġbir ta' statistika u indikaturi komparabbli, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). |
ANNESS V
Dominju: Mard relatat max-xogħol u problemi ta’ saħħa u mard ieħor relatati max-xogħol
a) |
Għanijiet L-għan ta’ dan id-dominju huwa l-forniment ta’ l-istatistika dwar każijiet rikonoxxuti ta’ mard relatat max-xogħol u problemi ta’ saħħa u mard ieħor relatati max-xogħol. |
b) |
Ambitu
|
c) |
Perijodi ta’ referenza, intervalli u limiti ta’ żmien għall-forniment tad-data Għall-mard relatat max-xogħol, l-istatistika għandha tiġi provduta kull sena u tiġi preżentata mhux aktar tard minn 15-il xahar wara tmiem is-sena ta' referenza. Il-miżuri li jirrigwardaw il-perijodi ta' referenza, l-intervalli u l-limiti ta' żmien għall-forniment ta' ġabriet ta' data oħrajn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). |
d) |
Suġġetti koperti Is-sett ta' data armonizzat u komuni li jiġi provdut għall-mard relatat max-xogħol għandu jkopri l-lista ta’ suġġetti li ġejja:
Is-sett tad-data dwar il-mard relatat max-xogħol għandu jiġi stabbilit fil-qafas ta' l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-metodoloġija ta' l-Istatistika Ewropea dwar il-Mard Relatat max-Xogħol (ESAW), b'kont meħud taċ-ċirkostanzi u l-prattiki fl-Istati Membri. Is-sett ta' data armonizzat u komuni li jiġi provdut għall-problemi tas-saħħa relatati max-xogħol għandu jkopri l-lista ta’ suġġetti li ġejja:
Mhux is-suġġetti kollha għandhom neċessarjament ikunu koperti ma' kull forniment ta' data. Il-miżuri rigward il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, u d-dettalji tal-karatteristiċi, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). |
e) |
Metadata Il-miżuri dwar forniment ta' metadata, inkluż metadata dwar il-popolazzjoni koperta u l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-ġbir ta' statistika u indikaturi komparabbli, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). |