EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1294

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1294/2008 tat- 18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta' ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta' kwarantina tagħhom (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 340, 19.12.2008, p. 41–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/03/2013; Imħassar b' 32013R0139

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1294/oj

19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 340/41


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1294/2008

tat-18 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta' ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta' kwarantina tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) ta' dan,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b’mod partikolari r-raba’ inċiż tal-Artikolu 18(1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (3) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoniji ta' ċerti għasafar għajr għat-tjur tar-razzett fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta' kwarantina applikabbli għal dawn l-għasafar wara l-importazzjoni.

(2)

L-Anness V ma' dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta' faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għal importazzjoni ta' ċerti għasafar għajr għal tjur tar-razzett.

(3)

Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit irrevedew il-faċilitajiet u ċ-ċentri ta' kwarantina tagħhom li huma approvati u bagħtu lista aġġornata ta' dawn il-faċilitajiet u ċentri ta' kwarantina lill-Kummissjoni. Il-lista ta' faċilitajiet u ċentri ta' kwarantina approvati stipulati fl-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandha għalhekk tkun emendata skond dan.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 318/2007 huwa mibdul bit-test fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(3)  ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7.


ANNESS

“ANNEX V

Lista ta' faċilitajiet u ċentri approvati kif hemm imsemmi fl-Artikolu 6(1)

Kodiċi ISO tal-pajjiż

Isem tal-pajjiż

Nurmu tal-approvazzjoni tal-faċilità jew ċentru tal-kwarantina

AT

L-AWSTRIJA

AT OP Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT-KO-Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT-3-KO-Q2

AT

L-AWSTRIJA

AT-3-ME-Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT-3-HO-Q-1

AT

L-AWSTRIJA

AT3-KR-Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT-4-KI-Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT-4-VB-Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT 6 10 Q 1

AT

L-AWSTRIJA

AT 6 04 Q 1

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 1003

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 1010

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 1011

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 1012

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 1013

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 1016

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 1017

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 3001

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 3008

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 3014

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 3015

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 4009

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 4017

BE

IL-BELĠJU

BE VQ 7015

CZ

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

21750016

CZ

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

21750027

CZ

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

21750050

CZ

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

61750009

DE

IL-ĠERMANJA

BB-1

DE

IL-ĠERMANJA

BW-1

DE

IL-ĠERMANJA

BY-1

DE

IL-ĠERMANJA

BY-2

DE

IL-ĠERMANJA

BY-3

DE

IL-ĠERMANJA

BY-4

DE

IL-ĠERMANJA

HE-2

DE

IL-ĠERMANJA

NI-1

DE

IL-ĠERMANJA

NI-2

DE

IL-ĠERMANJA

NI-3

DE

IL-ĠERMANJA

NW-1

DE

IL-ĠERMANJA

NW-2

DE

IL-ĠERMANJA

NW-3

DE

IL-ĠERMANJA

NW-4

DE

IL-ĠERMANJA

NW-5

DE

IL-ĠERMANJA

NW-6

DE

IL-ĠERMANJA

NW-7

DE

IL-ĠERMANJA

NW-8

DE

IL-ĠERMANJA

NW-9

DE

IL-ĠERMANJA

RP-1

DE

IL-ĠERMANJA

SN-1

DE

IL-ĠERMANJA

SN-2

DE

IL-ĠERMANJA

TH-1

DE

IL-ĠERMANJA

TH-2

ES

SPANJA

ES/01/02/05

ES

SPANJA

ES/05/02/12

ES

SPANJA

ES/05/03/13

ES

SPANJA

ES/09/02/10

ES

SPANJA

ES/17/02/07

ES

SPANJA

ES/04/03/11

ES

SPANJA

ES/04/03/14

ES

SPANJA

ES/09/03/15

ES

SPANJA

ES/09/06/18

ES

SPANJA

ES/10/07/20

FR

FRANZA

38.193.01

FR

FRANZA

32.162.004

GR

IL-GREĊJA

GR.1

GR

IL-GREĊJA

GR.2

IE

L-IRLANDA

IRL-HBQ-1-2003 Unit A

IT

L-ITALJA

003AL707

IT

L-ITALJA

305/B/743

IT

L-ITALJA

132BG603

IT

L-ITALJA

170BG601

IT

L-ITALJA

068CR003

IT

L-ITALJA

006FR601

IT

L-ITALJA

054LCO22

IT

L-ITALJA

I – 19/ME/01

IT

L-ITALJA

119RM013

IT

L-ITALJA

006TS139

IT

L-ITALJA

133VA023

IT

L-ITALJA

015RM168

MT

MALTA

BQ 001

NL

L-OLANDA

NL-13000

NL

L-OLANDA

NL-13001

NL

L-OLANDA

NL-13002

NL

L-OLANDA

NL-13003

NL

L-OLANDA

NL-13004

NL

L-OLANDA

NL-13005

NL

L-OLANDA

NL-13006

NL

L-OLANDA

NL-13007

NL

L-OLANDA

NL-13008

NL

L-OLANDA

NL-13009

NL

L-OLANDA

NL-13010

PL

IL-POLONJA

14084501

PT

IL-PORTUGALL

05 01 CQA

PT

IL-PORTUGALL

01 02 CQA

PT

IL-PORTUGALL

03 01 CQAR

PT

IL-PORTUGALL

05 07 CQAA

UK

IR-RENJU UNIT

21/07/01

UK

IR-RENJU UNIT

21/07/02

UK

IR-RENJU UNIT

01/08/01

UK

IR-RENJU UNIT

21/08/01

UK

IR-RENJU UNIT

24/08/01”


Top