This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1264
Commission Regulation (EC) No 1264/2008 of 16 December 2008 fixing the standard fee per farm return from the 2009 accounting year of the farm accountancy data network
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1264/2008 tas- 16 ta' Diċembru 2008 li tiffissa l-ħlas standard għal kull prospett tal-biedja għas-sena tal-kontabilità 2009 tan-netwerk tad-dejta tal-kontabilità agrikola
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1264/2008 tas- 16 ta' Diċembru 2008 li tiffissa l-ħlas standard għal kull prospett tal-biedja għas-sena tal-kontabilità 2009 tan-netwerk tad-dejta tal-kontabilità agrikola
ĠU L 338, 17.12.2008, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014
17.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 338/31 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1264/2008
tas-16 ta' Diċembru 2008
li tiffissa l-ħlas standard għal kull prospett tal-biedja għas-sena tal-kontabilità 2009 tan-netwerk tad-dejta tal-kontabilità agrikola
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1915/83 tat-13 ta’ Lulju 1983 dwar regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni dwar iż-żamma ta’ kontijiet biex ikun determinat id-dħul ta’ ażjendi agrikoli (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 jipprovdi illi ħlas fiss għandu jitħallas mill-Kummissjoni lill-Istati Membri għal kull prospett debitament kompletat dwar razzett mibgħut lilha fil-perjodu preskritt fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2007 (3) stabbilixxa l-ammont tal-ħlas standard għas-sena tal-kontabilità 2008 għal EUR 151 għal kull prospett tal-biedja. Ix-xejra fl-ispejjeż u l-effetti tagħha fuq kemm tqum it-tlestija ta’ prospett tal-biedja jiġġustifikaw reviżjoni tal-ħlas. |
(3) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju dwar in-Netwerk ta’ Informazzjoni dwar il-Kontabilità tal-Farms, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Il-ħlas standard provdut fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 għandu jkun EUR 155.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-sena tal-kontabilità 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859.
(2) ĠU L 190, 14.7.1983, p. 25.
(3) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 68.