EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1239
Commission Regulation (EC) No 1239/2008 of 10 December 2008 reopening the fishery for cod in Kattegat by vessels flying the flag of Sweden
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/2008 ta' l- 10 ta’ Diċembru 2008 li jerġa’ jiftaħ is-sajd għall-merluzz fil-Kattegat min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/2008 ta' l- 10 ta’ Diċembru 2008 li jerġa’ jiftaħ is-sajd għall-merluzz fil-Kattegat min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja
ĠU L 334, 12.12.2008, p. 58–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 334/58 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1239/2008
ta' l-10 ta’ Diċembru 2008
li jerġa’ jiftaħ is-sajd għall-merluzz fil-Kattegat min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [il-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008. |
(2) |
Fil-15 ta’ Mejju 2008, l-Iżvezja nnotifikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 2847/93, li kienet se tagħlaq is-sajd għall-merluzz fil-Kattegat għall-bastimenti tagħha mid-19 ta Mejju 2008 'l quddiem. |
(3) |
Fid-19 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, u l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, adottat ir-Regolament (KE) Nru 585/2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fil-Kattegat min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja (4), b'effett mill-istess data. |
(4) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni mingħand l-awtoritajiet Żvediżi, għad hemm disponibbli kwantità ta' merluzz fil-kwota Żvediża fil-Kattegat. Għalhekk, għandu jkun awtorizzat is-sajd għall-merluzz f'din iż-żona minn bastimenti li jtajru l-bandiera Żvediża jew irreġistrati fl-Iżvezja. |
(5) |
Din l-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Ottubru 2008, biex il-kwantità ta' merluzz ikkonċernata tkun tista' tinqabad sa tmiem is-sena kurrenti. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 585/2008 għandu jiġi rrevokat b'effett mit-13 ta' Ottubru 2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 585/2008 huwa b’dan irrevokat.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-13 ta’ Ottubru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
(4) ĠU L 162, 21.6.2008, p. 9.
ANNESS
Nru |
64 – Ftuħ mill-ġdid |
Stat Membru |
SWE |
Stokk |
COD/03AS. |
Speċi |
Merluzz |
Żona |
Kattegat |
Data |
13.10.2008 |