Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1088

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1088/2008 tal- 5 ta' Novembru 2008 li jistipula b'mod proviżorju l-obbligi tal-konsenja taz-zokkor tal-kannamieli li għandu jiġi importat skont il-Protokoll tal-AKP u l-Ftehim mal-Indja għall-perjodu ta' konsenja li jibda fl- 1 ta' Lulju 2009

ĠU L 297, 6.11.2008, p. 12–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/06/2009; Imħassar b' 32009R0505

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1088/oj

6.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 297/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1088/2008

tal-5 ta' Novembru 2008

li jistipula b'mod proviżorju l-obbligi tal-konsenja taz-zokkor tal-kannamieli li għandu jiġi importat skont il-Protokoll tal-AKP u l-Ftehim mal-Indja għall-perjodu ta' konsenja li jibda fl-1 ta' Lulju 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 156 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati tal-applikazzjoni għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor skont ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali (2) jipprovdi għal regoli dettaljati għall-iffissar tal-obbligi tal-konsenja bla dazju tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, espressi f'ekwivalenti ta' zokkor abjad, għall-importazzjonijiet li joriġinaw f'pajjiżi li huma firmatarji għall-Protokoll 3 mehmuż mal-Anness V tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp ta' Stati mill-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku fuq naħa u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Protokoll tal-AKP) u għall-Ftehim mal-Indja.

(2)

Bid-Deċiżjoni 2007/626/KE (3) il-Kunsill iddeċieda li jtemm, f'isem il-Komunità, il-Ftehim mal-Indja dwar iz-zokkor tal-kannamieli (il-Ftehim mal-Indja) (4), b'effett mill-1 ta’ Ottubru 2009. Bid-Deċiżjoni 2007/627/KE (5) il-Kunsill ddeċieda li jtemm, f'isem il-Komunità, il-Protokoll tal-AKP b'effett mill-1 ta' Ottubru 2009. Il-perjodu tal-konsenja li jibda fl-1 ta' Lulju 2009 għalhekk ser idum biss tliet xhur.

(3)

L-applikazzjoni tal-Artikoli 3 u 7 tal-Protokoll tal-AKP, l-Artikoli 3 u 7 tal-Ftehim mal-Indja u l-Artikolu 12(3) u l-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 wasslet biex il-Kummissjoni tikkalkula l-obbligi tal-konsenja għal kull pajjiż tal-esportazzjoni għall-perjodu tal-esportazzjoni li jibda fl-1 ta' Lulju 2009, abbażi tat-tagħrif disponibbli attwalment.

(4)

Għall-perjodu tal-konsenja ta' bejn l-1 ta' Lulju 2009 u t-30 ta' Settembru 2009, għandu jingħata biżżejjed żmien lill-operaturi sabiex jorganizzaw il-kummerċ. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu stabbiliti b'mod proviżorju l-obbligi tal-konsenja għall-perjodu li jibda fl-1 ta' Lulju 2009 skont il-punt (a) tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006.

(5)

Il-kuntratti tal-kummerċ bejn l-importaturi mill-Komunità u l-pajjiżi tal-AKP u l-Indja huma marbuta mal-perjodi tal-konsenji. Sabiex tiġi rrispettata l-kronoloġija tal-konsenji, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-perjodu tal-konsenja li jibda fl-1 ta' Lulju 2009 ma għandhomx jitressqu qabel l-4 ta' Mejju 2009, sakemm ma jistax jiġi stabbilit li l-pajjiż tal-esportazzjoni ssodisfa l-obbligi tiegħu tal-konsenja għall-perjodu tal-konsenja 2008/2009 kif stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 403/2008 (6).

(6)

Skont l-Artikolu 153(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-liċenzji tal-importazzjoni taz-zokkor għar-raffinar għandhom jinħarġu biss lir-raffinaturi full-time sakemm il-kwantitajiet ikkonċernati ma jaqbżux il-kwantitajiet li jistgħu jiġu importati fil-qafas tal-provvista tradizzjonali meħtieġa msemmija fl-Artikolu 153(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Madankollu, skont l-Artikolu 155 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' deroga mill-Artikolu 153(3) ta' dak ir-Regolament sabiex tiżgura li z-zokkor mill-AKP u l-Indja jiġi importat fl-Komunità skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Protokoll tal-AKP u l-Ftehim mal-Indja. Għall-perjodu ta' konsenja li jibda fl-1 ta' Lulju 2009 u b'konsiderazzjoni tat-tnaqqis fil-prezz taz-zokkor tal-kannamieli importat u mhux maħdum fl-1 ta' Ottubru 2009, dawn il-kundizzjonijiet jistgħu biss jiġu sodisfatti jekk in-negozjanti jkollhom aċċess għal-liċenzji tal-importazzjoni taz-zokkor għar-raffinar. Huwa għalhekk meħtieġ li jkun hemm deroga mill-Artikolu 10(1) tar-Regoalment (KE) Nru 950/2006 li jillimita t-tressiq tal-applikazzjonijiet għaz-zokkor għar-raffinar għar-raffinaturi full-time.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-obbligi għall-konsenji tal-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi firmatarji għall-Protokoll tal-AKP u għall-Ftehim mal-Indja huma determinati b'mod proviżorju kif stipulati fl-Anness. L-ammonti huma stipulati għal kull pajjiż tal-esportazzjoni kkonċernat fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, espressi f'ekwivalenti ta' zokkor abjad, fil-perjodu tal-konsenja li jibda fl-1 ta' Lulju 2009.

Artikolu 2

Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, l-ewwel perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandu jibda fl-4 ta' Mejju 2009. Madankollu, fejn il-limitu għall-perjodu tal-konsenja tal-2008/2009 kif stipulat mir-Regolament (KE) Nru 403/2008 jintlaħaq fir-rigward ta' xi pajjiż tal-esportazzjoni, l-ewwel perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji tal-importazzjoni minn dak il-pajjiż għandu jibda mit-Tnejn li jiġi wara li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006.

Artikolu 3

Għall-obbligi tal-konsenja tal-perjodu tal-konsenja li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009 u permezz ta' deroga mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, l-applikanti kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (7) jistgħu jressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni taz-zokkor għar-raffinar fl-Istat Membru fejn huma rreġistrati għall-finijiet tal-VAT.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 26.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 255, 29.9.2007, p. 37.

(4)  ĠU L 190, 23.7.1975, p. 36.

(5)  ĠU L 255, 29.9.2007, p. 38.

(6)  ĠU L 120, 7.5.2008, p. 6.

(7)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


ANNESS

L-obbligi tal-konsenji tal-importazzjonijiet taz-zokkor preferenzjali, espress f'ekwivalenti ta' zokkor abjad u li joriġinaw fil-pajjiżi firmatarji għall-Protokoll tal-AKP u għall-Ftehim mal-Indja għall-perjodu tal-konsenja li jibda fl-1 ta' Lulju 2009.

Protokoll tal-AKP/il-Ftehim mal-Indja Pajjiż firmatarju

Obbligi tal-konsenja għall-perjodu li jibda fl-1 ta' Lulju 2009

Il-Barbados

8 024,35

Il-Beliże

11 670,03

Il-Kongo

2 546,53

Il-Fiġi

41 337,08

Il-Gujana

41 282,85

L-Indja

2 500,00

Il-Kosta tal-Avorju

2 546,53

Il-Ġamajka

30 558,58

Il-Kenja

1 250,00

Il-Madagaskar

2 690,00

Il-Malawi

5 206,10

Il-Mawrizju

122 757,63

Il-Możambik

1 500,00

San Kitts u Nevis

0,00

Is-Surinam

0,00

Is-Sważiland

29 461,13

It-Tanżanija

2 546,53

Trinidad u Tobago

10 937,75

L-Uganda

0,00

Iż-Żambja

1 803,75

Iż-Żimbabwe

7 556,20

Total

326 175,04


Top