This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1057
Commission Regulation (EC) No 1057/2008 of 27 October 2008 amending Appendix II of Annex to Regulation (EC) No 1702/2003 concerning the Airworthiness Review Certificate (EASA Form 15a) (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1057/2008 tas- 27 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-Appendiċi II tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 dwar iċ-Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni (EASA Formola 15a) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1057/2008 tas- 27 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-Appendiċi II tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 dwar iċ-Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni (EASA Formola 15a) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 283, 28.10.2008, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 09/09/2012; Imħassar b' 32012R0748
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/30 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1057/2008
tas-27 ta’ Ottubru 2008
li jemenda l-Appendiċi II tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 dwar iċ-Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni (EASA Formola 15a)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 216/2008 tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta’ ingenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involuti f’dan ix-xogħol (2) ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 1056/2008 (3). |
(2) |
Iċ-Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni stabbilit fl-Appendiċi II tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (4) jiġi sostitwit b’mod li jirrefletti t-tibdil li sar fuq ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003. |
(3) |
Il-miżuri previsti b’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni maħruġa mill-Aġenzija (5) skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Appendiċi II (Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni, EASA Formola 15a tal-Anness (Parti-21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003) jiġi sostitwit mit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jibda’ jseħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(2) ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.
(3) Ara paġna 5 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.
(5) Opinjoni 02/2008.
ANNESS