This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1029
Commission Regulation (EC) No 1029/2008 of 20 October 2008 amending Regulation (EC) No 882/2004 of the European Parliament and of the Council to update a reference to certain European standards (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2008 ta’ l- 20 ta' Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jaġġorna referenza għal ċerti standards Ewropej Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2008 ta’ l- 20 ta' Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jaġġorna referenza għal ċerti standards Ewropej Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 278, 21.10.2008, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32017R0625
21.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 278/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1029/2008
ta’ l-20 ta' Ottubru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jaġġorna referenza għal ċerti standards Ewropej
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 64(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi qafas armonizzat ta’ regoli ġenerali għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf tal-bhejjem u l-ikel, saħħet l-annimali u r-regoli tal-beneseri tal-annimali. |
(2) |
Skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 l-awtorità kompetenti tinnomina laboratorji li jistgħu jwettqu l-analiżi ta’ kampjuni li jittieħdu matul kontrolli uffiċjali. Dawk il-laboratorji jridu jkunu akkreditati skond ċerti standards Ewropej. |
(3) |
Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) żviluppa standards Ewropej (standards EN) xierqa għall-fini tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, u b’mod partikolari għall-akkreditazzjoni ta’ laboratorji. |
(4) |
CEN biddel l-istandards Ewropej EN 45002 dwar “Kriterji Ġenerali għall-valutazzjoni ta’ laboratorji għall-ittestjar” u EN 45003 dwar “Kalibrazzjoni u sistema ta’ akkreditazzjoni għal-laboratorji tal-ittestjar - Rekwiżiti ġenerali għall-operazzjoni u l-għarfien” bl-istandard EN ISO/IEC 17011 dwar “Rekwiżiti ġenerali għall-korpi ta’ akkreditazzjoni li jakkreditaw korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità.” Għalhekk huwa xieraq li tiġi aġġornata r-referenza għal dawk l-istandards Ewropej fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandu għalhekk ikun emendat skond dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 12, huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 12(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jinbidel bit-test li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 12 (2) (c) huwa mħassar. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni