EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1020

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2008 tas- 17 ta' Ottubru 2008 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali u r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 dwar immarkar għall-identifikazzjoni, ħalib mhux ipproċessat u prodotti mill-ħalib, bajd u prodotti mill-bajd u ċerti prodotti tal-ħut Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 277, 18.10.2008, p. 8–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1020/oj

18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1020/2008

tas-17 ta' Ottubru 2008

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali u r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 dwar immarkar għall-identifikazzjoni, ħalib mhux ipproċessat u prodotti mill-ħalib, bajd u prodotti mill-bajd u ċerti prodotti tal-ħut

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-immarkar ta'identifikazzjoni stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ħolqu konfużjoni fl-identifikazzjoni ta' prodotti manifatturati fil-Komunità u prodotti manifatturati barra l-Komunità. Huwa għalhekk xieraq li jiġu ċċarati dawn id-dispożizzjonijiet sabiex l-implimentazzjoni tagħhom tkun armonizzata. Madanakollu, sabiex ma jkunx hemm tfixkil fin-negozju ta' prodotti ġejjin mill-annimali kkonċernati, għandu jiġi stipulat illi prodotti li jsir immarkar ta' identifikazzjoni għalihom skont ir-Regolamant (KE) Nru 853/2004 qabel l-1 ta' Novembru 2009 ikunu jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità sal-31 ta' Diċembru 2009.

(2)

Għalkemm il-prinċipju ġenerali stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 fejn operaturi fin-negozju tal-ikel m'għandhomx jużaw, meta l-iġjene titlob hekk, ebda sustanza ħlief ilma tajjeb għax-xorb, dispożizzjonijiet li jħallu l-użu ta' ilma nadif għat-trattament tal-ħut huma stipulati f'Parti A tal-Anness I u f'Kapitolu VI tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2) u Parti II tal-Kapitolu I u Kapitolu III u IV tat-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, b'mod partikolari għat-trattament ta' prodotti tal-ħut fuq bastimenti.

(3)

L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistipula arranġamenti tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2204 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jemenda ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (3), jiddisponi illi ilma nadif jista' wkoll jintuża fi stabbilimenti fuq l-art sal-31 ta' Diċembru 2009.

(4)

Huwa u ilu xjentifikament rikonoxxut illi l-użu tal-ilma baħar huwa ta' interess teknoloġiku għall-prodotti tal-ħut għaliex jgħin sabiex iżomm il-karatteristiċi organoleptiċi tagħhom intatti billi jelimina r-riskju ta' xokk osmotiku.

(5)

L-użu ta' ilma tal-baħar nadif għat-trattament u l-ħasil tal-prodotti tal-ħut mhuwiex ta' riskju għas-saħħa pubblika sakemm proċeduri ta' kontroll ibbażati, b'mod partikolari fuq prinċipji ta' Analiżi tal-Perikli u l-Punti Kritiċi tal-Kontroll (APPKK) ikunu żviluppati u stipulati minn operaturi fin-negozju tal-ikel sabiex jiżguraw konformità mad-definizzjoni ta' ilma tal-baħar nadif stipulata fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Huwa għaldaqstant xieraq illi l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jiġi mħassar u li l-arranġament tranżitorju, stipulat fir-Regolament dwar l-użu ta' ilma tal-baħar nadif, isir permanenti. It-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

It-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tistipula rekwiżiti li jirregolaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd intiżi għall-konsum mill-bniedem, inkluż iż-żejt tal-ħut.

(7)

Kien hemm diffikultajiet sabiex jiġu implimentati dawk ir-rekwiżiti speċifiċi f'xi Stati Membri. Xi problemi nqalgħu ukoll dwar żejt tal-ħut importat minn pajjiżi terzi. Dawk id-diffikultajiet huma primarjament relatati mar-rekwiżiti applikabbli għall-materja prima sabiex ikun żgurat li tkun addattata għall-produzzjoni ta' żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem u għall-prattiċi ta' manifattura tal-ikel normalment użati fl-industrija taż-żejt tal-ħut. Huwa għalhekk xieraq li jiġu ċċarati dawn id-dispożizzjonijiet sabiex l-implimentazzjoni tagħhom tkun armonizzata. It-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandha tiġi emendata skont dan.

(8)

L-opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel adottata fit-30 t'April 2004 dwar kontaminazzjoni fil-katina alimentari relatata mat-tossiċità ta' prodotti tal-ħut li jagħmlu parti mill-familja Gempylidae wriet illi l-prodotti tal-ħut ta' dik il-familja, b'mod partikolari Ruvettus pretiosus u Lepidocybium flavobrunneum, għandhom effetti negattivi gastrointestinali jekk ma jkunux ikkunsmati taħt ċerti kondizzjonijiet. Il-Kapitolu V ta' Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula kundizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq ta' dawk il-prodotti tal-ħut.

(9)

Dawk il-kundizzjonjiet japplikaw għal prodotti tal-ħut friski, ppreparati u pproċessati li huma derivati minn din l-ispeċi. Madanakollu, riskji simili għall-konsumatur jistgħu jimmaterjalizzaw ruħhom bi prodotti tal-ħut iffriżati derivati mill-familja Gempylidae. Huwa għaldaqstant xieraq illi jkun hemm bżonn ta' kundizzjonijiet protettivi u informattivi simili għal dawk il-prodotti tal-ħut iffriżati. It-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandha tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-Punt 1(a) tal-Parti III tal-Kapitolu II tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiddisponi illi operaturi fl-industrija tal-ikel li jimmanifatturaw prodotti mill-ħalib għandhom jiżguraw illi l-ħalib tal-baqar mhux ipproċessat jilħaq ċerti kriterji qabel l-ipproċessar.

(11)

Il-konformità ma' dak il-limitu hija partikolarment importanti għas-sigurtà tal-ikel fejn il-ħalib irid ikun ittratat bis-sħana fi proċess ta' pasturizzazzjoni jew proċess li hu anqas strett mill-pasturizzazzjoni, u li ma kienx ittrattat bis-sħana f'terminu ta' ħin stipulat. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-applikazzjoni ta' trattament bis-sħana m'għandux effett batteriċida biżżejjed, li jista' jwassal għal taħsir kmieni tal-prodott imanifatturat mill-ħalib.

(12)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jiddisponi arranġament tranżitorju li għandu l-għan li jillimita l-verifika tal-konformità ma' dan il-kriterju għal dawn iċ-ċirkostanzi. Huwa għaldaqstant xieraq illi l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jiġi mħassar u li l-arranġament tranżitorju jsir permanenti. It-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandha tiġi emendata skont dan.

(13)

It-Taqsima X tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli tal-iġjene speċifiċi għall-bajd u prodotti mill-bajd. Skont il-punt 2 tal-Kapitolu I ta' dik it-Taqsima, il-bajd għandu jkun maħżun u trasportat preferibbilment f'temperatura stabbli li hija l-aktar ideali sabiex tikkonserva mill-aħjar il-karatteristiċi ta' iġjene.

(14)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jistipula illi l-Istati Membri illi, qabel l-1 ta' Jannar 2006, applikaw rekwiżiti nazzjonali ta' temperatura għall-faċilitajiet tal-ħażna tal-bajd u vetturi li jittrasportaw il-bajd bejn dawn il-faċilitajiet ta' ħażna, jistgħu jkomplu japplikaw dawn ir-rekwiżiti sal-31 ta' Diċembru 2009. Billi din il-possibilità ma tinterferix mal-objettivi tas-sigurtà tal-ikel stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004, huwa xieraq illi dan l-arranġament tranżitorju jsir permanenti.

(15)

Barra minn hekk, skont il-punt 1 tal-Parti II tal-Kapitolu II tat-Taqsima X tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, bajd miksur jista' jintuża għall-manifattura ta' prodotti mill-bajd taħt ċerti ċirkustanzi. L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jistipula illi operaturi fin-negozju tal-ikel jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2009, jużaw bajd miksur għall-produzzjoni tal-likwidu tal-bajd fi stabbiliment approvat għal dak il-għan, sakemm l-istabbiliment tal-produzzjoni jew ċentru ta' ppakkjar ikun wassalhom direttament u jkunu miksura kemm jista' jkun malajr. Billi l-użu ta' bajd miksur fil-produzzjoni ta' likwidu tal-bajd mhuwiex ta' riskju għas-saħħa pubblika taħt dawn iċ-ċirkostanzi, huwa xieraq illi l-arranġament tranżitorju jsir permanenti.

(16)

L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 għandu għalhekk jiġi mħassar u t-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandha tiġi emendata skont dan.

(17)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 2076/2005 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(18)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Fir-Regolament (KE) Nru 2076/2005, l-Artikoli 11, 12 u 13 huma mħassra.

Artikolu 4

Prodotti li ġejjin mill-annimali li għalihom kien applikat immarkar ta' identifikazzjoni skont il-punt 8 tal-Parti B tat-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 qabel l-1 ta' Novembru 2009 jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità sal-31 ta' Diċembru 2009.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, il-punt 1(b) tal-Anness I għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83.


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima I hija emendata kif ġej:

(a)

Il-Parti A qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

Il-Punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Il-marka ta'identifikazzjoni trid tiġi applikata qabel il-prodott iħalli l-istabbiliment tal-produzzjoni.”

(ii)

Il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Marka ta'identifikazzjoni mhijiex neċessarja fuq pakketti tal-bajd meta kodiċi taċ-ċentru tal-ippakkjar hija applikata skont il-Parti A tal-Anness XIV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*).

(*)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.”"

(b)

Fil-Parti B, il-punt 8 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“8.

Meta applikata fi stabbiliment fil-Komunità, il-marka għandha tkun ta' forma ovali u tinkludi l-abbrevjazzjoni CE, EB, EC, EF, EG, EK, EO, EY, ES, EÜ, EK jew WE.

Dawn l-abbrevjazzjonijiet m'għandhomx ikunu inklużi f'marki applikati fuq prodotti impurtati fil-Komunità minn stabbilimenti li jinsabu barra l-Komunità.”

(2)

It-Taqsima III tiġi emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Operaturi tal-biċċeriji m'għandhomx jaċċettaw annimali fil-bini tal-biċċerija jekk ma jkunux talbu, u ngħataw, l-informazzjoni rilevanti tal-katina alimentari mir-rekords miżmuma fl-istabbiliment tal-oriġini tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004.”

(b)

Fil-punt 3, il-frażi ta' introduzzjoni tinbidel b'dan li ġej:

“3.

L-informazzjoni rilevanti tal-katina alimentari msemmija f'punt 1 għandha tinkludi, b'mod partikolari:”



ANNESS II

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima VIII tiġi emendata kif ġej:

(a)

Il-Parti tal-introduzzjoni tinbidel b'dan li ġej:

(i)

Il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.

Il-Kapitolu III, Parti A, Ċ u D, il-Kapitolu IV, Parti A u l-Kapitolu V huma rilevanti għall-bejgħ bl-imnut.”

(ii)

Fl-ewwel subparagrafu ta' punt 3, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

Fil-każ tal-provvista tal-ilma, dawn jiżdiedu mar-rekwiżiti tal-Anness II, Kapitolu VII ta' dak ir-Regolament; ilma tal-baħar nadif jista' jintuża għat-trattament u t-tindif tal-prodotti tal-ħut, il-produzzjoni tas-silġ tintuża sabiex jitkessħu prodotti tal-ħut u għat-tkessiħ rapidu tal-krustaċji u molluski wara t-tisjir tagħhom.”

(b)

Il-Parti II tal-Kapitolu I tiġi emendata kif ġej:

(i)

Fil-punt 2, it-tieni sentenza titħassar.

(ii)

Il-punt 5 qiegħed jitħassar.

(iii)

Il-punt 6 jinbidel b'dan li ġej:

“6.

Fejn il-ħut jinqatagħlu rasu u/jew jitnaddaf abbord, dawn l-operazzjonijiet għandhom isiru iġenikament kemm jista' jkun malajr wara l-qabda, u l-prodotti għandhom jinħaslu immedjatament u sewwa. F'dak il-każ, il-vixxri u partijiet li jistgħu jkunu ta' periklu għas-saħħa pubblika għandhom jitneħħew kemm jista' jkun malajr u jinżammu apparti mill-prodotti intiżi għall-konsum mill-bniedem. Fwied u bajd tal-ħut intiżi għall-konsum mill-bniedem għandhom jinżammu fis-silġ, f'temperatura qrib dik tas-silġ qed idub, jew jiġu ffriżati.”

(ċ)

Il-Kapitolu III jiġi emendat kif ġej:

(i)

Fil-Parti A, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.

Operazzjonijiiet bħall-qtugħ tal-irjus tal-ħut u tneħħija tal-garġi għandhom isiru iġenikament. Meta t-tneħħija tal-garġi tkun possibbli mill-aspett tekniku u kummerċjali, dan għandu jsir malajr kemm jista' jkun wara li l-prodotti jkunu maqbuda jew imniżżla l-art. Il-prodotti għandhom jinħaslu sewwa immedjatament wara dawn l-operazzjonijiet.”

(ii)

Parti E hija mħassra.

(d)

Il-Kapitolu IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

“KAPITOLU IV:   REKWIŻITI GĦAL ĊERTI PRODOTTI TAL-ĦUT IPPROĊESSAT

L-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jassiguraw konformità mar-rekwiżiti li ġejjin fi stabbilimenti li jittrattaw ċerti prodotti tal-ħut ipproċessat.

A.   REKWIŻITI GĦAT-TISJIR TAL-KRUSTAĊJI U TAL-MOLLUSKI

1.

It-tisjir għandu jkun segwit bi tberrid rapidu. Jekk ma jintuża ebda metodu ta' preżervazzjoni, it-tberrid għandu jkompli sakemm it-temperatura li tavviċina dik tas-silġ idub tkun milħuqa.

2.

Il-ħruġ mill-qoxra jew ħruġ mill-fosdqa għandu jsir iġjenikament, b'tali mod li tiġi evitata il-kontaminazzjoni tal-prodott. Fejn dawn l-operazzjonijiet isiru bl-idejn, il-ħaddiema għandhom jagħtu kas sew li jaħslu idejhom.

3.

Wara il-ħruġ mill-qoxra jew ħruġ mill-fosdqa, prodotti misjura jridu jkunu ffriżati kemm jista' jkun malajr għat-temperatura stipulata fil-Kapitolu VII.

B.   REKWIŻITI GĦAŻ-ŻEJT TAL-ĦUT INTIŻ GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

1.

Materja prima użata fil-preparazzjoni ta' żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem għanda:

(a)

tkun provenjenti minn stabbilimenti, inkluż bastimenti, reġistrati jew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew skont dan ir-Regolament;

(b)

tkun derivattiv ta' prodotti tal-ħut li huma addattati għall-konsum mill-bniedem u li huma konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati f'din it-Taqsima;

(ċ)

tkun ittrasportata u maħżuna f'kundizzjonjiet iġjeniċi;

(d)

tkun imberrda kemm jista' jkun malajr u miżmuma fit-temperaturi stipulati fil-Kapitolu VII.

Permezz ta' deroga minn punt 1 (d), l-operaturi fin-negozju tal-ikel jistgħu joqogħdu lura milli jberrdu l-prodotti tal-ħut meta prodotti tal-ħut sħaħ jintużaw direttament fil-produzzjoni ta' żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem, u l-materja prima tkun ipproċessata fi żmien 36 siegħa wara t-tagħbija, sakemm il-kriterji ta' freskezza ikunu milħuqa u l-valur tan-nitroġenu bażiku totalment volatili (TVB-N) tal-prodotti tal-ħut mhux ipproċessati ma jaqbiżx il-limiti stipulati fil-punt 1 tal-Kapitolu I tat-Taqsima II tal-Anness II tar-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 2074/2005 (*).

2.

Il-proċess ta' produzzjoni għaż-żejt tal-ħut irid jiżgura illi l-materja prima kollha intiża għall-produzzjoni ta' żejt tal-ħut mhux ipproċessat tkun suġġetta għal trattament li jinkludi, fejn rilevanti, proċeduri ta' tisħin, ippressar, separazzjoni, ċentrifugazzjoni, raffinament, ipproċessar u purifikazzjoni qabel jitqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali.

3.

Sakemm il-materja prima u l-proċess ta' produzzjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli għaż-żejt tal-ħut intiż għall-konsum mill-bniedem, operatur fin-negozju tal-ikel jista' jipproduċi u jaħżen kemm żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem u kemm żejt tal-ħut u ikel magħmul mill-ħut mhux intiż għall-konsum mill-bniedem fl-istess stabbiliment.

4.

Sakemm leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika tkun definita operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jassiguraw konformità mar-regoli nazzjonali għaż-żejt tal-ħut li jitqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali.

(*)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27.”"

(e)

Il-Kapitolu V huwa emendat kif ġej:

(i)

Is-sentenza li jmiss qiegħda tkun miżjuda mal-paragrafu ta 'introduzzjoni:

“Ir-rekwiżiti ta' Partijiet B u D mhumiex applikabbli għal prodotti tal-ħut sħaħ li jintużaw direttatment għall-preparazzjoni ta' żejt tal-ħut intiż għall-konsum mill-bniedem.”

(ii)

Fil-Parti E, il-punt 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.

Prodotti tal-ħut derivati minn ħut li huwa velenuż tal-familji mniżżla hawn taħt m'għandomx jitqiegħdu fis-suq: Tetraodontidae, Molidae, Diodontidae, u Canthigasteridae,

Prodotti tal-ħut friskipp, ppreparati, friżati u pproċessati li huma tal-familja Gempylidae, u b'mod partikolari Ruvettus pretiosus u Lepidocybium flavobrunneum jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss fil-format mkebbeb/ippakkjat u jridu jkunu mmarkati sewwa sabiex jipprovdu informazzjoni lill-konsumatur dwar metodi ta' preparazzjoni/tisjir u r-riskji relatati mal-preżenza ta' sustanzi fir-rigward ta' effetti gastrointestinali negattivi.

L-isem xjentifiku tal-prodotti tal-ħut għandu jakkompanja l-isem komuni fuq it-tikketta.”

(2)

Fit-Taqsima IX, il-Kapitolu II, il-Parti III, il-punt 1 hu mibdul b’dan li ġej:

“(1)

Operaturi fin-negozju tal-ikel li jimmanifatturaw prodotti mill-ħalib għandhom jibdew proċeduri sabiex jassiguraw illi, immedjatament qabel jiġi ttrattat bis-sħana u jekk il-perjodu aċċettabli kif stipulat fil-proċeduri bbażati fuq l-HACCP huwa maqbuż:

(a)

ħalib mhux ittrattat tal-baqar użat għat-tħejjija tal-prodotti mill-ħalib ikollu plate count fi 30 oC ta’ inqas minn 300 000 għal kull ml; u

(b)

ħalib tal-baqar ittrattat bis-sħana użat għat-tħejjija tal-prodotti mill-ħalib ikollu plate count fi 30 oC ta’ inqas minn 100 000 għal kull ml.”

(3)

It-Taqsima X hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-Kapitolu I, il-punt 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“2.

Il-bajd għandu jkun maħżun u trasportat sal-bejgħ lill-konsumatur finali f'temperatura, preferibbilment kostanti, li hija l-aktar addatta sabiex tassigura il-konservazzjoni ottimali tal-karatteristiċi ta' iġjene tagħhom, sakemm l-awtorità kompetenti timponi rekwiżiti ta' temperatura nazzjonali għall-faċilitajiet tal-ħażna tal-bajd u għall-vetturi li jittrasportaw il-bajd bejn dawn il-faċilitajiet tal-ħażna.”

(b)

Fil-Kapitolu II, il-Parti II, il-punt 1 hu mibdul b'dan li ġej:

“(1)

Il-qxur tal-bajd użat fil-manifattura ta' prodotti mill-bajd irid ikun żviluppat sewwa u ma jkollux ksur. Madanakollu, bajd miksur jista' jintuża fil-manifattura ta' likwidu tal-bajd jew prodotti mill-bajd jekk l-istabbiliment tal-produzzjoni jew iċ-ċentru tal-ippakkjar iwassalhom direttament lil stabbiliment approvat għall-manifattura tal-likwidu tal-bajd jew stabbiliment tal-ipproċessar, fejn iridu jkunu miksura kemm jista' jkun malajr.”



Top