Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1010

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2008 tat- 13 ta’ Ottubru 2008 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw fl-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza konformement mal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 u reviżjoni interim parzjali konformement mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1000/2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza konformement mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96

    ĠU L 276, 17.10.2008, p. 3–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1010/oj

    17.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 276/3


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1010/2008

    tat-13 ta’ Ottubru 2008

    li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw fl-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza konformement mal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 u reviżjoni interim parzjali konformement mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1000/2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza konformement mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara likkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), partikolarment l-Artikoli 15, 18 u 19 tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri eżistenti

    (1)

    F’Lulju 2002, bir-Regolament (KE) Nru 1338/2002 (2), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv (“il-miżuri eżistenti”) ta’ 7,1 % fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2921 42 10 (kodiċi TARIC 2921421060) li joriġinaw mill-Indja. Il-miżuri imposti ġew ibbażati fuq ir-riżultati ta’ proċedura ta’ kontra s-sussidju konformement mal-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku (“l-investigazzjoni oriġinali”).

    (2)

    Fl-istess waqt, bir-Regolament (KE) Nru 1339/2002 (3), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 18,3 % fuq l-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina fl-Indja.

    (3)

    Fil-qafas tal-proċeduri anti-dumping u kumpensatorji imsemmija aktar ‘il fuq, il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 2002/611/KE (4) aċċettat impenn ta’ prezz minn produttur esportatur Indjan, Kokan Synthetics and Chemicals Pvt. Ltd (“Kokan”).

    (4)

    F’Diċembru 2003, Kokan informat lill-Kummissjoni li din xtaqet tirtira l-impenn tagħha b’mod volontarju. B’hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenn ġiet revokata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/255/KE (5).

    (5)

    F’April 2005, wara talba li ġiet ippreżentata minn Kokan, il-Kummissjoni bdiet (6) reviżjoni interim parzjali konformement mal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (7) (“ir-Regolament bażiku tal-anti-dumping”) rispettivament, li hija limitata fl-ambitu għall-eżami tal-aċċettabbiltà ta’ impenn li kellu jiġi offrut mill-kumpanija.

    (6)

    Wara investigazzjoni, f’Diċembru 2005, bid-Deċiżjoni 2006/37/KE (8), il-Kummissjoni aċċettat l-impenn offrut minn Kokan b’rabta mal-proċeduri anti-dumping u kumpensatorji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw fl-Indja.

    (7)

    F’Jannar 2006, bħala riżultat tal-investigazzjoni msemmija fil-premessa (6) aktar ‘il fuq, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 123/2006 (9), ir-Regolament (KE) 1338/2002 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw fl-Indja u r-Regolament (KE) Nru 1339/2002 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw, inter alia, fl-Indja, ġew emendati sabiex jittieħed kont tal-aċċettazzjoni tal-impenn imsemmi.

    (8)

    Wara reviżjoni konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1000/2008 (10), impona dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indja.

    1.2.   Talba għal reviżjoni

    (9)

    Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż tal-iskadenza viċina (11) tal-miżuri eżistenti, il-Kummissjoni, fl-24 ta’ April 2007, irċeviet talba għal reviżjoni ta’ skadenza konformement mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Din it-talba ġiet ippreżentata minn żewġ produtturi tal-Komunità (l-“applikanti”) li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni Komunitarja tal-aċidu sulfaniliku.

    (10)

    It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza kienet ibbażata fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ sussidji u dannu għall-industrija tal-Komunità.

    (11)

    Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza mressqa mill-applikanti u kkunsidratha bħala suffiċjenti sabiex jiġi ġustifikat il-bidu tar-reviżjoni konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni ħabbret nhar l-24 ta’ Lulju 2007, permezz ta’ avviż ta’ inizjazzjoni ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (12), il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza konformement mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

    (12)

    Ta’ min jinnota li qabel il-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza, u konformement mal-Artikoli 10(9) u 22(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern tal-Indja (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“GI”) li din kienet irċeviet talba għal reviżjoni li kienet dokumentata kif jixraq, u stiednet lill-GI għall-konsultazzjonijiet sabiex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni rigward il-kontenut tal-ilment u sabiex dawn jaslu għal soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku. Il-GI ma ta l-ebda reazzjoni għal din l-offerta ta’ konsultazzjonijiet. Ġew offruti u saru konsultazzjonijiet wkoll mal-awtoritajiet Indjani fil-kuntest ta’ reviżjoni interim parzjali msemmija aktar ‘il quddiem. Dawn il-konsultazzjonijiet ma wasslux għal soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku li setgħet twassal sabiex ma tinbedix ir-reviżjoni.

    1.3.   Reviżjoni interim parzjali

    (13)

    B’avviż ta’ inizjazzjoni ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea nhar id-29 ta’ Settembru 2007 (13) (l-“avviż ta’ inizjazzjoni tal-Artikolu 19”), il-Kummissjoni, konformement mal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, bdiet fuq inizjattiva tagħha stess reviżjoni interim parzjali limitata għal-livell ta’ sussidji, minħabba li l-Kummissjoni kellha evidenza prima facie suffiċjenti li ċ-ċirkostanzi li jikkonċernaw is-sussidji, li fuq il-bażi ta’ dawn ġew stabbiliti l-miżuri, kienu nbidlu u dawn kienu ta’ natura permanenti.

    (14)

    Ir-reviżjoni kienet limitata għal-livell ta’ sussidji tal-kumpanija Kokan elenkata fl-Anness għall-avviż ta’ inizjazzjoni tal-Artikolu 19 kif ukoll għall-esportaturi l-oħra li kienu mistiedna sabiex jagħmlu lilhom infushom magħrufa taħt il-kondizzjonijiet u fil-limitu ta’ żmien stipulati fl-avviż ta’ inizjazzjoni.

    1.4.   Investigazzjoni

    1.4.1.   Perjodu għall-investigazzjoni

    (15)

    L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tas-sussidji kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007 (“il-perjodu għall-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). Dan il-perjodu ntuża wkoll għall-eżami tal-allegat ċirkostanzi li nbidlu li wasslu għall-bidu tar-reviżjoni interim parzjali. L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-2003 sat-tmiem tal-perjodu għall-investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

    1.4.2.   Partijiet ikkonċernati bl-investigazzjoni

    (16)

    Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi, lill-applikanti u lill-produtturi tal-Komunità bit-tnedija tar-reviżjoni ta’ skadenza u bir-reviżjoni interim parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ inizjazzjoni.

    (17)

    Il-partijiet interessati kollha li talbu hekk u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ġew akkordati seduta ta’ smigħ.

    (18)

    Waqt ir-reviżjoni ta’ skadenza ntbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magћruf li huma kkonċernati, jiġifieri liż-żewġ produtturi tal-Komunità, lill-produttur esportatur fl-Indja u lill-importaturi u lill-utenti magħrufa kollha u lill-GI. Fir-rigward tar-reviżjoni interim parzjali, il-kwestjonarji ntbagħtu lill-produttur esportatur fl-Indja u lill-GI.

    (19)

    Waslu tweġibiet għall-kwestjonarji mill-GI, miż-żewġ produtturi tal-Komunità u mill-produttur esportatur mill-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll minn erba’ utenti. Ħadd mill-importaturi ma wieġeb għall-kwestjonarju u ħadd mill-importaturi l-oħra ma forna lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni jew għamel lilu nnifsu magħruf waqt dawn l-investigazzjonijiet.

    (20)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li tqis neċessarju għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ sussidju u tad-dannu li jirriżulta, tal-interessi tal-Komunità kif ukoll tal-allegat livell mibdul ta’ sussidji. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni wettqet żjarat ta’ verifika fil-bini tal-GI f’Delhi, tal-Gvern ta’ Maharashtra f’Mumbai, fil-Bank ta’ Riżerva tal-Indja f’Mumbai, u fil-bini ta’ dawn il-kumpaniji li ġejjin:

    (a)

    Il-produttur esportatur fl-Indja:

    Kokan Synthetics & Chemicals Pvt Ltd., Mumbai, L-Indja;

    (b)

    Il-produtturi tal-Komunità:

    Ardenity, Givet, Franza,

    CUF Químicos Industriais, Estarreja, il-Portugall;

    (ċ)

    L-utenti:

    Kemira Germany GmbH, Leverkusen, il-Ġermanja,

    Robama SA, Palafolls, Spanja.

    2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

    2.1.   Il-prodott ikkonċernat

    (21)

    Il-prodott li qed jiġi kkunsidrat huwa l-aċidu sulfaniliku li joriġina fl-Indja (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa huwa kklassifikat fil-kodiċi NM ex 2921 42 10 (TARIC 2921421060). Bażikament jeżistu żewġ gradi ta’ aċidu sulfaniliku, li jiġu determinati abbażi tal-purità tagħhom: grad tekniku u grad purifikat. Barra minn hekk, kultant il-grad purifikat jiġi kummerċjalizzat fil-forma ta’ melħ tal-aċidu sulfaniliku. L-aċidu sulfanliku jintuża bħala materja prima fil-produzzjoni ta’ sustanzi li joħolqu luminożità ottika, addittivi tal-konkrit, koloranti tal-ikel u żebgħa. Filwaqt li l-aċidu sulfaniliku għandu użi differenti, il-gradi u l-forom kollha huma meqjusin mill-utenti li jistgħu jiġu sostitwiti b’mod raġonevoli, jintużaw bħallikieku l-istess f’bosta applikazzjonijiet u, għaldaqstant, huma ttrattati, bħal fil-każ tal-investigazzjoni oriġinali, bħala prodott wieħed.

    2.2.   Il-prodott simili

    (22)

    Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, dawn l-investigazzjonijiet tar-reviżjoni kkonfermaw li l-aċidu sulfaniliku u l-imluħa tiegħu huma prodotti purament ta’ komodità u l-kwalità u l-karatterisitiċi fiżiċi tagħhom huma identiċi minkejja l-pajjiż tal-oriġini. Il-prodott ikkonċernat u l-prodotti manifatturati u mibjugħin mill-produttur esportatur ikkonċernat fis-suq domestiku tiegħu u esportat lejn pajjiżi terzi, kif ukoll dawk manifatturati u mibjugħin mill-produtturi tal-Komunità fis-suq tal-Komunità, għaldaqstant, instabu li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi, u għalhekk huma kkunsidrati bħala prodotti simili konformement mat-tifsira tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament bażiku.

    3.   IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA’ SUSSIDJU

    3.1.   Introduzzjoni

    (23)

    Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fit-talba għar-reviżjoni u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati.

    Skemi ta’ sussidju investigati fl-investigazzjoni oriġinali

    Skemi nazzjonali

    (a)

    L-Iskema ta’ Proċessar għall-Esportazzjoni (Export Processing Zones Scheme – “EPZS”)/L-Iskema ta’ Żoni Ekonomiċi Speċjali (Special Economic Zones Scheme – “SEZS”)/L-Iskema tal-Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (Export Oriented Units Scheme – “EOUS”)

    (b)

    L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji (Duty Entitlement Passbook Scheme – “DEPBS”)

    (ċ)

    L-Iskema tal-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (Export Promotion Capital Goods Scheme – “EPCGS”)

    (d)

    L-Iskema ta’ Eżenzjoni Fiskali (Income Tax Exemption Scheme – “ITES”)

    (e)

    L-Iskema tal-Liċenzja bil-quddiem (Advance Licence Scheme – “ALS”)/L-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni bil-quddiem (Advance Authorisation Scheme – “AAS”)

    Skemi reġjonali

    (f)

    L-Iskema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi (“PSI”) tal-Gvern ta’ Maharashtra

    Skemi ta’ sussidju mhux investigati fl-investigazzjoni oriġinali

    Skemi nazzjonali

    (g)

    L-Iskema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni ta’ qabel u wara t-trasport bil-baħar (Export Credit Scheme – “ECS”)

    (24)

    L-iskemi (a), (b), (c) u (e) speċifikati aktar ‘il fuq huma bbażati fuq l-Att tal-1992 dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolament) (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-Gvern tal-Indja sabiex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn ġew miġbura fil-qosor fid-dokumenti “Politika dwar l-Esportazzjoni u l-Importazzjoni” li, mill-1 ta’ Settembru 2004, din ġiet intitolata “Il-Politika dwar il-Kummerċ Barrani” u dawn jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati regolarment. Dokument wieħed dwar il-Politika tal-Esportazzjoni u l-Importazzjoni huwa rilevanti għall-perjodu tal-investigazzjoni għar-reviżjoni ta’ dan il-każ, jiġifieri il-pjan ta’ ħames snin relatat mal-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2009 (“politika EXIM 2004-2009”). Barra minn hekk, il-Gvern tal-Indja stabbilixxa wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-politika EXIM 2004-2009 fil-“Manwal ta’ Proċeduri – l-1 ta’ Settembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2009, Volum I” (“HOP I 2004-2009”).

    (25)

    L-Iskema tal-Eżenzjoni Fiskali speċifikata f’(d) hija bbażata fuq l-Att tal-1961 dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, li jiġi emendat kull sena bl-Att dwar il-Finanzi.

    (26)

    L-iskema (f) hija ġestita mill-Istat ta’ Maharashtra u hija bbażata fuq ir-riżoluzzjonijiet tad-Dipartiment tal-Industrija, l-Enerġija u x-Xogħol tal-Gvern ta’ Maharashtra.

    (27)

    L-Iskema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni speċifikata aktar ‘il fuq f’(g) hija bbażata fuq it-Taqsimiet 21 u 35 A tal-Att tal-1949 dwar ir-Regolamentazzjoni Bankarja, li jippermetti lill-Bank ta’ Riżerva tal-Indja (“RBI”) jagħti struzzjonijiet lill-banek kummerċjali dwar il-kreditu fuq l-esportazzjoni.

    3.2.   L-Iskema ta’ Proċessar għall-Esportazzjoni (“EPZS”)/l-Iskema ta’ Żoni Ekonomiċi Speċjali (“SEZS”)/l-Iskema tal-Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (“EOUS”)

    (28)

    Instab li l-produttur esportatur li kkopera la kien fl-SEZS u lanqas fl-EPZS. Madankollu, il-produttur esportatur li qiegħed jikkopera ġie stabbilit taħt l-EOUS u rċieva sussidji kumpensatorji matul il-PIR. Id-deksrizzjoni u l-valutazzjoni t’hawn taħt, għalhekk, huma limitati għall-EOUS.

    3.2.1.   Bażi legali

    (29)

    Id-dettalji tal-EOUS jinstabu fil-kapitolu 6 tal-politika EXIM 2004-2009 u fil-HOP I 2004-2009.

    3.2.2.   Eliġibbiltà

    (30)

    Ħlief għall-kumpaniji purament kummerċjali l-intrapriżi kollha li, fil-prinċipju, jintrabtu li jesportaw il-produzzjoni kollha tagħhom ta’ oġġetti jew servizzi jistgħu jitwaqqfu taħt l-Iskemi EOUS. L-impenji fis-setturi industrijali għandhom jilħqu limitu ta’ investiment minimu f’assi fissi (10 miljun Rupee Indjan) sabiex ikunu eliġibbli għall-EOUS.

    3.2.3.   Implimentazzjoni prattika

    (31)

    L-EOUS tinsab u hija stabbilita kullimkien fl-Indja.

    (32)

    Applikazzjoni għal status ta’ EOUS għandha tinkludi d-dettalji għal ħames snin li jmiss dwar, inter alia, il-kwantitajiet ta’ produzzjoni ppjanati, il-valur ipproġettat tal-esportazzjonijiet, ir-rekwiżiti tal-importazzjoni u r-rekwiżiti indiġeni. Meta tiġi aċċettata mill-awtoritajiet l-applikazzjoni tal-kumpanija, it-termini u l-kondizzjonijiet mehmuża ma’ din l-aċċettazzjoni jiġu kkomunikati lill-kumpanija. Il-ftehim sabiex tiġi rikonoxxuta bħala kumpanija bi status ta’ EOUS jibqa’ validu għal perjodu ta’ ħames snin. Il-ftehim jista’ jiġġedded għal perjodi oħra.

    (33)

    Obbligu kruċjali ta’ EOUS kif spjegat fil-politika EXIM 2004-2009 huwa li jinkiseb dħul nett ta’ munita barranija (“NFE”), jiġifieri f’perjodu ta’ referenza (ħames snin) il-valur totali tal-esportazzjonijiet irid ikun ikbar mill-valur totali tal-oġġetti importati.

    (34)

    L-unitajiet tal-EOUS huma intitolati għall-konċessjonijiet li ġejjin:

    eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni fuq kull tip ta’ merkanzija (inklużi merkanzija kapitali, materja prima u oġġetti għall-konsum) meħtieġa għall-manifattura, il-produzzjoni, l-ipproċessar, jew marbuta magħhom;

    eżenzjoni minn dazju tas-sisa fuq merkanzija miksuba minn sorsi indiġeni;

    rimborż tat-taxxa fuq il-bejgħ ċentrali mħallsa fuq merkanzija miksuba lokalment;

    faċilità li tbiegħ sa 50 % tal-valur FOB tal-esportazzjonijiet fis-suq domestiku, suġġett li jinkiseb dħul nett pożittiv ta’ munita barranija (NFE) fuq ħlas ta’ dazji konċessjonali, jiġifieri d-dazji tas-sisa fuq il-prodotti lesti;

    rimborż parzjali tad-dazju mħallas fuq karburant miksub minn kumpaniji taż-żejt domestiċi;

    eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul li normalment tkun dovuta fuq il-profitti magħmula fuq il-bejgħ għall-esportazzjoni konformement mat-Taqsima 10B tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, għal perjodu ta’ 10 snin wara li jibdew l-operazzjonijiet tagħha, iżda mhux iktar tard mill-2010;

    possibbiltà ta’ pussess ta’ ekwità barranija ta’ 100 %.

    (35)

    L-unitajiet li joperaw taħt dawn l-Iskemi huma marbuta taħt is-sorveljanza tal-uffiċjali doganali konformement mat-Taqsima 65 tal-Att dwar id-Dwana.

    (36)

    Dawn l-unitajiet huma obbligati bil-liġi li jżommu rendikont xieraq tal-importazzjonijiet kollha, tal-konsum u l-użu tal-materjal importat kollu u tal-esportazzjonijiet li jkunu saru konformement mat-Taqsima 6.11.1 tal-HOP I 2004-2009. Dawn id-dokumenti għandhom jiġu ppreżentati perjodikament lill-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ rapporti ta’ progress ta’ kull tliet xhur u ta’ kull sena.

    (37)

    Madankollu, “fl-ebda mument ma għandha [EOU] tkun mitluba tikkorrelata kull kunsinna importata mal-esportazzjonijiet, it-trasferimenti lil unitajiet oħra, il-bejgħ fid-DTA (Domestic Tariff Area) jew il-bilanċ fl-istokk tagħha”, konformement mat-Taqsima 6.11.2 tal-HOP 2004-09.

    (38)

    Il-bejgħ domestiku jintbagħat u jiġi rreġistrat fuq bażi ta’ awtoċertifikazzjoni. Il-proċess tad-dispaċċ tal-kunsinni għall-esportazzjoni ta’ EOU jkun sorveljat minn uffiċjal tad-dwana jew tas-sisa, li jkun stazzjonat fl-EOU b’mod permanenti.

    (39)

    Fil-każ preżenti, il-produttur esportatur li kkopera uża l-iskema sabiex jakkwista oġġetti fis-suq domestiku mingħajr dazju tas-sisa, sabiex jikseb ir-rimborż mit-taxxi fuq il-bejgħ u sabiex jikseb ir-rimborż parzjali tad-dazju mħallas fuq karburant miksub minn kumpaniji taż-żejt domestiċi. L-investigazzjoni żvelat li l-produttur esportatur ikkonċernat ma ħax vantaġġ mill-benefiċċji taħt id-dispożizzjonijiet tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul tal-EOUS.

    3.2.4.   Konklużjonijiet fuq l-EOUS

    (40)

    Fil-każ tal-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq oġġetti li nkisbu minn sorsi indiġeni, instab li d-dazju mħallas fuq ix-xiri minn unità li mhix EOUS jista’ jintuża bħala kreditu għall-ħlasijiet ta’ dazju tal-futur, pereżempju sabiex jitħallas id-dazju tas-sisa fuq il-bejgħ domestiku (l-hekk imsejjaħ mekkaniżmu “CENVAT”). Għalhekk, id-dazju tas-sisa mħallas fuq ix-xiri mhuwiex definittiv. Bis-sistema ta’ kreditu “CENVAT” id-dazju definittiv jaqa’ biss fuq il-valur miżjud, mhux fuq il-materjali bażiċi. Għalhekk, billi jiġi eżentat id-dazju tas-sisa fuq ix-xiri minn unità tal-EOUS, l-ebda dħul addizzjonali tal-gvern ma jinħafer u b’konsegwenza ma jkun hemm l-ebda ġbir ta’ benefiċċju addizzjonali għal EOUS.

    (41)

    Ir-rimborż tat-taxxa fuq il-bejgħ ċentrali u r-rimborż parzjali tad-dazju mħallas fuq karburant miksub minn kumpaniji taż-żejt domestiċi jikkostitwixxu sussidji konformement mat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Id-dħul tal-Gvern li kien ikun dovut fin-nuqqas ta’ din l-iskema jkun mitluf, u b’hekk jingħata benefiċċju lill-EOUS konformement mat-tifsira tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, minħabba li din tejbet il-likwidità tagħha billi ġew rimborżati t-taxxa fuq il-bejgħ ċentrali kif ukoll id-dazji li normalment jitħallsu fuq il-karburant. Bil-liġi, is-sussidji huma suġġetti għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u, għalhekk, jitqiesu bħala speċifiċi u kompensatorji konformement mal-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. L-għan tal-esportazzjoni ta’ EOUS kif stipulat fil-paragrafu 6.1 tal-politika EXIM 02-07 huwa conditio sine qua non sabiex ikun hemm l-inċentivi.

    3.2.5.   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (42)

    L-ammont tas-sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi tat-taxxa tal-bejgħ ċentrali rimborżata fuq oġġetti miksuba lokalment u fuq ir-rimborż parzjali ta’ dazji mħallsa fuq karburant mixtri lokalment matul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-reviżjoni. Id-drittijiet li neċessarjament kellhom jitħallsu sabiex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu konformement mal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma sabiex wieħed jasal għall-ammont tas-sussidju bħala n-numeratur. Konformement mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat tal-esportazzjoni tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa kkondizzjonat mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Il-marġni ta’ sussidju miksub b’dan il-mod kien ta’ 3,2 %.

    3.3.   L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji (“DEPBS”)

    3.3.1.   Bażi legali

    (43)

    Deskrizzjoni dettaljata dwar id-DEPBS tinsab fit-Taqsima 4.3 tal-politika EXIM 2004-2009 u fit-Taqsima 4.37-4.53 tal-HOP I 2004-2009.

    3.3.2.   Sejbiet

    (44)

    Instab li l-produttur esportatur li kkopera ma kiseb l-ebda benefiċċju taħt id-DEPBS matul il-PIR. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f’din l-investigazzjoni.

    3.4.   L-Iskema tal-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (“EPCGS”)

    3.4.1.   Bażi legali

    (45)

    Deskrizzjoni dettaljata dwar il-EPCGS tinsab fil-Kapitolu 5 tal-politika EXIM 2004-2009 u fil-Kapitolu 5 tal-HOP I 2004-2009.

    3.4.2.   Sejbiet

    (46)

    Instab li l-produttur esportatur li kkopera ma kiseb l-ebda benefiċċju taħt il-EPCGS matul il-PIR. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f’din l-investigazzjoni.

    3.5.   L-Iskema ta’ Eżenzjoni Fiskali (“ITES”)

    (47)

    Instab li l-produttur esportatur li kkopera ma kiseb l-ebda benefiċċju taħt l-ITES matul il-PIR. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f’din l-investigazzjoni.

    3.6.   L-Iskema tal-Liċenzja bil-quddiem (“ALS”)/L-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni bil-quddiem (“AAS”)

    3.6.1.   Bażi legali

    (48)

    Deskrizzjoni dettaljata dwar l-iskema tinsab fit-Taqsimiet 4.1 sa 4.1.14 tal-politika EXIM 2004-2009 u fil-Kapitoli 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 2004-2009. L-isem tal-iskema nbidel għall-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni bil-quddiem mil-1 ta’ April 2006.

    3.6.2.   Sejbiet

    (49)

    Instab li l-produttur esportatur li kkopera ma kiseb l-ebda benefiċċju taħt l-AAS matul il-PIR. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f’din l-investigazzjoni.

    3.7.   L-Iskema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi (“PSI”) tal-Gvern ta’ Maharashtra (“GM”)

    3.7.1.   Bażi legali

    (50)

    Sabiex jinkoraġġixxi l-istabbiliment tal-industriji fiż-żoni inqas żviluppati tal-Istat ta’ Maharashtra, il-GM ilu jagħti inċentivi lill-unitajiet ġodda li jespandu u jistabbilixxu ruħhom f’reġjuni li qed jiżviluppaw tal-Istat, sa mill-1964, taħt l-iskema magħrufa b’mod komuni bħala l-“Iskema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi” (“PSI”). L-iskema ġiet emendata diversi drabi mid-dħul tagħha u l-“Iskema tal-2001” kienet operattiva bejn l-1 ta’ April 2001 sal-31 ta’ Marzu 2006 li wara ġiet estiża b’sena sal-31 ta’ Marzu 2007. Il-PSI tal-GM hija magħmula minn bosta sotto-skemi li l-iktar ewlenin fosthom hemm: (i) ir-rifużjoni tat-taxxa octroi/it-taxxa fuq id-dħul, (ii) l-eżenzjoni mid-dazju tal-elettriku u (iii) l-eżenzjoni mit-taxxa tal-bejgħ lokali/id-differiment tat-taxxa tal-bejgħ lokali. Konformement mal-GM, l-iskema tal-2001 ma tinkludix l-iskema ta’ taxxa tal-aħħar, jiġifieri la l-eżenzjoni mit-taxxa tal-bejgħ u lanqas id-differimenti tat-taxxa tal-bejgħ. Madankollu, l-investigazzjoni stabbiliet li l-intitolament ta’ kumpanija għall-benefiċċji taħt l-iskema huwa stipulat fiċ-“Ċertifkat tal-Eliġibbiltà”. L-investigazzjoni żvelat li l-unika sotto-skema użata mill-produttur esportatur li kkopera matul il-PIR kienet, fil-fatt, dik li tikkonċerna d-differimenti tat-taxxa tal-bejgħ (parti minn (iii) aktar ‘il fuq).

    3.7.2.   Eliġibbiltà

    (51)

    Biex ikunu eliġibbli, il-kumpaniji jridu jinvestu fiż-żoni inqas żviluppati tal-Istat (dawn iż-żoni huma kklassifikati abbażi tal-iżvilupp ekonomiku tagħhom f’kategoriji differenti, pereżempju żona inqas żviluppata, żona ħafna inqas żviluppata, u żona l-inqas żviluppata) jew billi jwaqqfu stabbiliment industrijali ġdid jew billi jagħmlu investiment kapitali fuq skala kbira sabiex jespandu jew jiddiversifikaw stabbiliment industrijali eżistenti. Il-kriterju prinċipali sabiex ikun stabbilit l-ammont ta’ inċentivi huwa ż-żona li fiha l-intrapriża tinsab jew se tkun tinsab u d-daqs tal-investiment.

    3.7.3.   Implimentazzjoni prattika

    (52)

    Iċ-Ċertifikat tal-Eliġibbiltà maħruġ mill-GM lill-produttur esportatur li kkopera kkonferma li l-kumpanija, taħt is-sotto-skema tad-differiment tat-taxxa tal-bejgħ, setgħet tiddiferixxi l-ħlas tat-taxxa tal-bejgħ tal-Istat miġbura minn fuq il-bejgħ domestiku tagħha għal perjodu ta’ 12-il sena mis-sena tal-ġbir.

    3.7.4.   Konklużjoni

    (53)

    Is-sotto-skema tad-differiment tat-taxxa tal-bejgħ tal-PSI tal-GM tforni sussidji konformement mat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Is-sotto-skema eżaminata tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GM, minħabba li din il-konċessjoni tipposponi l-ġbir tad-dħul tal-GM li kien ikun dovut mod ieħor. Dan id-differiment jikkonferixxi benefiċċju fuq il-kumpanija minħabba li dan itejjeb il-likwidità tal-kumpanija.

    (54)

    Is-sotto-skema hija disponibbli biss għall-kumpaniji li jkunu investew f’ċerti żoni ġeografiċi magħżula li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat ta’ Maharashtra. Din mhix disponibbli għall-kumpaniji li jinsabu barra dawn iż-żoni. Il-livell ta’ benefiċċju jvarja abbażi taż-żona kkonċernata. L-iskema hija speċifika konformement mal-Artikolu 3(2)(a) u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku, u għalhekk hija kumpensatorja.

    3.7.5.   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (55)

    L-ammont differit tat-taxxi tal-bejgħ tal-Istat, taħt l-element tad-differiment tal-iskema, miġbur matul il-PIR huwa kkunsidrat bħala ekwivalenti għal self bla imgħax tal-istess ammont li jkun ingħata mill-GM. Għaldaqstant, il-benefiċċju għall-produttur esportatur li kkopera ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-imgħax li tħallas fuq self kummerċjali paragunabbli mill-kumpanija matul il-PIR.

    (56)

    Konformement mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju (in-numeratur) kien allokat fuq il-fatturat totali tal-kumpanija matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju mhuwiex ikkondizzjonat mill-esportazzjonijiet u dan ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

    (57)

    Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-ammont tas-sussidju li l-kumpanija ħadet taħt din l-iskema kien ta’ 0,6 %.

    3.8.   L-Iskema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (“ECS”)

    3.8.1.   Bażi legali

    (58)

    Id-dettalji dwar l-iskema huma stipulati fiċ-Ċirkulari Prinċipali IECD Nru 02/04.02.02/2006-07 (Kreditu għall-Esportazzjoni f’Munita Barranija) u fiċ-Ċirkulari Prinċipali IECD Nru 01/04.02.02/2006-07 (Kreditu għall-Esportazzjoni fir-Rupee) tal-Bank ta’ Riżerva tal-Indja (“RBI”), li huma indirizzati lill-banek kummerċjali kollha fl-Indja.

    3.8.2.   Eliġibbiltà

    (59)

    L-esportaturi li jimmanifatturaw u n-negozjanti li jesportaw huma eliġibbli għal din l-iskema. Il-produttur esportatur li kkopera instab li bbenefika mill-ECS.

    3.8.3.   Implimentazzjoni prattika

    (60)

    Taħt din l-iskema, ir-RBI jiffissa b’mod obbligatorju l-ogħla livell ta’ rati ta’ imgħax applikabbli għall-kreditu għall-esportazzjoni, kemm fir-Rupee Indjan kif ukoll fil-munita barranija, li l-banek kummerċjali jistgħu jiċċarġjaw lill-esportatur “bil-ħsieb li l-kreditu jsir disponibbli għall-esportaturi b’rati kompetittivi internazzjonalment”. L-ECS tikkonsisti f’żewġ sotto-skemi, l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni qabel it-trasport bil-baħar (“kreditu għall-ippakkjar”), li tkopri kreditu pprovdut lill-esportatur sabiex jiffinanzja x-xiri, l-ipproċessar, il-manifattura, l-ippakkjar u/jew it-trasport bil-baħar tal-oġġetti qabel jiġu esportati, u l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni wara t-trasport bil-baħar, li tipprovdi għal self ta’ kapital ċirkolanti bl-iskop li wieħed jaħdem bih sakemm jidħol il-ħlas tal-oġġetti esportati. Ir-RBI jordna wkoll lill-banek sabiex jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagħhom għall-finanzjament tal-esportazzjoni.

    (61)

    B’riżultat ta’ dawn iċ-Ċirkularijiet Prinċipali tal-RBI, l-esportaturi jistgħu jiksbu kreditu għall-esportazzjoni b’rati ta’ imgħax preferenzjali meta mqabbla mar-rati ta’ imgħax għall-krediti kummerċjali ordinarji (kreditu ta’ flus), li jiġu ffissati konformement mal-kondizzjonijet tas-suq.

    3.8.4.   Konklużjoni dwar l-ECS

    (62)

    L-ewwel nett, ir-rati ta’ imgħax preferenzjali ta’ kreditu tal-ECS stabbiliti biċ-Ċirkularijiet Prinċipali tal-RBI jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tal-imgħax tal-esportatur meta mqabbla mal-isejjeż tal-kreditu stabbiliti purament konformement mal-kondizzjonijiet tas-suq u, f’dan il-każ, jikkonferixxu benefiċċju konformement mat-tifsira tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku fuq tali esportatur. Fil-każ biss meta nstab li kienet teżisti din id-differenza fir-rata tal-imgħax, ġie konkluż li kien ingħata benefiċċju. Id-differenzi fir-rati bejn il-krediti mogħtija konformement maċ-Ċirkolarijiet Prinċipali tal-RBI u r-rati kummerċjali (krediti ta’ flus) ma jistgħux jiġu spjegati bħala reazzjoni sempliċi għas-sitwazzjoni tas-suq mill-banek kummerċjali.

    (63)

    It-tieni nett, u minkejja l-fatt li l-krediti preferenzjali taħt l-ECS ingħataw minn banek kummerċjali, dan il-benefiċċju huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern konformement mat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. L-RBI huwa entità pubblika u jaqa’ għalhekk taħt id-definizzjoni ta’ “gvern” kif stipulat fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku. Dan huwa proprjetà tal-Istat, jissokta l-għanijiet tal-politika pubblika, pereżempju l-politika monetarja, u d-diriġenti tiegħu jinħatru mill-GI. L-RBI jidderieġi l-għażla ta’ entitajiet privati, konformement mat-tifsira tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-banek kummerċjali huma marbutin bil-kondizzjonijiet li dan jimponi, inter alia, l-ogħla livelli għar-rati tal-imgħax fuq il-krediti tal-esportazzjoni li jiġu ppubblikati fiċ-Ċirkularijiet Prinċipali tal-RBI, kif ukoll bid-dispożizzjonijiet tal-RBI li l-banek kummerċjali jridu jiddestinaw ċertu ammont ta’ kreditu bankarju nett tagħhom għall-finanzjament tal-esportazzjonijiet. Din id-direzzjoni tobbliga lill-banek kummerċjali sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, f’dan il-każ is-self fil-forma ta’ finanzjament preferenzjali għall-esportazzjonijiet. Dan it-trasferiment dirett ta’ fondi fil-forma ta’ self taħt ċerti kondizzjonijiet normalment jaqa’ fil-kompetenza tal-amministrazzjoni pubblika, u din il-prattika ma tvarjax wisq mill-prattiki li normalment jiġu segwiti mill-gvernijiet fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. Dan is-sussidju jitqies bħala speċifiku u kompensatorju minħabba li r-rati tal-imgħax preferenzjali huma disponibbli biss fir-rigward tal-finanzjament ta’ tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni, u għalhekk huwa kkondizzjonat mill-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet, konformement mal-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

    3.8.5.   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (64)

    L-ammont tas-sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-imgħax imħallas għall-krediti tal-esportazzjoni li ntużaw matul il-PIR u r-rata tal-imgħax li kellha titħallas għall-krediti kummerċjali ordinarji użati mill-kumpanija partikulari. Dan l-ammont tas-sussidju (in-numeratur) kien allokat fuq il-fatturat totali tal-esportazzjonijiet matul il-PIR bħala d-denominatur adatt konformement mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għaliex is-sussidju huwa kkondizzjonat mill-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. Il-produttur esportatur li kkopera nstab li bbenefika mill-ECS u kiseb sussidju ta’ 0,9 %.

    3.9.   L-ammont ta’ sussidji suġġetti għal miżuri kumpensatorji

    (65)

    L-ammont ta’ sussidji suġġetti għal miżuri kumpensatorji li nstab matul il-PIR konformement mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, imfisser ad valorem, għall-produttur esportatur investigat huwa ta’ 4,7 %.

    (66)

    Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, il-produttur esportatur li kkopera kien responsabbli għal 100 % tal-esportazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku mill-Indja lejn il-Komunità matul il-PIR. Ma kien hemm l-ebda informazzjoni li turi li l-livell ta’ sussidju ta’ produtturi esportaturi oħra li seta’ kien hemm kien aktar baxx.

    SKEMA

    KUMPANIJA

    EOU (*)

    DEPBS

    EPCGS

    ITES

    ALS

    Skema tal-Istat ta’ Maharashtra

    ECS (*)

    Total

    %

    %

    %

    %

    %

    %

    %

    %

    Kokan Synthetics and Chemicals Private Limited

    3,2

    xejn

    xejn

    xejn

    xejn

    0,6

    0,9

    4,7

    3.10.   Konklużjonijiet dwar il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tas-sussidju

    (67)

    Konformement mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassalx għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tas-sussidju.

    (68)

    Ġie stabbilit li għalkemm il-marġni tas-sussidju li nstab fl-investigazzjoni għar-reviżjoni ta’ skadenza kien aktar baxx minn dak stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali, l-esportatur Indjan li kkopera tal-prodott ikkonċernat kompla jibbenefika mis-sussidji kumpensatorji mill-awtoritajiet Indjani. Rigward l-iskema ewlenija investigata matul il-PIR, jiġifieri l-EOUS, l-istatus ta’ Unità Orjentata lejn l-Esportazzjoni konformement mal-politika EXIM jagħti benefiċċji kontinwi u m'hemm l-ebda indikazzjoni li dawn il-programmi se jitneħħew fil-futur qrib. Taħt dawn il-kondizzjonijiet, huwa evidenti li fil-futur l-esportatur tal-prodott ikkonċernat se jkompli wkoll jirċievi sussidju kumpensatorju.

    (69)

    Minħabba li ntwera li s-sussidju kompla waqt ir-reviżjoni u li x’aktarx dan se jkompli jingħata fil-futur, il-punt dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tas-sussidju mhuwiex rilevanti.

    3.11.   In-natura permanenti taċ-ċirkustanzi li nbidlu

    (70)

    Konformement mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat ukoll jekk iċ-ċirkustanzi li nbidlu fir-rigward tal-investigazzjoni oriġinali dwar is-sussidju jistgħux jitiqiesu li huma ta’ natura permanenti.

    (71)

    Ta’ min ifakkar li l-għan tar-reviżjoni interim huwa, fin-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-esportaturi l-oħra fl-Indja, limitat għal-livell tas-sussidju ta’ Kokan Synthetics & Chemicals Pvt. Ltd.

    (72)

    Rigward in-natura permanenti taċ-ċirkustanzi li nbidlu, fid-dawl tar-riżultati stabbiliti fil-premessa (68) aktar ‘il fuq, ġie konkluż li ma kien hemm ebda raġuni l-għala jiġi kkunsidrat li l-livell mibdul tas-sussidju ma kienx ta’ natura permanenti.

    4.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

    (73)

    Fil-Komunità, il-prodott simili jiġi manifatturat minn żewġ produtturi li l-produzzjoni tagħhom titqies li tikkostitwixxi l-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott simili konformement mat-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

    (74)

    Ta’ min jinnota li, meta mqabbel mal-investigazzjoni oriġinali, il-kumpaniji “Sorochimie Chimie Fine” u “Quimigal SA” kienu bidlu isimhom, b’tal-ewwel issir “Ardenity” u tal-aħħar “CUF Químicos Industriais”.

    (75)

    Dawn iż-żewġ produtturi kkoperaw fl-investigazzjoni u appoġġjaw it-talba għal reviżjoni. Għalhekk, dawn jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fit-tifsira tal-Artikolu 9(1) u 10(8) tar-Regolament bażiku.

    5.   SITWAZZJONI FIS-SUQ KOMUNITARJU

    5.1.   Konsum fis-suq Komunitarju

    (76)

    Il-konsum Komunitarju evidenti ġie stabbilit fuq il-bażi ta’:

    l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fis-suq Komunitarju derivati mill-Eurostat,

    il-bejgħ totali tal-industrija tal-Komunità fis-suq Komunitarju derivati mit-tweġibiet għall-kwestjonarji.

    (77)

    Il-konsum Komunitarju tal-aċidu sulfaniliku fil-PIR kien ta’ madwar 10 000 tunnellata. Matul il-perjodu kkunsidrat kien osservat tnaqqis ta’ 6 % fil-konsum.

    Tabella 1

    Konsum fis-suq Komunitarju

     

    2003

    2004

    2005

    2006

    PIR

    Konsum (tunnellati)

    10 684

    10 443

    10 899

    9 939

    9 997

    Indiċi

    100

    98

    102

    93

    94

    5.1.1.   Importazzjonijiet preżenti mill-pajjiż ikkonċernat

    (78)

    Sabiex tiġi rispettata l-informazzjoni kunfidenzjali dwar in-negozju, minħabba l-fatt li Kokan tirrappreżenta 100 % tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja u li l-industrija tal-Komunità tikkonsisti minn żewġ produtturi biss, l-informazzjoni fit-Tabelli 2 sa 5 t’hawn taħt qed tiġi ppreżentata fil-forma ta’ indiċi.

    5.1.2.   Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati matul il-PIR

    (79)

    Il-volumi u l-ishma fis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja żviluppaw kif stabbilit fit-tabelli t’hawn taħt.

    Tabella 2

    Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

    Importazzjonijiet ()

    2003

    2004

    2005

    2006

    PIR

    Indiċi

    100

    54

    59

    56

    60

    Sors: Eurostat

    Tabella 3

    Sehem fis-suq tal-pajjiżi kkonċernati

    Sehem fis-suq

    2003

    2004

    2005

    2006

    PIR

    Indiċi

    100

    55

    58

    60

    64

    (80)

    L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqsu b’40 % bejn l-2003 u l-PIR u s-sehem fis-suq tal-importaturi Indjani naqas b’36 %.

    5.2.   L-evoluzzjoni tal-prezz u l-imġiba tal-prezz tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat

    Tabella 4

    Prezzijiet tal-importazzjonijiet ikkonċernati

    Prezzijiet ta’ unità

    2003

    2004

    2005

    2006

    PIR

    Indiċi

    100

    85

    96

    110

    111

    Sors: Eurostat

    (81)

    Il-prezz medju tal-importazzjonijiet ikkonċernati li joriġinaw mill-Indja żdied bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    (82)

    Sabiex jiġi kkalkulat il-livell tat-traħħis fil-prezz matul il-PIR, il-prezzijiet tal-fabbrika tal-industrija tal-Komunità lill-konsumaturi mhux relatati tqabblu mal-prezzijiet CIF tal-importazzjoni fuq il-fruntiera tal-Komunità tal-pajjiż ikkonċernat, aġġustati kif jixraq sabiex jirriflettu l-prezz ta’ wara l-kunsinna. Dan l-aġġustament sar biż-żieda fil-prezzijiet tad-dazju doganali normali u tal-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. It-tqabbil żvela li l-prezzijiet aġġustati tal-Indja ma kinux irħas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità. Iż-żieda fil-prezz osservata u n-nuqqas ta’ traħħis fil-prezz għandhom jiġu kkunsidrati fid-dawl tad-diversi impenji fuq il-prezz li ġew offruti mill-esportatur Indjan bl-impożizzjoni tal-miżuri fl-2002.

    5.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

    Tabella 5

    Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

    Il-bqija tad-dinja

    2003

    2004

    2005

    2006

    PIR

    Importazzjonijiet (Indiċi)

    100

    93

    114

    91

    91

    Sehem fis-suq (Indiċi)

    100

    95

    112

    98

    97

    Prezzijiet medji (EUR/tunnellata)

    855

    930

    1 077

    1 059

    1 018

    Indiċi

    100

    109

    126

    124

    119

    Sors: Eurostat

    (83)

    Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra naqas b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem tagħhom fis-suq naqas ftit bi 3 %. Il-pajjiżi esportaturi ewlenin, jiġifieri l-Istati Uniti tal-Amerika u r-RPĊ, ammontaw għal kważi 100 % ta’ dawn l-importazzjonijiet matul il-perjodu kkundsidrat.

    (84)

    Il-prezzijiet tal-aċidu sulfaniliku mill-pajjiżi terzi l-oħra kienu bħala medja inqas minn dawk tal-industrija tal-Komunità kif ukoll inqas mill-prezzijiet Indjani. Ta’ min ifakkar li l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-RPĊ kienu suġġetti għal dazju anti-dumping ta’ 21 % fl-2002, li żdied għal 33,7 % fl-2004 wara investigazzjoni ta’ kontra l-assorbiment.

    5.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Komunità

    5.4.1.   Rimarki preliminari

    (85)

    Sabiex tiġi rispettata l-informazzjoni kunfidenzjali tan-negozju, l-informazzjoni rigward iż-żewġ kumpaniji li jiffurmaw l-industrija Komunitarja qiegħda tiġi ppreżentata f’forma ta’ indiċi.

    (86)

    Konformement mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, ġew eżaminati l-fatturi ekonomiċi rilevanti kollha u l-indiċijiet li jappartjenu għall-industrija tal-Komunità.

    5.4.2.   Data rigward l-industrija tal-Komunità

    (a)   Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni installata u rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità

    Tabella 6

    Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni installata, utilizzazzjoni tal-kapaċità

     

    2003

    2004

    2005

    2006

    PIR

    Tunnellati ta’ kapaċità (indiċi)

    100

    100

    100

    105

    112

    Tunnellati ta’ produzzjoni (indiċi)

    100

    119

    115

    115

    117

    Utilizzazzjoni tal-kapaċità (indiċi)

    100

    119

    115

    109

    105

    Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

    (87)

    Il-livell tal-produzzjoni tal-industrija tal-Komunità matul il-PIR kien 17 % ogħla mil-livell irreġistrat fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Komunità wkoll żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat bi 12 % minħabba li wieħed mill-produtturi tal-Komunità żied il-kapaċità tiegħu b’investiment f’tagħmir sabiex jipproduċi aċidu sulfaniliku ta’ grad pur. Il-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ fatturi wasslet sabiex matul il-perjodu kkunsidrat ikun hemm żieda ġenerali fir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Komunità. Ta’ min jinnota wkoll li matul il-PIR l-industrija tal-Komunità laħqet livell sodisfaċenti fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità (fil-medda ta’ 75-80 %).

    (b)   Inventarji

    (88)

    Matul il-perjodu kkunsidrat il-livelli ta’ ħażniet ta’ għeluq is-sena tal-industrija tal-Komunità naqsu bi 22 %. Il-livelli tal-ħażna waqgħu b’mod sinjifikanti fl-2004 u l-2005 iżda żdiedu progressivament fl-2006 u matul il-PIR.

    Tabella 7

    Il-ħażna fl-għeluq is-sena f’volumi

     

    2003

    2004

    2005

    2006

    PIR

    Tunnellati ta’ ħażniet (indiċi)

    100

    35

    38

    64

    78

    Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

    (ċ)   Il-volum tal-bejgħ, is-sehem fis-suq u t-tkabbir

    (89)

    Il-volumi ta’ bejgħ tal-industrija tal-Komunità matul il-PIR kienu 5 % ogħla meta mqabbla mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Minħabba li l-konsum tal-Komunità naqas b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat (ara l-premessa (77) aktar ‘il fuq), is-sehem fis-suq li kellha l-industrija tal-Komunità żdied bi 12 % matul l-istess perjodu. B’mod speċifiku, matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Komunità kisbet madwar 7 punti perċentwali tas-sehem fis-suq. Is-sehem fis-suq tal-industrija tal-Komunità inżamm ‘il fuq minn 50 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    Tabella 8

    Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem fis-suq

     

    2003

    2004

    2005

    2006

    PIR

    Volumi ta’ bejgħ – tunnellati (indiċi)

    100

    114

    107

    105

    105

    Sehem fis-suq % (indiċi)

    100

    116

    105

    113

    112

    Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

    (90)

    Ta’ min jinnota li t-tnaqqis fil-konsum tal-Komunità fl-2006 u matul il-PIR affettwa xi ftit it-tkabbir tal-industrija tal-Komunità. Iż-żieda fis-sehem fis-suq hija spjegata kważi b’mod ugwali b’żieda fil-volumi ta’ bejgħ u bil-konsum iktar dgħajjef lejn tmiem il-perjodu kkunsidrat.

    (d)   Fatturi li affettwaw il-prezzijiet tal-Komunità

    (91)

    Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Komunità żdiedu sostanzjalment b’26 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-iżviluppi osservati mill-2005 ‘il quddiem jidhru li jirriflettu b’mod partikolari l-effetti tal-miżuri ta’ kontra l-assorbiment imposti fl-2004 kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi. Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Komunità żdiedu b’mod sinjifikanti bejn l-2004 u l-2005 u baqgħu tista’ tgħid stabbli minn hemm ‘il quddiem. Madankollu, din iż-żieda kienet f’rata aktar baxxa miż-żieda fil-prezz tal-anilina, li hija l-iktar materja prima importanti għall-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku. Fil-fatt, l-anilina, li hija derivattiva tal-benżin, kienet tirrappreżenta madwar 50 % tal-ispiża totali tal-manifattura matul il-PIR, ikkaratterizzata b’żieda fil-prezz ta’ madwar 45 % bejn l-2003 u l-PIR.

    Tabella 9

    Prezzijiet tal-bejgħ

     

    2003

    2004

    2005

    2006

    PIR

    Prezz medju tal-bejgħ (indiċi)

    100

    104

    124

    125

    126

    Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

    (e)   Impjiegi u produttività

    (92)

    Il-livell tal-impjiegi naqas b’9 % bejn l-2003 u l-PIR, filwaqt li l-produzzjoni żdiedet, li b’hekk tirrifletti żieda fil-produttività u fil-kompetittività tal-industrija tal-Komunità. L-ispiża medja għal kull impjegat, madankollu, telgħet matul l-istess perjodu bi 15 %.

    Tabella10

    Impjiegi u produttività

     

    2003

    2004

    2005

    2006

    PIR

    Impjiegi (indiċi)

    100

    96

    96

    98

    91

    Produttività (indiċi)

    100

    125

    120

    117

    129

    Spiża medja tax-xogħol (indiċi)

    100

    82

    94

    106

    115

    Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

    (f)   Profitabbiltà

    Tabella 11

    Profitabbiltà

     

    2003

    2004

    2005

    2006

    PIR

    Indiċi

    100

    –1 286

    1 519

    335

    191

    Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

    (93)

    Il-profitabbiltà tal-industrija tal-Komunità, ħlief għas-sena 2005, kienet ta’ madwar jew taħt il-1 % tal-fatturat tagħha. Fl-2004 ġie rreġistrat telf importanti, filwaqt li l-industrija tal-komunità rreġistrat profitti fl-2005, l-2006 u l-PIR. Minħabba li l-profitabbiltà tal-industrija tal-Komunità kienet baxxa ħafna fl-2003, iż-żieda evidenti fil-perjodu kkunsidrat wasslet għal livell ta’ profitabbiltà ferm aktar baxx minn dak aċċettabbli f’din it-tip ta’ industrija.

    (94)

    Ta’ min jinnota wkoll li l-profitabbiltà tal-industrija tal-Komunità kienet influwenzata bl-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima. L-ispiża medja tal-produzzjoni żdiedet b’25 % bejn l-2003 u l-PIR. Kif issemma fil-premessa (91) aktar ‘il fuq, l-anilina hija l-iktar materjal importanti fil-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku u dan jammonta għal madwar nofs l-ispiża tal-manifattura. Meta jitqies li l-prezzijiet tal-anilina telgħu b’mod sinjifikanti fl-2004, l-industrija tal-Komunità ma setgħetx tgħaddi din iż-żieda fil-prezz fuq il-konsumaturi, u allura ġarrbet telf. Is-sitwazzjoni għall-industrija tal-Komunità tjiebet fl-2005 minħabba li l-prezzijiet tal-anilina stabbilizzaw ruħhom u l-industrija tal-Komunità setgħet iżżid il-prezzijiet tagħha tal-aċidu sulfaniliku sakemm kien possibbli sabiex tkopri ż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima. Fl-2006 u fil-PIR, konfrontata biż-żieda ġdida fil-prezzijiet tal-analina, il-profitabbiltà tal-industrija tal-Komunità, fir-rigward tal-fatturat, naqset għal-livelli taħt il-1 %.

    (g)   Investimenti, qligħ fuq l-investiment u l-kapaċità li jinġabar il-kapital

    Tabella 12

    Investimenti, qligħ fuq l-investiment

     

    2003

    2004

    2005

    2006

    PIR

    Investimenti (indiċi)

    100

    39

    57

    255

    305

    Qligħ fuq l-investiment (indiċi)

    100

    –1 779

    2 498

    420

    224

    Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

    (95)

    Matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Komunità kompliet tagħmel investimenti fl-attivitajiet tagħha tal-aċidu sulfaniliku. Fl-2006 u matul il-PIR, minbarra l-investimenti relatati primarjament maż-żamma tal-assi kapitali eżistenti, wieħed mill-produtturi tal-Komunità għamel investimenti sabiex iżid il-kapaċità tiegħu fil-produzzjoni ta’ aċidu sulfaniliku ta’ grad pur. Madankollu, ta’ min jinnota li din il-kapaċità ġdida hija mistennija li tibda topera b’mod sħiħ mill-2008.

    (96)

    Waqt li matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Komunità kellha profitti baxxi, il-qligħ fuq l-investiment, li jesprimi r-riżultat ta’ qabel it-taxxa bħala perċentwali tal-valur medju nett tal-ftuħ u l-għeluq tal-assi kif imniżżel fil-kotba użat fil-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku, ukoll baqa’ baxx ħafna, jiġifieri madwar 2 % matul il-PIR.

    (97)

    L-investigazzjoni żvelat li r-rekwiżiti tal-kapital tal-industrija tal-Komunità ġew affettwati b’mod ħażin minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. Għalkemm wieħed mill-produtturi tal-Komunità jifforma parti minn grupp kbir, ir-rekwiżiti tal-kapital mhux dejjem intlaħqu sal-livell mixtieq, minħabba li f’dan il-grupp ir-riżorsi finanzjarji jiġu ġeneralment allokati lill-aktar entitajiet li jagħmlu qligħ.

    (h)   Likwidità

    (98)

    Il-likwidità naqset b’mod sinjifikanti, b’85 % bejn l-2003 u l-PIR, iżda xorta waħda baqgħet pożittiva. Il-likwidità mhijiex issegwi x-xejra tal-profitabbiltà minħabba li din kienet influwenzata b’elementi mhux kontanti, bħalma huma d-deprezzament u l-movimenti tal-inventarju.

    Tabella 13

    Likwidità

    Likwidità

    2003

    2004

    2005

    2006

    PIR

    Indiċi

    100

    41

    64

    32

    15

    Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

    5.5.   Konklużjoni

    (99)

    Bejn l-2003 u l-PIR, ħafna mill-indikaturi li jappartjenu għall-industrija tal-Komunità żviluppaw b’mod pożittiv: il-volumi tal-bejgħ, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-produzzjoni, il-ħażniet fl-għeluq, il-produttività, l-investimenti u l-qligħ fuq l-investiment. Madankollu, matul il-PIR il-profitabbiltà tagħha baqgħet taħt il-1 % tal-fatturat.

    (100)

    L-industrija tal-Komunità bbenefikat minn żieda fil-prezz tal-aċidu sulfaniliku l-aktar mill-2004 sa tmiem il-PIR. Madankollu, iż-żieda fil-prezz tal-bejgħ ma setgħetx tikkumpensa b’mod sħiħ għaż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni u, għalhekk, il-marġni ta’ profitt naqas.

    (101)

    Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-konsum tal-Komunità fl-2006 u fil-PIR xekkel xi ftit l-irkupru tal-industrija tal-Komunità.

    (102)

    B’mod ġenerali, l-introduzzjoni tal-miżuri ta’ kontra s-sussidju ippermettiet lill-industrija tal-Komunità sabiex tistabbilizza s-sitwazzjoni tagħha, iżda mhux sabiex tirkupra b’mod sħiħ mis-sitwazzjoni dannuża li kienet fiha minħabba ż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima li l-industrija tal-Komunità ma setgħetx tgħaddi fuq il-konsumaturi tagħha. Minkejja dan, l-investigazzjoni żvelat li matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Komunità bdiet tinvesti f’tagħmir ġdid.

    (103)

    Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, ħareġ, min-naħa waħda, li l-indikaturi tal-volum żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat. Mill-banda l-oħra, l-indikaturi finanzjarji li jappartjenu għall-industrija tal-Komunità, bħall-profitabbiltà u l-likwidità, żvelaw li l-industrija tal-Komunità għadha f’sitwazzjoni ekonomika vulnerabbli. Għalhekk, huwa konkluż li din ma tistax tirkupra b’mod sħiħ mill-effetti ta’ sussidji dannużi.

    6.   PROBABBILTÀ TAR-RIKORRENZA TAD-DANNU

    6.1.   Ġenerali

    (104)

    Konformement mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, saret analiżi dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu li kieku l-miżuri eżistenti kellhom jiġu revokati. F’dan ir-rigward, ġie eżaminat b’mod partikolari l-iżvilupp probabbli tal-volumi u tal-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll l-effetti probabbli ta’ dawn fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Komunità fin-nuqqas ta’ dawn il-miżuri.

    6.2.   L-iżvilupp tal-volumi u tal-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat kieku l-miżuri kellhom jiġu revokati

    (105)

    Ta’ min ifakkar li anke bil-miżuri ta’ kontra s-sussidju fis-seħħ, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat kellhom sehem fis-suq ta’ 9,7 % matul il-PIR.

    (106)

    L-investigazzjoni żvelat li l-produttur esportatur Indjan li kkopera kellu kapaċità żejda sinjifikanti, li tikkorrispondi għal aktar minn 30 % tal-konsum tal-Komunità. Din il-kapaċità mhux użata tindika li dan il-produttur esportatur għandu l-possibbiltà li jżid il-produzzjoni preżenti tiegħu, u għalhekk iżid ukoll l-esportazzjonijiet tiegħu tal-aċidu sulfaniliku lejn il-Komunità.

    (107)

    Ta’ min jinnota wkoll li l-konsum tal-Komunità naqas bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat u mhux mistenni li fis-snin li ġejjin id-domanda tkun tali li tassorbi ż-żieda potenzjali fl-importazzjonijiet mill-Indja li kieku l-miżuri jiġu revokati. F’dan ix-xenarju, l-esportazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku mill-Indja x’aktarx jissostitwixxu sehem kbir mill-bejgħ imwettaq mill-industrija tal-Komunità, minħabba li l-prezzijiet tal-importazzjoni x’aktarx ikunu aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Komunità.

    (108)

    L-investigazzjoni żvelat li s-suq tal-Komunità se jibqa’ attraenti għall-produttur esportatur Indjan. Fil-fatt, instab li l-prezz medju tal-esportazzjoni tal-bejgħ tiegħu lil pajjiżi terzi oħra kien taħt il-prezz medju tal-esportazzjoni lejn il-Komunità. Il-fatt li ma nstab l-ebda traħħis fir-rigward tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani huwa spjegat bl-impenn ta’ prezz, u għalhekk il-miżuri, li hemm fis-seħħ għall-Indja. Madankollu, anke wara, il-prezzijiet CIF Indjani tal-esportazzjoni nstabu, li bħala medja, kienu aktar baxxi mill-prezz medju tal-industrija tal-Komunità (madwar 7 %).

    (109)

    Għalhekk, x’aktarx li fin-nuqqas ta’ dawn il-miżuri, il-produttur esportatur Indjan kien ikollu inċentiv sabiex juża kwantitajiet sinjifikanti ta’ kapaċità mhux użata u sabiex jidderieġi mill-ġdid l-esportazzjonijiet tiegħu lil pajjiżi terzi oħra lejn is-suq aktar attraenti tal-Komunità, bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk fis-seħħ fl-industrija tal-Komunità.

    6.3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu

    (110)

    Fuq il-bażi ta’ dan li ġie spjegat hawn fuq, huwa konkluż illi kieku l-miżuri kellhom jiskadu, l-importazzjonijiet fis-suq tal-Komunità mill-pajjiż ikkonċernat x’aktarx iseħħu f’volumi sinjifikati bi prezzijiet issussidjati, li jkunu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità. Probabbilment dan ikollu l-effett li jintroduċi xejra ta’ tnaqqis fil-prezz fuq is-suq tal-Komunità, bil-konsegwenza li jkun mistenni impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Komunità. B’mod partikolari dan jista’ jreġġa’ lura l-irkupru miksub matul il-perjodu kkunsidrat, li jwassal għal rikorrenza tad-dannu.

    7.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

    7.1.   Introduzzjoni

    (111)

    Konformement mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri ta’ kontra s-sussidju eżistenti tmurx jew le kontra l-interess tal-Komunità b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Komunità ġiet ibbażata fuq apprezzament ta’ diversi interessi involuti.

    (112)

    Il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li għalhekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri ta’ kontra s-sussidju jkunu diġà fis-seħħ, jippermetti li ssir l-istima ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati bil-miżuri ta’ kontra s-sussidju li hemm fis-seħħ.

    (113)

    Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ sussidju dannuż, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li setgħu jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

    7.2.   L-interess tal-industrija tal-Komunità

    (114)

    Wieħed għandu jistenna b’mod raġonevoli li l-industrija tal-Komunità se tkompli tibbenefika mill-miżuri li huma imposti bħalissa u tkompli tirkupra aktar billi tikseb mill-ġdid is-sehem fis-suq u ttejjeb il-profitabbiltà tagħha. Jekk il-miżuri ma jinżammux, l-industrija tal-Komunità x’aktarx li għal darb’oħra tibda tbati d-dannu, minħabba l-importazzjonijiet miżjuda bi prezzijiet issussidjati mill-pajjiż ikkonċernat, u s-sitwazzjoni finanzjarja fraġli preżenti tagħha tmur għall-agħar.

    (115)

    Fuq din il-bażi, huwa konkluż li l-kontinwazzjoni tal-miżuri tkun fl-interess tal-industrija tal-Komunità.

    7.3.   L-interess tal-importaturi

    (116)

    Ta’ min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali kien instab li l-impożizzjoni tal-miżuri ma kellhiex impatt serju fuq l-importaturi tal-Komunità tal-aċidu sulfaniliku. Dan jiġi kkonfermat bin-nuqqas ta’ koperazzjoni f’din l-investigazzjoni. Għalhekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda raġuni konvinċenti li l-impożizzjoni tal-miżuri tmur kontra l-interess tal-importaturi.

    7.4.   L-interess tal-utenti

    (117)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 31 utent li kienu magħrufa kollha, li minnhom erba’ biss wieġbu għall-kwestjonarju. Tliet tweġibiet waslu mingħand il-kumpaniji tal-Komunità li jipproduċu sustanzi li joħolqu luminożità ottika filwaqt li tweġiba waħda waslet mingħand kumpanija li tipproduċi ż-żebgħa. Madankollu, l-informazzjoni fornuta minn dawn l-utenti fir-rigward tal-effett tal-miżuri u l-proporzjon li l-aċidu sulfaniliku rrappreżenta fl-ispejjeż tal-manifattura tagħhom ma kinitx sinifikattiva.

    (118)

    Il-volumi tal-prodott ikkonċernat impurtat minn dawn l-erba’ utenti jirrappreżentaw 47,3 % tal-importazzjonijiet totali fil-Komunità. Barra minn hekk, minħabba li dawn l-erba’ utenti xtraw volumi sinjifikanti ta’ aċidu sulfaniliku mill-industrija tal-Komunità, dawn kienu jammontaw għal madwar 40 % tal-konsum tal-Komunità matul il-PIR.

    (119)

    Tliet utenti għamlu l-istess kummenti li jopponu l-kontinwazzjoni tal-miżuri minħabba li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Komunità mhix biżżejjed sabiex tlaħħaq mad-domanda domestika, u minħabba l-fatt li l-miżuri qegħdin ikunu ta’ dannu għall-kompetittività tagħhom fuq il-prodotti downstream. Ir-raba’ utent ma qal xejn dwar jekk kienx favur jew kontra ż-żamma tal-miżuri.

    (120)

    Rigward is-sitwazzjoni tal-provvista fis-suq tal-Komunità, ta’ min jinnota li l-kapaċità tal-produzzjoni eżistenti tal-industrija tal-Komunità tista’ tissodisfa madwar 80 % tal-konsum tal-Komunità. Ta’ min jenfasizza wkoll li l-industrija tal-Komunità investiet f’faċilitajiet ġodda sabiex iżżid il-produzzjoni tagħha ta’ aċidu sulfaniliku ta’ grad pur. Fi kwalunkwe eventwalità, l-għan tal-miżuri mhuwiex li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat jiġu evitati milli jidħlu fis-suq tal-Komunità, iżda li jiġi żgurat li dawn isiru bi prezzijiet mhux issussidjati u li ma jkunux ta’ dannu. Għalhekk, ta’ min jistenna li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat se jkomplu jidħlu fis-suq kif ġara wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2002.

    (121)

    Ta’ min jinnota wkoll li l-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku barra l-Komunità issa hija ristretta għal ftit pajjiżi fid-dinja, bħall-Indja, ir-RPĊ u l-Istati Uniti. Għalhekk huwa importanti li l-industrija tal-Komunità titħalla topera taħt kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva sabiex il-provvisti domestiċi tal-prodott ikomplu jkunu disponibbli għall-utenti kollha fil-Komunità.

    (122)

    Rigward il-kompetittività tal-utenti, ta’ min jinnota li, minkejja n-nuqqas ta’ informazzjoni miksuba mill-utenti fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni, fl-investigazzjoni oriġinali ġie żvelat li l-miżuri ta’ kontra s-sussidju setgħu iżidu l-ispejjeż sħaħ fir-rigward ta’ sustanzi li joħolqu luminożità ottika u ta’ żebgħa li jkollhom fihom l-aċidu sulfaniliku b’inqas minn 1 %.

    (123)

    Fuq il-bażi ta’ dan li għadu kif intqal, kif ġie konkluż fl-investigazzjoni oriġinali, huwa kkunsidrat ukoll fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni għal reviżjoni ta’ skadenza, li ż-żamma tal-miżuri ma jkollhiex impatt ħażin kbir fuq is-sitwazzjoni tal-utenti.

    7.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

    (124)

    Minn dan t’hawn fuq, huwa konkluż li mhemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri preżenti ta’ kontra s-sussidju.

    8.   MIŻURI KUMPENSATORJI

    (125)

    Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti essenzjali u bil-kunsiderazzjonijiet li fuqhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li l-miżuri eżistenti jinżammu u jiġu emendati. Dawn ingħataw ukoll perjodu sabiex jippreżentaw il-fehmiet u l-kummenti tagħhom. Ma waslu l-ebda kummenti li kienu ta’ sustanza sabiex jinbidlu l-konklużjonijiet t’hawn fuq.

    (126)

    Minħabba l-konklużjonijiet milħuqa fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ skadenza rigward il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tas-sussidju, dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Indja, dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u dwar l-interess tal-Komunità, il-miżuri kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja għandhom jinżammu sabiex jiġi evitat li jkun hemm rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Komunità minħabba l-importazzjonijiet issussidjati.

    (127)

    Fir-rigward tar-riżultati tar-reviżjoni interim parzjali limitata għal-livell ta’ sussidju li jikkonċerna l-produttur esportatur fl-Indja li kkopera, huwa xieraq li r-rata tad-dazju kumpensatorju applikabbli tiġi emendata minn 7,1 % għal 4,7 %. Minħabba li l-produttur esportatur li kkopera ammonta għal 100 % tal-esportazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja lejn il-Komunità matul il-PIR, huwa xieraq li din ir-rata tad-dazju tapplika wkoll għall-importazzjonijiet manifatturati mill-produtturi l-oħra Indjani. Ir-rata ta’ dazju m’għandhiex tapplika għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jiġi manifatturat u mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-produttur esportatur li kkopera, li mingħandu ġie aċċettat impenn bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/37/KE. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-prezzijiet minimi tal-importazzjoni tal-impenn aċċettat mill-kumpanija Indjana ġew emendati sabiex jirriflettu t-tnaqqis fir-rata tad-dazju ġenerali kkombinata (anti-dumping u kumpensatorja) applikabbli għal din il-kumpanija.

    (128)

    L-emenda tar-rata tad-dazju kumpensatorju se jkollha impatt fuq id-dazju anti-dumping definittiv ta’ 18,3 % impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku mill-Indja bir-Regolament (KE) Nru 1000/2008, minħabba li dan tal-aħħar kien aġġustat sabiex jiġi evitat li jingħaddu darbtejn l-effetti tal-benefiċċji mis-sussidji tal-esportazzjoni (ta’ min ifakkar li d-dazju anti-dumping definittiv kien ibbażat fuq il-marġni ta’ dumping minħabba li dan tal-aħħar instab li kien aktar baxx mil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu). L-Artikolu 24(1) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku tal-anti-dumping jipprevedu li l-ebda prodott m’għandu jkun suġġett kemm għall-miżuri anti-dumping kif ukoll għal dawk kumpensatorji sabiex tiġi ttrattata l-istess sitwazzjoni li tirriżulta mid-dumping jew mis-sussidju tal-esportazzjoni. Fl-investigazzjoni oriġinali nstab li wħud mill-iskemi tas-sussidju investigati li kienu kumpensatorji, kienu jikkostitwixxu sussidji tal-esportazzjoni konformement mat-tifsira tal-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidju. Fil-fatt, dawn is-sussidji affettwaw il-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur Indjan, li b’hekk wassal għal marġni miżjuda ta’ dumping. Għalhekk, konformement mal-Artikolu 24(1) tar-Regolament bażiku, id-dazju anti-dumping definittiv ġie aġġustat sabiex jirrifletti l-marġni ta’ dumping attwali li kien baqa’ wara l-impożizzjoni tad-dazju kumpensatorju definittiv li jibbilanċja għall-effett tas-sussidji tal-esportazzjoni (ara l-premessa (46) tar-Regolament (KE) Nru 1339/2002).

    (129)

    Għaldaqstant, ir-rata ta’ dazju anti-dumping definittiv għall-Indja issa trid tiġi aġġustata sabiex tqis il-livell rivedut tal-benefiċċju miksub mis-sussidji tal-esportazzjoni matul il-PIR tal-investigazzjoni preżenti ta’ kontra s-sussidju. Minħabba li l-benefiċċji mis-sussidji tal-esportazzjoni ammontaw għal 4,1 % matul il-PIR u l-livell tal-marġni ta’ dumping li ġie oriġinarjament stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2002 kien ta’ 24,6 %, il-livell rivedut tad-dazju anti-dumping għandu jkun ta’ 20,5 %. Ir-Regolament (KE) Nru 1000/2008 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   B’dan huwa impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2921 42 10 (kodiċi TARIC 2921421060) li joriġinaw mill-Indja.

    2.   Ir-rata tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli, qabel id-dazju, għall-prezz nett tas-CIF liberu fil-fruntiera tal-Komunità tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, għandha tkun ta’ 4,7 %.

    3.   Minkejja l-paragrafu 1, id-dazju definittiv ma għandux japplika għall-importazzjonijiet li jiġu rilaxxati għaċ-ċirkulazzjoni libera konformement mal-Artikolu 2.

    4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    1.   L-importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera li jiġu fatturati minn kumpaniji li mingħandhom ġew aċċettati impenji mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fid-Deċiżjoni 2006/37/KE, kif emendata minn żmien għall-ieħor, għandhom jiġu eżentati mid-dazju kumpensatorju impost bl-Artikolu 1, sakemm:

    dawn jiġu fabbrikati, ittrasportati u fatturati direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel konsumatur indipendenti fil-Komunità; u

    dawn l-importazzjonijiet ikunu akkumpanjati b’fattura ta’ impenn li tkun fattura kummerċjali li jkollha mill-inqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; u

    il-merkanzija ddikjarata u ppreżentata lid-dwana tikkorrispondi preċiżament għad-deskrizzjoni fuq il-fattura ta’ impenn.

    2.   Għandu jiġi stabbilit dejn doganali mill-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera kull meta jiġi stabbilit, fir-rigward tal-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1 u eżentati mid-dazji taħt il-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1, li waħda minn dawn il-kondizzjonijiet jew aktar ma ġewx irrispettati. Il-kondizzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1 għandha titqies bħala mhux sodisfatta meta l-fattura tal-impenn tinsab li ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness jew tinsab li mhijiex awtentika jew fejn il-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn konformement mal-Artikolu 8(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 jew l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidju b’Regolament jew Deċiżjoni li tirriferi għal xi tranżazzjoni jew tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara li l-fattura jew fatturi tal-impenn rilevanti huma invalidi.

    3.   L-importaturi għandhom jaċċettaw bħala riskju normali tan-negozju, li meta ma tintlaħaqx, minn kwalunkwe parti, xi waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 u definiti fil-paragrafu 2, dan jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ dejn doganali konformement mal-Artikolu 201 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi doganali tal-Komunità (14). Id-dejn doganali impost għandu jiġi rkuprat meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazjoni tal-impenn.

    Artikolu 3

    L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1000/2008 huwa sostitwit b’li ġej:

    “2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli, qabel id-dazju, għall-prezz nett tas-CIF liberu fil-fruntiera tal-Komunità tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, hija kif ġejja:

    Pajjiż

    Dazju definittiv (%)

    Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    33,7

    L-Indja

    20,5 ”

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 13 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. KOUCHNER


    (1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1.

    (2)  ĠU L 196, 25.7.2002, p. 1.

    (3)  ĠU L 196, 25.7.2002, p. 11.

    (4)  ĠU L 196, 25.7.2002, p. 36.

    (5)  ĠU L 80, 18.3.2004, p. 29.

    (6)  ĠU C 101, 27.4.2005, p. 34.

    (7)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

    (8)  ĠU L 22, 26.1.2006, p. 52.

    (9)  ĠU L 22, 26.1.2006, p. 5.

    (10)  ĠU L 275, 16.10.2008, p. 1.

    (11)  ĠU C 272, 9.11.2006, p. 18.

    (12)  ĠU C 171, 24.7.2007, p. 14.

    (13)  ĠU C 229, 29.9.2007, p. 9.

    (*)  Is-sussidji li huma mmarkati bi stilla huma sussidji tal-esportazzjoni

    (14)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


    ANNESS

    L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fil-fattura kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ mill-kumpanija tal-aċidu sulfaniliku fil-Komunità li huwa suġġett għal impenn:

    1.

    It-titlu “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-MERKANZIJA SUĠĠETTA GĦALL-IMPENN”.

    2.

    L-isem tal-kumpanija, imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/37/KE li taċċetta l-impenn, li qiegħda toħroġ il-fattura kummerċjali.

    3.

    In-numru tal-fattura kummerċjali.

    4.

    Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali.

    5.

    Il-kodiċi TARIC addizzjonali li taħtu, il-prodotti fil-fattura jiġu rilaxxati mid-dwana fuq il-fruntiera tal-Komunità.

    6.

    Id-deskrizzjoni eżatta tal-oġġetti, inklużi:

    in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN) użat għall-finijiet tal-impenn (pereżempju “PA99”, “PS85” jew “TA98”),

    l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi/fiżiċi tal-PCN, jiġifieri għal “PA99” u “PS85”white free flowing powder, u għal “TA98”grey free-flowing powder,

    il-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC) (jekk applikabbli),

    il-kodiċi NM,

    il-kwantità (għandha tingħata f’tunnellati).

    7.

    Id-deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-bejgħ, inklużi:

    il-prezz kull tunnellata,

    it-termini ta’ ħlas applikabbli,

    it-termini tal-kunsinna applikabbli,

    tnaqqis fil-prezz u roħs totali.

    8.

    L-isem tal-kumpanija li qed taġixxi ta’ importatur fil-Komunità li fuqha hija maħruġa direttament mill-kumpanija l-fattura kummerċjali li qiegħda takkumpanja l-oġġetti suġġetta għal impenn.

    9.

    L-isem tal-uffiċjal tal-kumpanija li ħareġ il-fattura kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

    “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-oġġetti koperti minn din il-fattura qiegħed isir fl-ambitu u fi ħdan it-termini tal-Impenn offrut minn [IL-KUMPANIJA], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea taħt id-Deċiżjoni 2006/37/KE. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.”


    Top