EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0977

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 977/2008 tat- 3 ta' Ottubru 2008 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fit-TARIC

ĠU L 266, 7.10.2008, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/06/2013; Imħassar b' 32013R0441

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/977/oj

7.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 266/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 977/2008

tat-3 ta' Ottubru 2008

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fit-TARIC

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tat-TARIC imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżidilha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb tal-applikazzjoni ta' miżuri tariffarji u ta’ miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tal-merkanzija.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella fl-Anness għandha tiġi kklassifikata skont il-kodiċi TARIC indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stiplulat li tagħrif dwar it-tariffi li jorbtu li ġie ppubblikat mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fit-TARIC, iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament, jista', għal perjodu ta' tliet xhur, jibqa’ jiġi invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella li hemm fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fit-TARIC skont il-kodiċi TARIC indikati fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Tagħrif tariffarju li jorbot maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhuwiex skont dan ir-Regolament, jista' jkompli jiġi invokat għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 07.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifika

(Kodiċi TARIC)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Film tal-poli(etilene tereftalat) (PET), ta’ ħxuna li ma taqbiżx 0,35 mm, b’wiċċ immetallizzat, mhux ikkunsinnat mill-Brażil jew l-Iżrael.

3920621994

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 10 tal-Kapitolu 39 tan-NM u l-kliem tal-kodiċi NM 3920 , 3920 62 u 3920 62 19 u l-kodiċi TARIC 3920621994 .

Il-metallizzazzjoni tal-wiċċ għandha tiġi kkunsidrata bħala trattament tal-wiċċ li ma jirrinforzax il-film. Għalhekk l-oġġetti għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 3920 (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 3920 – ir-raba’ paragrafu).

Il-film ma għandux il-karatteristiċi ta’ oġġetti kklassifikati taħt l-intestaturi 3920621100 sa 3920621988 .

Il-film għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 3920621994 għaliex il-kliem “film tal-poli(etilene tereftalat) (PET)” tas-subintestatura 3920621994 tkopri film tal-PET ta’ ħxuna li ma taqbiżx 0,35 mm li ma jistax jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi TARIC 3920621100 sa 3920621988 .

2.

Film tal-poli(etilene tereftalat) (PET), ta’ ħxuna li taqbeż 0,35 mm, b’wiċċ immetallizzat, mhux ikkunsinnat mill-Brażil jew l-Iżrael.

3920629094

Il-klassifika hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 10 tal-Kapitolu 39 tan-NM u l-kliem tal-kodiċi NM 3920 , 3920 62 u 3920 62 90 u l-kodiċi TARIC 3920629094 .

Il-metallizzazzjoni tal-wiċċ għandha tiġi kkunsidrata bħala trattament tal-wiċċ li ma jirrinforzax il-film. Għalhekk l-oġġetti għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 3920 (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 3920 – ir-raba’ paragrafu).

Il-film ma għandux il-karatteristiċi ta’ oġġetti kklassifikati taħt l-intestaturi 3920629020 sa 3920629040 .

Il-film għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 3920629094 għaliex il-kliem “film tal-poli(etilene tereftalat) (PET)” tas-subintestaturi 3920629094 ikopru film tal-PET ta’ ħxuna li taqbeż 0,35 mm li ma jistax jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi TARIC 3920629020 sa 3920629040 .


Top