Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0971

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 971/2008 tat- 3 ta’ Ottubru 2008 dwar użu ġdid tal-coccidiostat bħala addittiv fl-għalf Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 265, 4.10.2008, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 19/02/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/971/oj

    4.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 265/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 971/2008

    tat-3 ta’ Ottubru 2008

    dwar użu ġdid tal-coccidiostat bħala addittiv fl-għalf

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9 tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali.

    (2)

    L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi fl-għalf imressqa skont id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-addittiv imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament tressqet qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (4)

    Il-kummenti tal-bidu dwar din l-applikazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Din l-applikazzjoni għalhekk se tibqa’ titqies skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

    (5)

    L-addittiv diclazuril (Clinacox 0,5 % Premix) hu diġà awtorizzat mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999 (3) għat-tiġieġ għat-tismin, (KE) Nru 418/2001 (4) għad-dundjani għat-tismin u (KE) Nru 162/2003 (5) għat-tiġieġ imrobbija biex ibidu.

    (6)

    Tressqet dejta ġdida mid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għal għaxar snin għall-coccidiostat għal fniek. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) wasslet żewġ opinjonijiet (6) dwar is-sigurtà tal-użu ta' dak il-coccidiostat għall-bnedmin, l-annimali u l-ambjent, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni bħal din huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta' din il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness, għandu jiġi awtorizzat għal għaxar snin.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni li hija parti mill-grupp “Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħrajn”, kif speċifikat fl-Anness, hija awtorizzata għall-użu għal għaxar snin bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 14.12.1970 , p. 1.

    (2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (3)  ĠU L 296, 17.11.1999, p. 3.

    (4)  ĠU L 62, 2.3.2001, p.3.

    (5)  ĠU L 26, 31.1.2003, p. 3.

    (6)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf għall-Annimali fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sigurtà u l-effettività tal-‘Clinacox 0,5 %’ ibbażat fuq id-diclazuril għall-fniek għat-tismin u t-tagħmir, Il-Ġurnal EFSA (2007) 506, 1-32 Opinjoni Xjentifika Aġġornata tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sigurtà tal-‘Clinacox 0,5 %’ (diclazuril) li jintuża fil-fniek għat-tismin u għat-tagħmir. Il-Ġurnal EFSA (2008) 697, 1-9.


    ANNESS

    Numru tar-reġistrazzjoni tal-addittiv

    Isem u numru tar-reġistrazzjoni tal-persuna risponsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tal-addittiv

    Addittiv

    (Isem kummerċjali)

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

    Limiti massimi ta’ Residwi (MRLs) fl-oġġetti tal-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali

    mg ta’ sustanzi attivi/kg ta’ oġġetti tal-għalf sħaħ

    Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħrajn

    E 771

    Janssen Pharmaceutica nv

    Diclazuril 0,5 g/100 g

    (Clinacox 0,5 % Premix)

    Kompożizzjoni tal-addittiv:

     

    Diclazuril: 0,5 g/100 g

     

    Sojja mitħun: 99,25 g/100 g

     

    Polyvidone K 30: 0,2 g/100 g

     

    Sodium hydroxide: 0,0538 g/100 g

    Sustanza attiva:

     

    Diclazuril C17H9Cl3N4O2, (±)-4-chlorophenyl[2,6-dichloro-4-(2,3,4,5-tetrahydro-3,5-dioxo-1,2,4-triazin-2-yl) phenyl]acetonitrile,

     

    Numru CAS: 101831-37-2

    Impuritajiet relatati:

     

    Kompost ta' degradazzjoni (R064318): < 0,2 %

     

    Impuritajiet relatati oħrajn (R066891, R066896, R068610, R070156, R068584, R070016): < 0,5 % individwalment

     

    Impuritajiet totali: < 1,5 %

    Fniek

    1

    1

    Użu pprojbit mill-inqas jum wieħed qabel it-tbiċċir

    24 ta’ Ottubru 2018

    2 500 diclazuril/kg ta’ fwied imxarrab

    1 000 diclazuril/kg ta’ kilwa imxarrba

    150 μg diclazuril/kg ta’ muskolu mxarrab

    300 μg diclazuril/kg ta’ xaħam imxarrab


    Top