EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0803

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 803/2008 tat- 8 ta’ Awwissu 2008 li jemenda għat-98 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

ĠU L 214, 9.8.2008, p. 52–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/803/oj

9.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 214/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 803/2008

tat-8 ta’ Awwissu 2008

li jemenda għat-98 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, isaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-23, it-28 u l-31 ta' Lulju ta' l-2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika s-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq.

(3)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 678/2008 tal-Kummissjoni (ĠU L 189, 17.7.2008, p. 23).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni “Jemaah Islamiya (magħruf ukoll bħala Jema'ah Islamiyah, Jemaah Islamiyah, Jemaah Islamiah, Jamaah Islamiyah, Jama'ah Islamiyah)” taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandha tiġi sostitwita bi:

“Jemaah Islamiya (magħruf ukoll bħala (a) Jema'ah Islamiyah, (b) Jemaah Islamiyah, (c) Jemaah Islamiah, Jamaah Islamiyah, (d) Jama'ah Islamiyah). Tagħrif ieħor: (a) In-netwerk fl-Asja tax-Xlokk; (b) Imwaqqaf mill-mejjet Abdullah Sungkar.”

(2)

L-annotazzjoni “Abd Allah Mohamed Ragab Abdel Rahman (magħruf ukoll bħala (a) Abu Al-Khayr, (b) Ahmad Hasan, (c) Abu Jihad). Data tat-twelid: 3.11.1957. Post tat-Twelid: Kafr Al-Shaykh. Ċittadinanza: Eġizzjana. Tagħrif ieħor: Jista' jkun qiegħed jgħix fil-Pakistan, fl-Afganistan jew fl-Iran” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita bi:

“Abd Allah Mohamed Ragab Abdel Rahman (magħruf ukoll bħala (a) Abu Al-Khayr, (b) Ahmad Hasan, (c) Abu Jihad). Data tat-twelid: 3.11.1957. Post tat-Twelid: Kafr Al-Shaykh, l-Eġittu. Ċittadinanza: Eġizzjana. Tagħrif ieħor: Jista' jkun qiegħed jgħix fil-Pakistan, fl-Afganistan jew fl-Iran.”

(3)

L-annotazzjoni “Zaki Ezat Zaki Ahmed (magħruf ukoll bħala (a) Rif’at Salim, (b) Abu Usama). Data tat-twelid: 21.4.1960. Post tat-Twelid: Sharqiyah. Ċittadinanza: Eġizzjana. Tagħrif ieħor: Jista' jkun qed jgħix fil-fruntiera bejn il-Pakistan u l-Afganistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita bi:

“Zaki Ezat Zaki Ahmed (magħruf ukoll bħala (a) Rif’at Salim, (b) Abu Usama). Data tat-twelid: 21.4.1960. Post tat-Twelid: Sharqiyah, l-Eġittu. Ċittadinanza: Eġizzjana. Tagħrif ieħor: Jista' jkun qiegħed jgħix fil-fruntiera bejn il-Pakistan u l-Afganistan.”

(4)

L-annotazzjoni “Mustapha Nasri Ben Abdul Kader Ait El Hadi. Data tat-twelid: 5.3.1962. Post tat-Twelid: Tunes. Ċittadinanza: (a) Alġerina (b) Ġermaniża. Tagħrif ieħor: (a) iben Abdelkader u Amina Aissaoui, (b) Residenti f'Bonn, il-Ġermanja minn Frar ta' l-1999” taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għanda tiġi sostitwita bi:

“Mustapha Nasri Ben Abdul Kader Ait El Hadi. Data tat-twelid: 5.3.1962. Post tat-Twelid: Tunis, it-Tuneżija. Ċittadinanza: (a) Alġerina (b) Ġermaniża. Tagħrif ieħor: (a) iben Abdelkader u Amina Aissaoui; (b) Residenti f'Bonn, il-Ġermanja, minn Frar ta' l-1999.”

(5)

L-annotazzjoni “Hamid Abdallah Ahmed Al-Ali (magħruf ukoll bħala (a) Dr. Hamed Abdullah Al-Ali, (b) Hamed Al-'Ali, (c) Hamed bin 'Abdallah Al-'Ali, (d) Hamid 'Abdallah Al-'Ali, (e) Hamid 'Abdallah Ahmad Al-'Ali, (f) Hamid bin Abdallah Ahmed Al-Ali, (g) Abu Salim). Data tat-twelid: 20.1.1960. Ċittadinanza: Kuwajtija” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita bi:

“Hamid Abdallah Ahmad Al-Ali (magħruf ukoll bħala (a) Dr Hamed Abdullah Al-Ali, (b) Hamed Al-'Ali, (c) Hamed bin 'Abdallah Al-'Ali, (d) Hamid 'Abdallah Al-'Ali, (e) Hamid 'Abdallah Ahmad Al-'Ali, (f) Hamid bin Abdallah Ahmed Al-Ali, (g) Hamid Abdallah Ahmed Al-Ali, (h) Abu Salim). Data tat-twelid: 20.1.1960. Post tat-Twelid: Il-Kuwajt. Ċittadinanza: Kuwajtija. Numru tal-passaport: 1739010 (Passaport Kuwajti maħruġ fis-26.5.2003 fil-Kuwajt, li skada fil-25.5.2008.)”

(6)

L-annotazzjoni “Sulaiman Jassem Sulaiman Abo Ghaith (magħruf ukoll bħala Abo Ghaith). Data tat-twelid: L-14 ta' Diċembru 1965. Post tat-Twelid: Il-Kuwajt. In-nazzjonalità ta' qabel: Kuwajtija” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita bi:

“Sulaiman Jassem Sulaiman Ali Abo Ghaith (magħruf ukoll bħala Abo Ghaith). Data tat-twelid: 14.12.1965. Post tat-Twelid: Il-Kuwajt. Numru tal-passaport: 849594 (Passaport Kuwajti maħruġ fis-27.11.1998 fil-Kuwajt, li skada fl-24.06.2003). Kummenti: Ċittadinanza Kuwajtija mneħħija fl-2002.”

(7)

L-annotazzjoni “Mubarak Mushakhas Sanad Al-Bathali (magħruf ukoll bħala (a) Mubarak Mishkhis Sanad Al-Bathali, (b) Mubarak Mishkhis Sanad Al-Badhali, (c) Mubarak Al-Bathali, (d) Mubarak Mishkhas Sanad Al-Bathali, (e) Mubarak Mishkhas Sanad Al-Bazali, (f) Mobarak Meshkhas Sanad Al-Bthaly). Data tat-twelid: 1.10.1961. Ċittadinanza: Kuwajtija. Numru tal-passaport: 101856740 (Passaport Kuwajti)” taħt l-intestataura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita bi:

“Mubarak Mushakhas Sanad Mubarak Al-Bathali (magħruf ukoll bħala (a) Mubarak Mishkhis Sanad Al-Bathali, (b) Mubarak Mishkhis Sanad Al-Badhali, (c) Mubarak Al-Bathali, (d) Mubarak Mishkhas Sanad Al-Bathali, (e) Mubarak Mishkhas Sanad Al-Bazali, (f) Mobarak Meshkhas Sanad Al-Bthaly). Indirizz: Żona Al-Salibekhat, il-Kuwajt. Data tat-twelid: 1.10.1961. Post tat-Twelid: Il-Kuwajt. Ċittadinanza: Kuwajtija. Numru tal-passaport: 101856740 (Passaport Kuwajti maħruġ fit-12.5.2005, skada fil-11.5.2007).”

(8)

L-annotazzjoni “Muhsin Al-Fadhli (magħruf ukoll bħala (a) Muhsin Fadhil 'Ayyid al Fadhli (b) Muhsin Fadil Ayid Ashur al Fadhli, (c) Abu Majid Samiyah, (d) Abu Samia). Indirizz: Block Four, Street 13, House No 179, il-Belt tal-Kuwajt, Żona Al-Riqqa, il-Kuwajt. Data tat-twelid: 24.4.1981. Numru tal-passaport: Passaport Kuwajti. Numru tal-passport: 106261543” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita bi:

“Muhsin Fadhil Ayed Ashour Al-Fadhli (magħruf ukoll bħala (a) Muhsin Fadhil 'Ayyid al Fadhli (b) Muhsin Fadil Ayid Ashur al Fadhli, (c) Abu Majid Samiyah, (d) Abu Samia). Indirizz: Block Four, Street 13, House No 179, il-Belt tal-Kuwajt, Żona Al-Riqqa, il-Kuwajt. Data tat-twelid: 24.4.1981. Post tat-Twelid: Il-Kuwajt. Ċittadinanza: Kuwajtija. Numru tal-passaport: (a) 106261543 (Passaport Kuwajti), (b) 1420529 (Passaport Kuwajti maħruġ fil-Kuwajt, skada fil-31.3.2006). Tagħrif ieħor: Imfittex mill-Awtoritajiet tas-Sigurtà tal-Kuwajt; Maħrub minn Lulju ta' l-2008.”

(9)

L-annotazzjoni “Mohammed Ahmed Shawki Al Islambolly (magħruf ukoll bħala (a) Abu Khalid, (b) Abu Ja’far). Data tat-twelid: 21.1.1952. Post tat-Twelid: El-Minya. Ċittadinanza: Eġizzjana. Tagħrif ieħor: Jista' jkun qed jgħix fil-Pakistan, fl-Afganistan jew fl-Iran” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita bi:

“Mohammed Ahmed Shawki Al Islambolly (magħruf ukoll bħala (a) Abu Khalid, (b) Abu Ja’far). Data tat-twelid: 21.1.1952. Post tat-Twelid: El-Minya, l-Eġittu. Ċittadinanza: Eġizzjana. Tagħrif ieħor: Jista' jkun qed jgħix fil-Pakistan, fl-Afganistan jew fl-Iran.”

(10)

L-annotazzjoni “Jaber Abdallah Jaber Al-Jalahmah (magħruf ukoll bħala (a) Jaber Al-Jalamah, (b) Abu Muhammad Al-Jalahmah, (c) Jabir Abdallah Jabir Ahmad Jalahmah, (d) Jabir 'Abdallah Jabir Ahmad Al-Jalamah, (e) Jabir Al-Jalhami, (f) Abdul-Ghani, (g) Abu Muhammad). Data tat-twelid: 24.9.1959. Ċittadinanza: Kuwajtija. Numru tal-passaport: 101423404” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandu jidħol dan li ġej:

“Jaber Abdallah Jaber Ahmad Al-Jalahmah (magħruf ukoll bħala (a) Jaber Al-Jalamah, (b) Abu Muhammad Al-Jalahmah, (c) Jabir Abdallah Jabir Ahmad Jalahmah, (d) Jabir 'Abdallah Jabir Ahmad Al-Jalamah, (e) Jabir Al-Jalhami, (f) Abdul-Ghani, (g) Abu Muhammad). Data tat-twelid: 24.9.1959. Post tat-Twelid: Żona Al-Khitan, il-Kuwajt. Ċittadinanza: Kuwajtija. Numru tal-passaport: (a) 101423404, (b) 2541451 (Passaport Kuwajti li jiskadi fis-16.2.2017).”

(11)

L-annotazzjoni “Al-Azhar Ben Ammar Ben Abdallah Al-Tlili. Indirizz: Via Carlo Porta 97, Legnano, l-Italja. Data tat-twelid: 1.11.1971. Post tat-Twelid: Ben Aoun, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżina. Numru tal-passaport: Z417830 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-4.10.2004 u jiskadi fit-3.10.2009). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: TLLLHR69C26Z352G. (b) Misjub ħati fi Franza fl-14.10.2002. Estradit lejn l-Italja fis-6.9.2006. Attwalment il-ħabs fl-Italja” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Al-Azhar Ben Mohammed Ben El-Abed Al-Tlili. Indirizz: Via Carlo Porta 97, Legnano, l-Italja. Data tat-twelid: 26.3.1969. Post tat-Twelid: Feriana, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżina. Numru tal-passaport: M351140 (Passaport Tuneżin li skada fis-16.6.2005). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: TLLLHR69C26Z352G; (b) Misjub ħati fi Franza fl-14.10.2002. (c) Estradit lejn l-Italja fis-6.9.2006. Fil-ħabs fl-Italja sa Lulju ta' l-2007; (d) Ikkundannat fin-nuqqas tiegħu fit-Tuneżija għal għoxrin sena ħabs.”

(12)

L-annotazzjoni “Jallalouddine Haqani (magħruf ukoll bħala (a) Jalaluddin Haqani, (b) Jallalouddin Haqqani). Titlu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta' l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1942. Post tat-Twelid: Il-provinċja ta' Khost, id-distrett ta' Żadran, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Missier Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, (b) Mexxej attiv tat-Taliban (c) Aktarx li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (d) Allegatament miet f'Ġunju ta' l-2007” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita bi:

“Jallalouddine Haqani (magħruf ukoll bħala (a) Jalaluddin Haqani, (b) Jallalouddin Haqqani). Titlu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta' l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1942. Post tat-Twelid: Il-provinċja ta' Khost, id-distrett ta' Żadran, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Missier Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, (b) Mexxej attiv tat-Taliban (c) Aktarx li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (d) Għalkemm kien ġie allegat li miet f'Ġunju ta' l-2007, f'Mejju 2008 għadu ħaj.”

(13)

L-annotazzjoni “Armand Albert Friedrich Huber (magħruf ukoll bħala Huber, Ahmed). Indirizz: Rossimattstrasse 33, 3074 Muri b. Bern, l-Iżvizzera. Data tat-twelid: 1927. Ċittadinanza: Żvizzera. Tagħrif ieħor: l-ebda passaport Żvizzeru ma nħareġ b'dan l-isem” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita bi:

“Armand Albert Friedrich Huber (magħruf ukoll bħala Huber, Ahmed). Indirizz: Rossimattstrasse 33, 3074 Muri b. Bern, l-Iżvizzera. Data tat-twelid: 1927. Ċittadinanza: Żvizzera. Tagħrif ieħor: (a) L-ebda passaport Żvizzeru ma nħareġ b'dan l-isem; (b) Miet f'Mejju 2008.”

(14)

L-annotazzjoni “Abdulhai Salek. Titlu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Urouzgan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita bi:

“Abdulhai Salek. Titlu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Urouzgan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana.”

(15)

L-annotazzjoni “Ibrahim Ali Abu Bakr Tantoush (magħruf ukoll bħala (a) Abd al-Muhsin, (b) Ibrahim Ali Muhammad Abu Bakr, (c) Abdul Rahman, (d) Abu Anas, (e) Ibrahim Abubaker Tantouche, (f) Ibrahim Abubaker Tantoush, (g) Abd al-Muhsi, (h) Abd al-Rahman, (i) Al-Libi). Indirizz: Distrett Ganzour Sayad Mehala Al Far. Data tat-twelid: 1966. Post tat-Twelid: al Aziziyya. Ċittadinanza: Libjana. Numru tal-passaport: 203037 (Passaport Libjan maħruġ fi Tripli). Tagħrif ieħor: (a) Affiljat mal-Kumitat ta' Appoġġ Afgan (KAA) u Soċjetà għal-Qawmien mill-ġdid tal-Wirt Iżlamiku (SQWI). (b) Stat ċivili: iddivorzjat (Manuba Bukifa kienet il-mara Alġerina tiegħu)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita bi:

“Ibrahim Ali Abu Bakr Tantoush (magħruf ukoll bħala (a) Abd al-Muhsin, (b) Ibrahim Ali Muhammad Abu Bakr, (c) Abdul Rahman, (d) Abu Anas, (e) Ibrahim Abubaker Tantouche, (f) Ibrahim Abubaker Tantoush, (g) Abd al-Muhsi, (h) Abd al-Rahman, (i) Al-Libi). Indirizz: Distrett Ganzour Sayad Mehala Al Far. Data tat-twelid: 1966. Post tat-Twelid: al Aziziyya, il-Libja. Ċittadinanza: Libjana. Numru tal-passaport: 203037 (Passaport Libjan maħruġ fi Tripli). Tagħrif ieħor: (a) Affiljat mal-Kumitat ta' Appoġġ Afgan (KAA) u Soċjetà għal-Qawmien mill-ġdid tal-Wirt Iżlamiku (SQWI). (b) Stat ċivili: iddivorzjat (Manuba Bukifa kienet il-mara Alġerina tiegħu).”

(16)

L-annotazzjoni “Mahdhat Mursi Al-Sayyid Umar (magħruf ukoll bħala (a) Abu Hasan, (b) Abu Khabab, (c) Abu Rabbab). Data tat-twelid: 19.10.1953. Post tat-Twelid: Lixandra. Ċittadinanza: Eġizzjana. Tagħrif ieħor: Jista' jkun qed jgħix fil-fruntiera bejn il-Pakistan u l-Afganistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita bi:

“Mahdhat Mursi Al-Sayyid Umar (magħruf ukoll bħala (a) Abu Hasan, (b) Abu Khabab, (c) Abu Rabbab). Data tat-twelid: 19.10.1953. Post tat-Twelid: Lixandra, l-Eġittu. Ċittadinanza: Eġizzjana. Tagħrif ieħor: Jista' jkun qiegħed jgħix fil-fruntiera bejn il-Pakistan u l-Afganistan.”


Top