This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0776
Commission Regulation (EC) No 776/2008 of 4 August 2008 entering certain names in the Register of protected designations of origin and protected geographical indications (Acciughe sotto sale del Mar Ligure (PGI), Brussels grondwitloof (PGI), Œufs de Loué (PGI))
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2008 ta' l- 4 ta' Awwissu 2008 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Acciughe sotto sale del Mar Ligure (IĠP), Brussels grondwitloof (IĠP), Œufs de Loué (IĠP))
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2008 ta' l- 4 ta' Awwissu 2008 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Acciughe sotto sale del Mar Ligure (IĠP), Brussels grondwitloof (IĠP), Œufs de Loué (IĠP))
ĠU L 207, 5.8.2008, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
5.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 207/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 776/2008
ta' l-4 ta' Awwissu 2008
li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Acciughe sotto sale del Mar Ligure (IĠP), Brussels grondwitloof (IĠP), Œufs de Loué (IĠP))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità ma' l-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ l-Italja biex tirreġistra d-denominazzjoni “Acciughe sotto sale del Mar Ligure”, l-applikazzjoni tal-Belġju biex tirreġistra d-denominazzjonim “Brussels grondwitloof” u l-applikazzjoni ta’ Franza biex tirreġistra d-denominazzjoni “Œufs de Loué” kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Awwissu 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2008 (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 27).
(2) ĠU C 279, 22.11.2007, p. 7 (Acciughe sotto sale del Mar Ligure), ĠU C 279, 22.11.2007, p. 24 (Brussels grondwitloof), ĠU C 282, 24.11.2007, p. 30 (Œufs de Loué).
ANNESS
Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
|
Klassi 1.4. Prodotti oħra magħmulin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib ħlief butir, eċċ) FRANZA Œufs de Loué (IĠP) |
|
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati IL-BELĠJU Brussels grondwitloof (IĠP) |
|
Klassi 1.7. Ħut, molluski, krustaċej friski u prodotti magħmulin minnhom L-ITALJA Acciughe sotto sale del Mar Ligure (IĠP) |