Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0729

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2008 tat- 28 Lulju 2008 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru ta’ l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Czwórniak (STG), Dwójniak (STG), Półtorak (STG), Trójniak (STG)]

    ĠU L 200, 29.7.2008, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/729/oj

    29.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 200/6


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 729/2008

    tat-28 Lulju 2008

    li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru ta’ l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Czwórniak (STG), Dwójniak (STG), Półtorak (STG), Trójniak (STG)]

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 509/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel li huma speċjalitajiet tradizzjonali garantiti [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 9(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 19(3) tar-Regolament imsemmi, it-talbiet imressqa mill-Polonja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet “Czwórniak”, “Dwójniak”, “Półtorak” u “Trójniak” kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

    (2)

    Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati,

    (3)

    Ma ntalbitx il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

    (2)  ĠU C 266, 8.11.2007, p. 27, rettifikat fil-ĠU C 83, 2.4.2008, p. 10 (Czwórniak), ĠU C 268, 10.11.2007, p. 22, rettifikat fil-ĠU C 43, 16.2.2008, p. 37 (Dwójniak), ĠU C 267, 9.11.2007, p. 40, rettifikat fil-ĠU C 83, 2.4.2008, p. 10 (Półtorak), ĠU C 265, 7.11.2007, p. 29, rrettifikat fil-ĠU C 83, 2.4.2008, p. 10 (Trójniak).


    ANNESS

    Prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE maħsuba għall-ikel uman

    Klassi 1.8.   Prodotti oħrajn ta' l-Anness I għat-Trattat tal-KE

    Czwórniak (STG)

    Dwójniak (STG)

    Półtorak (STG)

    Trójniak (STG)


    Top