EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0722

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 722/2008 tal- 25 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 563/82 rigward il-fatturi ta’ aġġustament li għandhom jintużaw għall-iffissar tal-prezzijiet tal-karkassi ta’ annimali bovini adulti

ĠU L 198, 26.7.2008, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R1249

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/722/oj

26.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 198/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 722/2008

tal-25 ta’ Lulju 2008

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 563/82 rigward il-fatturi ta’ aġġustament li għandhom jintużaw għall-iffissar tal-prezzijiet tal-karkassi ta’ annimali bovini adulti

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2006 ta’ l-24 ta’ Lulju 2006 dwar l-iskala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi ta’ annimali bovini adulti (1), u b'mod partikolari t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi,

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2006 jiddefinixxi l-preżentazzjoni ta’ referenza ta’ l-UE tal-karkassi. Barra minn hekk, jipprovdi li fejn Stat Membru juża preżentazzjoni tal-karkassi differenti minn din il-preżentazzjoni ta’ referenza, għandhom ikunu ddeterminati l-fatturi ta’ aġġustament biex jingħadda minn dik il-preżentazzjoni għall-preżentazzjoni ta’ referenza.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 563/82 ta’ l-10 ta’ Marzu 1982 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1208/81 li jistabbilixxi l-prezzijiet tas-suq ta’ l-annimali adulti ta’ l-ifrat fuq il-bażi ta’ l-iskala tal-Komunità għall-klassifikazzjoni tal-karkassi (2) jistipula r-regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni tal-prezzijiet fis-suq ta’ l-annimali bovini adulti abbażi ta’ l-iskala tal-Komunità għall-klassifikazzjoni tal-karkassi ta’ l-annimali bovini adulti.

(3)

Ir-Renju Unit talab li fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 563/82 jiddaħħlu żewġ koeffiċjenti addizzjonali għat-tneħħija tax-xaħam tas-sidra u tax-xaħam tal-ġenba. Biex tibqa’ żgurata d-disponibbiltà ta’ prezzijiet komparabbli fil-Komunità, għandhom jiġu adattati l-fatturi ta’ aġġustament iddeterminati fl-Anness għal dak ir-Regolament.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 563/82 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 563/82 huwa mibdul bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 214, 4.8.2006, p. 1. Ir-Regolament (KE) Nru 1183/2006 se jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) b'seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009.

(2)  ĠU L 67, 11.3.1982, p. 23. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2181/2001 (ĠU L 293, 10.11.2001, p. 8).


ANNESS

“ANNESS

Fatturi ta’ aġġustament imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2006

(bħala perċentwali tal-piż tal-karkassa)

Perċentwali

Tnaqqis

Żieda

Klassi tax-xaħam

1-2

3

4-5

1

2

3

4

5

Kliewi

–0,4

 

Xaħam tal-kliewi

–1,75

–2,5

–3,5

Xaħam pelviku

–0,5

 

Fwied

–2,5

Falda rqiqa

–0,4

Falda ħoxna

–0,4

Denb

–0,4

Sinsla

–0,05

Xaħam mammarju

–1,0

Testikoli

–0,3

Xaħam ta’ l-iskrotu

–0,5

Xaħam mal-ġewwieni tan-naħa ta' fuq

–0,3

Il-vina ġugulari u x-xaħam ta' madwarha

–0,3

Tneħħija tax-xaħam estern

 

0

0

+2,0

+3,0

+4,0

Tneħħija tax-xaħam tas-sidra biex titħalla għata ta’ xaħam (it-tessuti muskulari ma għandhomx ikunu mikxufa)

 

0

+0,2

+0,2

+0,3

+0,4

Tneħħija tax-xaħam tal-ġenba li jmiss max-xaħam ta’ l-iskrotu

 

0

+0,3

+0,4

+0,5

+0,6 ”


Top