Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0681

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 681/2008 tas- 17 ta’ Lulju 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu mill- 1 ta’ Settembru sat- 30 ta’ Novembru 2008

    ĠU L 190, 18.7.2008, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/681/oj

    18.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 190/7


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 681/2008

    tas-17 ta’ Lulju 2008

    dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu mill-1 ta’ Settembru sat-30 ta’ Novembru 2008

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

    (2)

    Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda matul l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol ta’ Lulju 2008, skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina, u l-pajjiżi terzi kollha għajr għaċ-Ċina.

    (3)

    Għaldaqstant, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2007, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar mill-15 ta’ Lulju 2008 jistgħu jkunu sodisfatti skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni “A” mressqa skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 matul l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol ta’ Lulju 2008 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Lulju 2008 għandhom ikunu sodisfatti b'rata perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni, kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

    (3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 514/2008 (ĠU L 150, 10.6.2008, p. 7).


    ANNESS

    Oriġini

    Nru tas-serje

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni

    L-Arġentina

    Importaturi tradizzjonali

    09.4104

    X

    Importaturi ġodda

    09.4099

    X

    Iċ-Ċina

    Importaturi tradizzjonali

    09.4105

    21,006931  %

    Importaturi ġodda

    09.4100

    0,485316  %

    Pajjiżi terzi oħra

    Importaturi tradizzjonali

    09.4106

    100  %

    Importaturi ġodda

    09.4102

    56,872241  %

    “X”

    :

    Mingħajr koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu għal dan il-pajjiż.


    Top