Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0591

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 591/2008 tat- 23 ta' Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri

    ĠU L 163, 24.6.2008, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/591/oj

    24.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 163/28


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 591/2008

    tat-23 ta' Ġunju 2008

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2007 (2) fetaħ sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent ta' l-Istati Membri. Il-perjodu għat-tressiq ta' l-offerti għall-aħħar sejħa parzjali jiskadi fil-25 ta' Ġunju 2008.

    (2)

    Bil-għan li r-raħħala tal-bhejjem u l-industrija ta' l-għalf tal-bhejjem ikollhom provvista żgurata bi prezzijiet kompetittivi għall-bidu tas-sena tas-suq 2008/2009, jeħtieġ li l-ħażniet ta' intervent miżmuma mill-aġenzija ta' intervent ta' l-Ungerija, l-unika waħda li għad għandha ħażniet, jissuktaw isiru disponibbli fis-swieq taċ-ċereali, kif ukoll li jkunu speċifikati l-ġranet u d-dati li fihom l-operaturi jistgħu jressqu offerti, skond il-laqgħat ipprogrammati tal-kumitat ta' ġestjoni ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli.

    (3)

    Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 712/2007 jiġi emendat skond dan.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 712/2007, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “B'bidu mill-1 ta' Lulju 2008, iż-żmien għat-tressiq ta' l-offerti għas-sejħiet parzjali għandu jiskadi fis-13:00 (ħin ta' Brussell) l-Erbgħa d-9 ta' Lulju 2008, it-23 ta' Lulju 2008, is-6 ta' Awwissu 2008, is-27 ta' Awwissu 2008 u l-10 ta' Settembru 2008.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2008.

    Dan ir-Regolament għandu japplika fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Ġunju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299 du 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

    (2)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 58/2008 (ĠU L 22, 25.1.2008, p. 3).


    Top