This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0561
Commission Regulation (EC) No 561/2008 of 18 June 2008 on the issuing of import licences for applications lodged during the first seven days of June 2008 under the tariff quota opened by Regulation (EC) No 1385/2007 for poultrymeat
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 561/2008 tat- 18 ta’ Ġunju 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 561/2008 tat- 18 ta’ Ġunju 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur
ĠU L 160, 19.6.2008, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 561/2008
tat-18 ta’ Ġunju 2008
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji Komunitarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 huma, għal ċerti kwoti, inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007, għandhom japplikaw il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2008, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(3) ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.
ANNESS
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.7.2008-30.9.2008 (%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1.10.2008-31.12.2008 (kg) |
1 |
09.4410 |
0,899896 |
— |
2 |
09.4411 |
3 825 000 |
|
3 |
09.4412 |
0,935362 |
— |
4 |
09.4420 |
1,400578 |
— |
5 |
09.4421 |
5,814053 |
— |
6 |
09.4422 |
1,309222 |
— |
(1) Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.