Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0477

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 477/2008 tad- 29 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi li mhi se ssir l-ebda aġġudikazzjoni taz-zokkor abjad fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

    ĠU L 140, 30.5.2008, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/477/oj

    30.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 140/16


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 477/2008

    tad-29 ta’ Mejju 2008

    li jistabbilixxi li mhi se ssir l-ebda aġġudikazzjoni taz-zokkor abjad fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, u t-tielet inċiż, punt b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1060/2007 tas-14 ta’ Settembru 2007 dwar il-ftuħ ta’ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid b’esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-organizzazzjonijiet ta’ intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Iżvezja (2) jesiġi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

    (2)

    F’konformità ma’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007 u wara eżami ta’ l-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-28 ta’ Mejju 2008, jeħtieġ li jiġi deċiż li ma ssir l-ebda aġġudikazzjoni fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-offerti parzjali.

    (3)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Mhi se ssir l-ebda aġġudikazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-28 ta’ Mejju 2008 f’dak li jirrigwarda l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Mejju 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

    (2)  ĠU L 242, 15.9.2007, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 148/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 9).


    Top