This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0473
Commission Regulation (EC) No 473/2008 of 29 May 2008 on amending Regulation (EC) No 2037/2000 of the European Parliament and of the Council as regards the adjustment of CN codes for certain ozone depleting substances and mixtures containing ozone depleting substances
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2008 tad- 29 ta' Mejju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-aġġustament tal-kodiċi NM għal ċerti sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu u taħlitiet li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2008 tad- 29 ta' Mejju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-aġġustament tal-kodiċi NM għal ċerti sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu u taħlitiet li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu
ĠU L 140, 30.5.2008, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R1005
30.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 140/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 473/2008
tad-29 ta' Mejju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-aġġustament tal-kodiċi NM għal ċerti sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu u taħlitiet li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fin-Nomenklatura Magħquda għall-2007, stipulata fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (2), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007 (3), il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda (kodiċi-NM) għal ċerti sustanzi u prodotti ġew emendati. |
(2) |
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, rigward is-sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu u taħlitiet li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu, jirreferi għal uħud mill-kodiċi-NM li ġew emendati bir-Regolament (KE) Nru 1214/2007. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Anness jiġi aġġustat. Meta jitqies l-għadd ta’ bidliet li jridu jsiru, huwa xieraq għal raġunijiet ta’ ċarezza li l-Anness jinbidel fl-initier tiegħu. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(4) |
Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 1214/2007 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data. |
(5) |
Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000; |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/540/KE (ĠU L 198, 31.07.2007, p. 35).
(2) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 360/2008 (ĠU L 111, 23.4.2008, p. 9).
(3) ĠU L 286, 31.10.2007, p. 1.
ANNESS
“ANNESS IV
Gruppi, kodiċi tan-nomenklatura magħquda (*) u deskrizzjonijiet għas-sustanzi msemmija fl-annessi I u III
Grupp |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Grupp I |
2903 41 00 |
Triklorofluworometan |
2903 42 00 |
Diklorofluworometan |
|
2903 43 00 |
Triklorotrifluworoetani |
|
2903 44 10 |
Diklorotetrafluworoetani |
|
2903 44 90 |
Kloropentafluworoetan |
|
Grupp II |
2903 45 10 |
Klorotrifluworometan |
2903 45 15 |
Pentaklorofluworoetan |
|
2903 45 20 |
Tetraklorodifluworoetani |
|
2903 45 25 |
Eptaklorofluworopropani |
|
2903 45 30 |
Eksaklorodifluworopropani |
|
2903 45 35 |
Pentaklorotrifluworopropani |
|
2903 45 40 |
Tetraklorotetrafluworopropani |
|
2903 45 45 |
Trikloropentafluworopropani |
|
2903 45 50 |
Dikloroheksafluworopropani |
|
2903 45 55 |
Kloroeptafluworopropani |
|
Grupp III |
2903 46 10 |
Bromoklorodifluworometan |
2903 46 20 |
Bromotrifluworometan |
|
2903 46 90 |
Dibromotetrafluworoetani |
|
Grupp IV |
2903 14 00 |
Tetraklorur karboniku |
Grupp V |
2903 19 10 |
1,1,1-Trikloroetan (metilkloroform) |
Grupp VI |
2903 39 11 |
Bromometan (metil bromur) |
Grupp VII |
2903 49 30 |
Idrobromofluworometani, -etani jew -propani |
Grupp VIII |
2903 49 11 |
Klorodifluworometan (HCFC-22) |
2903 49 15 |
1,1-Dikloro-1-fluworoetan (HCFC-141b) |
|
2903 49 19 |
Idroklorofluworometani oħrajn, -etani jew -propani (HCFCs) |
|
Grupp IX |
ex 2903 49 80 |
Bromoklorometan |
Taħlitiet |
3824 71 00 |
Taħlitiet li fihom klorofluworokarboni (CFCs), kemm jekk fihom idroklorofluworokarboni (HCFCs), perfluworokarboni (PFCs) jew idrofluworokarboni u kemm jekk le |
3824 72 00 |
Taħlitiet li fihom bromoklorodifluworometan, bromotrifluworometan jew dibromo-tetrafluworoetani |
|
3824 73 00 |
Taħlitiet li fihom bromoklorodifluworometan, bromotrifluworometan jew dibromo-tetrafluworoetani |
|
3824 74 00 |
Taħlitiet li fihom idroklorofluworokarboni (HCFCs), kemm jekk fihom perfluworokarboni (PFCs) jew idrofluworokarboni u kemm jekk le, iżda li ma fihomx klorofluworokarboni (CFCs) |
|
3824 75 00 |
Taħlitiet li fihom tetraklorur karboniku |
|
3824 76 00 |
Taħlitiet li fihom 1,1,1-trikloroetan (metil kloroform) |
|
3824 77 00 |
Taħlitiet li fihom bromometan (metil bromur) jew bromoklorometan |
(*) “Ex” quddiem kodiċi timplika li sustanzi oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-kolonna “Deskrizzjoni” jistgħu wkoll jaqgħu taħt dik is-subintestatura. ”