Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0464

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 464/2008 tat- 28 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi l-ammont addizzjonali li għandu jitħallas għas-sena tas-suq 2007/2008 għat-tadam fil-Bulgarija skond ir-Regolament (KE) Nru 104/2007

ĠU L 139, 29.5.2008, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/464/oj

29.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 464/2008

tat-28 ta' Mejju 2008

li jistabbilixxi l-ammont addizzjonali li għandu jitħallas għas-sena tas-suq 2007/2008 għat-tadam fil-Bulgarija skond ir-Regolament (KE) Nru 104/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2007 tat-2 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi, għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammont ta’ l-għajnuna għat-tadam maħsub għall-ipproċessar (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond in-notifiki mill-Istati Membri, il-kwantitajiet ta’ tadam ipproċessat b'għajnuna għas-sena tas-suq 2006/2007 skond l-Artikolu 39(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 tad-29 ta’ Awissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel (2), jaqbżu l-limitu Komunitarju ta’ 11,8 %. Għaldaqstant, għandu jitħallas ammont addizjonali wara s-sena tas-suq 2007/2008 f'dawk l-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007 u li l-limitu nazzjonali tagħhom ma nqabiżx jew inkella nqabeż b'inqas minn 25 %.

(2)

Għas-sena tas-suq 2007/2008, il-limitu nazzjonali tal-Bulgarija ma nqabiżx. Għaldaqstant, jeħtieġ li f'dan l-Istat Membru jitħallas ammont addizzjonali totali ta’ EUR 8,62 kull tunnellata.

(3)

Għas-sena tas-suq 2007/2008, il-produtturi tar-Rumanija ma ressqu l-ebda talba għall-għajnuna f'dak li jirrigwarda t-tadam maħsub għall-ipproċessar. Għaldaqstant, ma jeħtieġx li f'dan l-Istat Membru jitħallas ammont addizzjonali għas-sena tas-suq imsemmija,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ammont addizzjonali ta’ EUR 8,62 kull tunnellata tadam maħsub għall-ipproċessar, imsemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2007, għandu jitħallas fil-Bulgarija wara s-sena tas-suq 2007/2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 28, 3.2.2007, p. 10.

(2)   ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1663/2005 (ĠU L 267, 12.10.2005, p. 22).


Top