This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0460
Commission Regulation (EC) No 460/2008 of 27 May 2008 amending Regulation (EC) No 85/2004 laying down the marketing standard for apples
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 460/2008 tas- 27 ta’ Mejju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 85/2004 li jistabbilixxi l-kriterji ta’ klassifika tas-suq għat-tuffieħ
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 460/2008 tas- 27 ta’ Mejju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 85/2004 li jistabbilixxi l-kriterji ta’ klassifika tas-suq għat-tuffieħ
ĠU L 138, 28.5.2008, pp. 3–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1221
|
28.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 138/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 460/2008
tas-27 ta’ Mejju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 85/2004 li jistabbilixxi l-kriterji ta’ klassifika tas-suq għat-tuffieħ
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 (1), u partikolarment l-Artikolu 42(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 85/2004 (2) jipprovdi b’mod partikolari għal tnaqqis fid-daqs minimu mill-1 ta’ Ġunju 2008 sabiex ikun hemm konsistenza ma’ l-istandard għat-tuffieħ UNECE-FFV-50 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti. Madankollu, dak l-istandard ġie emendat u d-dispożizzjonijiet dwar id-daqs għandhom jiġu aġġornati skond dan. |
|
(2) |
Sabiex ikun evitat kwalunkwe konflitt mal-liġi kummerċjali, kull referenza għall-ismijiet kummerċjali għandha titħassar mil-lista tal-varjetajiet ta’ tuffieħ stipulata fl-Appendiċi għall-Anness għar-Regolament (KE) Nru 85/2004. |
|
(3) |
Jeħtieġ ukoll li l-lista tal-varjetajiet tiġi riveduta, sabiex tiffaċilita l-ispezzjonijiet. B’riżultat ta’ dan, irid jiżdied is-sinonimu “Renetta del Canada” għall-varjetà “Reinette blanche du Canada” u l-varjetà ta’ tuffieħ “Zarja Alatau” trid tkun inkluża fl-istess lista. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 85/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti b'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 85/2004 huwa emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1
(2) ĠU L 13, 20.1.2004, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament 1238/2005 (ĠU L 200, 30.7.2005, p. 22.
ANNESS
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 85/2004 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt III jinbidel b'dan li ġej: “III. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS Id-daqs jiġi stabbilit jew skond id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali jew inkella skond il-piż. Għall-varjetajiet kollha u għall-klassijiet kollha d-daqs minimu huwa 60 mm, jekk mkejjel skond id-dijametru jew 90 g, jekk jitkejjel skond il-piż. Frott ta’ daqsijiet iżgħar jista’ jkun aċċettat, jekk il-livell Brix tal-prodott huwa akbar minn jew indaqs għal 10.5° Brix u d-daqs mhuwiex iżgħar minn 50 mm jew 70 g. Biex żgur ikun hemm uniformità ta’ daqs fil-kaxxa ta’ l-ippakkjar:
Ma hemmx rekwiżiti għal uniformità fid-daqslimitazzj għal frott tal-Klassi II ippakkjat sfuż fil-pakkett jew f'pakketti għall-bejgħ.” |
|
(2) |
Fl-Appendiċi, il-punt 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: 4. Il-lista mhix eżawrenti tal-varjetajiet ta’ tuffieħ ikklassifikati skond il-kriterji tal-kulur, tal-ħmurija samranija u tad-daqs: Il-frott ta’ varjetajiet li ma jiffurmawx parti mil-lista għandhom ikunu kklassifikati skond il-karatteristiċi varjetali tagħhom.
|
(*1) Talanqas 20 % ħmura fil-Klassi I u fil-Klassi II.
(*2) Madankollu, għall-varjetà Jonagold, talanqas 1/10 tal-wiċċ tal-frott fil-klassi II irid ikun bl-istrixxi ta’ kulur aħmar.”