Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0415

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2008 tat- 8 ta’ Mejju 2008 dwar id-diviżjoni bejn konsenji u bejgħ dirett ta’ kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali stabbiliti għall-2007/2008 fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003

    ĠU L 125, 9.5.2008, p. 22–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/415/oj

    9.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 125/22


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 415/2008

    tat-8 ta’ Mejju 2008

    dwar id-diviżjoni bejn “konsenji” u “bejgħ dirett” ta’ kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali stabbiliti għall-2007/2008 fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 jipprovdi li l-produtturi jista’ jkollhom kwantità ta’ referenza individwali waħda jew tnejn, waħda għall-konsenji u l-oħra għall-bejgħ dirett u dawn il-kwantitajiet jistgħu jinbidlu minn kwantità ta’ referenza waħda għall-oħra mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru biss, skond it-talba ġustifikata tal-produttur.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2007 ta’ l-1 ta’ Ġunju 2007 dwar id-diviżjoni bejn “twassil”(konsenji) u “bejgħ dirett” ta’ kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali stabbiliti għall-2006/2007 fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 (2) jistipula d-diviżjoni bejn “konsenji” u “bejgħ dirett” għall-perjodu mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007 għall-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1186/2007 ta’ l-10 ta’ Ottubru 2007 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib fir-rigward tad-diviżjoni bejn bejgħ dirett u konsenji għar-Rumanija u l-Bulgarija (3) ffissa d-diviżjoni bejn bejgħ dirett u konsenji għal dawk l-Istati Membri fil-bidu ta ’l-iskema tal-kwota fl-1 ta’ April 2007.

    (4)

    Bi qbil ma’ l-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jistipula regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (4), il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit taw notifikazzjoni dwar il-kwantitajiet li fuq talba mill-produtturi ġew mibdulin definittivament bejn kwantitajiet ta’ referenza individwali għall-konsenji u għall-bejgħ dirett.

    (5)

    Bi qbil ma’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 il-kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali totali għall-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit għall-2007/2008 huma akbar mill-kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali totali tagħhom għall-2006/2007, u dawn l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-diviżjoni bejn “konsenji” u “bejgħ dirett” tal-kwantitajiet ta’ referenza addizzjonali.

    (6)

    Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita d-diviżjoni bejn “konsenji” u “bejgħ dirett” tal-kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008 stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003.

    (7)

    Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-diviżjoni bejn “konsenji” u “bejgħ dirett” ta’ kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008 stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 tintsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2008.

    Ghall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1186/2007 (ĠU L 265, 11.10.2007, p. 22).

    (2)  ĠU L 141, 2.6.2007, p. 28.

    (3)  ĠU L 265, 11.10.2007, p. 22.

    (4)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 228/2008 (ĠU L 70, 14.3.2008, p. 7).


    ANNESS

    (tunnellati)

    L-Istati Membri

    Konsenji

    Bejgħ dirett

    Il-Belġju

    3 283 279,969

    60 255,031

    Il-Bulgarija

    893 688,028

    85 311,972

    Ir-Repubblika Ċeka

    2 735 402,882

    2 528,118

    Id-Danimarka

    4 499 580,144

    319,856

    Il-Ġermanja

    28 049 011,176

    93 454,385

    L-Estonja

    636 070,323

    10 297,677

    L-Irlanda

    5 393 711,092

    2 052,908

    Il-Greċja

    819 371,000

    1 142,000

    Spanja

    6 050 995,383

    65 954,617

    Franza

    24 132 388,327

    345 767,673

    L-Italja

    10 271 286,160

    258 773,840

    Ċipru

    142 848,981

    2 351,019

    Il-Latvja

    717 342,228

    11 305,772

    Il-Litwanja

    1 631 990,068

    72 848,932

    Il-Lussemburgu

    271 274,000

    465,000

    L-Ungerija

    1 881 124,791

    108 935,209

    Malta

    48 698,000

    0,000

    L-Olanda

    11 112 857,000

    72 583,000

    L-Awstrija

    2 679 104,617

    98 788,992

    Il-Polonja

    9 211 606,546

    168 536,454

    Il-Portugall (1)

    1 930 253,126

    8 933,874

    Ir-Rumanija

    1 320 555,428

    1 736 444,572

    Is-Slovenja

    555 673,766

    20 964,234

    Is-Slovakkja

    1 029 752,282

    11 035,718

    Il-Finlandja

    2 424 447,811

    7 384,196

    L-Iżvezja

    3 332 630,000

    3 400,000

    Ir-Renju Unit

    14 619 120,370

    136 526,631


    (1)  Minbarra Madejra.


    Top