This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0400
Commission Regulation (EC) No 400/2008 of 5 May 2008 amending for the 95th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 400/2008 tal- 5 ta’ Mejju 2008 li jemenda għall-95 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 400/2008 tal- 5 ta’ Mejju 2008 li jemenda għall-95 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
ĠU L 118, 6.5.2008, pp. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
6.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 118/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 400/2008
tal-5 ta’ Mejju 2008
li jemenda għall-95 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fil-21 ta' April 2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika s-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk ikun emendat. |
|
(3) |
Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 374/2008 (ĠU L 113, 25.4.2008, p. 15).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu miżjuda taħt l-intestatura “Persuni naturali”:
|
“(1) |
Suhayl Fatilloevich Buranov (magħruf ukoll bħala Suhayl Fatilloyevich Buranov). Isem bil-kitba oriġinali: Бypaнов Суxайл Фатиллоевич Indirizz: Massiv Kara-Su-6, bini 12, apt. 59, Tashkent, l-Użbekistan. Data tat-twelid: 1983. Post tat-twelid: Tashkent, l-Użbekistan. Ċittadinanza: Użbeka. Tagħrif ieħor: (a) Wieħed mill-mexxejja tal-Grupp tal-Ġiħad Iżlamika; (b) Segwa taħriġ speċifiku dwar il-mini u l-isplussivi fil-kamp ta' l-Al-Qaida fil-provinċja ta' Khost; (c) Ipparteċipa f'ħidmiet militari fl-Afganistan u fil-Pakistan fuq in-naħa tat-Taliban; (d) Kien wieħed mill-organizzaturi ta' l-attakki terroristiċi mwettqa fl-Użbekistan fl-2004; (e) Ġew mibdija proċedimenti kriminali kontrih fl-2000 skond l-artikoli li ġejjin tal-Kodiċi Kriminali tar-Repubblika ta' l-Użbekistan. L-Artikoli 159, parti 3 (Attentati kontra l-Ordni Kostituzzjonali tar-Repubblika ta' l-Użbekistan), u 248 (Pussess Illegali ta' Armi, Munizzjon, Sustanzi Splussivi, jew Apparat Splussiv); (f) Inħarġet ordni għall-arrest tiegħu. |
|
(2) |
Najmiddin Kamolitdinovich Jalolov. Isem bil-kitba oriġinali: Жалолов Ηажмиддин Камолитдинович. Indirizz: S. Jalilov Street 14, Khartu, Reġjun ta' Andijan, l-Użbekistan. Data tat-twelid: 1972. Post tat-twelid: Reġjun ta' l-Andijan, l-Użbekistan. Ċittadinanza: Użbeka. Tagħrif ieħor: (a) Wieħed mill-mexxejja tal-Grupp tal-Ġiħad Iżlamika; (b) Segwa taħriġ speċifiku dwar il-mini u l-isplussivi f'kampijiet ta' l-Al-Qaida; (c) Ipparteċipa f'ħidmiet militari fl-Afganistan u fil-Pakistan fuq in-naħa tat-Taliban; (d) Kien wieħed mill-organizzaturi ta' l-attakki terroristiċi mwettqa fl-Użbekistan fl-1999; (e) Ġew mibdija proċedimenti kriminali kontrih f'Marzu 1999, skond l-artikoli li ġejjin tal-Kodiċi Kriminali tar-Repubblika ta' l-Użbekistan. L-artikoli 154 (Merċenarju), 155 (Terroriżmu), 156 (Tixwix għal Mibgħeda Etnika, Razzjali jew Reliġjuża), 159 (Attentati kontra l-Ordni Kostituzzjonali ta' l-Użbekistan), 242 (Organizzazzjoni ta' Komunità Kriminali), u 244 (Nuqqas li wieħed jirrapporta l-Kriminalità, jew il-ħabi tagħha); (f) Inħarġet ordni għall-arrest tiegħu.” |