Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0384

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2008 tad- 29 ta’ April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta' annimali tqal mill-projbizzjoni tal-ħruġ stipulata fid-Direttiva 2000/75/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 116, 30.4.2008, pp. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0689

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/384/oj

30.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 116/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 384/2008

tad-29 ta’ April 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta' annimali tqal mill-projbizzjoni tal-ħruġ stipulata fid-Direttiva 2000/75/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(c), l-Artikolu 11 u 12 u t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 (2) jistipula regoli għall-kontroll, monitoraġġ, sorveljanza u għar-restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta’ l-annimali, fir-rigward tal-bluetongue, fi u minn żoni ristretti. Jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet mill-projbizzjoni ta' ħruġ applikabbli għall-movimenti ta’ annimali suxxettibbli, l-isperma, l-bajd u l-embrijuni tagħhom kif stipulat fid-Direttiva 2000/75/KE.

(2)

Fid-dawl ta’ tagħrif xjentifiku ġdid miġbur dan l-aħħar dwar il-patoġenesi tal-vajrus tal-bluetongue relatata mat-trażmissjoni possibbli tal-bluetongue mill-plaċenta ta’ l-omm, għandhom jittieħdu xi miżuri ta’ ħarsien biex jiskansaw it-tixrid possibbli tal-marda minn annimali tqal jew minn ċerti annimali tat-twelid.

(3)

L-annimali li kienu immuni qabel l-inseminazzjoni artifiċjali jew qabel it-tgħammir, minħabba f’tilqim b’vaċċin mhux attivat jew minħabba f’immunità naturali, jew li kienu mħarsa kontra attakki vektorjali għal ċertu perjodu u soġġetti għal ċerti testijiet tal-laboratorju b'riżultati negattivi huma meqjusa li ma joħolqu l-ebda riskju sinifikanti fir-rigward tal-bluetongue. Għandu għalhekk ikun possibbli li l-annimali tqal siguri bħal dawn biss ikunu eżenti mill-projbizzjoni tal-ħruġ.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1266/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom, għalhekk, ikunu riveduti fil-futur qarib fid-dawl ta' l-għarfien addizzjonali li jsir disponibbli.

(5)

Fejn eżenzjonijiet mill-projbizzjoni ta’ ħruġ applikabbli għall-movimenti ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli miż-żoni ristretti huma applikati lil annimali bħal dawn maħsuba għall-kummerċ intra-Komunitarju jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz, iċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (3), fid-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE (4), fid-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (5) u msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/444/KEE (6) għandhom jinkludu referenza għar-Regolament (KE) Nru 1266/2007. Huwa xieraq li jkun ipprovdut test addizzjonali li għandu jiżdied ma' dawk iċ-ċertifikati tas-saħħa kollha biex jiċċara aktar il-kundizzjonijiet ta' saħħa li taħthom l-annimali tqal huma eżentati mill-projbizzjoni ta' ħruġ.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007, Taqsima A huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt 1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-annimali jkunu nżammu sad-dispaċċ matul il-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun iddefinit f’konformità ma’ l-Anness V, f’żona ħielsa mill-bluetongue skond l-istaġun mill-inqas għal 60 jum qabel id-data tal-moviment u jkunu ġew suġġetti għal test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent skond il-Manwal ta’ Testijiet Dijanjostiċi u ta’ Vaċċini għall-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE) (*1) (‘Manwal għall-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE’), b’riżultati negattivi, li jkun sar mhux iktar kmieni minn sebat ijiem qabel id-data tal-moviment.

(*1)  http://www.oie.int/eng/normes/en_mcode.htm?e1d10” "

(2)

Għandhom jiġu miżjuda l-paragrafi li ġejjin:

“Għall-annimali tqal, mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 5(b), 5(c), 5(d), 6 u 7 għandha titħares qabel l-inseminazzjoni jew it-tgħammir, jew titħares il-kundizzjoni stipulata fil-punt 3, filwaqt li t-test jitwettaq mhux aktar kmieni minn sebat ijiem qabel id-data tal-moviment.

Meta l-annimali jkunu maħsuba għall-kummerċ fil-Komunità jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew irreferiti fid-Deċiżjoni 93/444/KEE jekk applikabbli:

‘L-annimal(i) mhijiex (mhumiex) tqila (tqal)’, jew

‘L-annimal(i) għandha/hom mnejn hija/huma tqila/tqal u tikkonforma/jikkonformaw mal-kundizzjoni(jiet) … (stipulata/stipulati fil-punti 5(b), 5(c), 5(d), 6 u 7 qabel l-inseminazzjoni jew it-tgħammir, jew stipulata/stipulati fil-punt 3; indika kif xieraq)’:”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26)

(2)   ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2008 (ĠU L 89, 1.4.2008, p. 3).

(3)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/729/KE.

(4)   ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(5)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).

(6)   ĠU L 208, 19.8.1993, p. 34.


Top