EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0352

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2008 tat- 18 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-ħjar u ċ-ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

ĠU L 109, 19.4.2008, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/06/2011; Imħassar b' 32011R0543

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/352/oj

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 109/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 352/2008

tat-18 ta' April 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-ħjar u ċ-ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 (1), u b’mod partikolari Artikolu 35(4) u l-Artikolu 42,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (2) jipprovdi għal sorveljanza ta’ l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul is-Serje ta' l-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ u fid-dawl ta' l-aħħar data disponibbli għall-2004, l-2005 u l-2006, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali tal-ħjar u taċ-ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares għandhom jiġu aġġustati.

(3)

B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri li provduti b'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVII

DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklatura mħallta, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li tkun indikattiva biss. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddeterminat mill-iskop tal-kodiċi NM kif jeżistu fiż-żmien ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Nru tas-Serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu ta’ l-iskattar

Livell ta’ l-iskattar

(tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

325 606

78.0020

mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

25 103

78.0065

0707 00 05

Ħjar

mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

70 873

78.0075

mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

46 491

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

19 799

78.0100

0709 90 70

Żukkini

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

117 360

78.0110

0805 10 20

Larinġ

mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

454 253

78.0120

0805 20 10

Klementin

mill-1 ta’ Novembru sa l-aħħar ta’ Frar

606 155

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi t-tangerines u s-satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

mill-1 ta’ Novembru sa l-aħħar ta’ Frar

104 626

78.0155

0805 50 10

Lumi

mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

326 861

78.0160

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

53 842

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

mill-21 ta’ Lulju sa l-20 ta’ Novembru

70 731

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

886 383

78.0180

mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

81 237

78.0220

0808 20 50

Lanġas

mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

241 637

78.0235

mill -1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

35 748

78.0250

0809 10 00

Berquq

mill -1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

14 163

78.0265

0809 20 95

Ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

mill-21 ta’ Mejju sa l-10 ta’ Awwissu

151 059

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

11 980

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

5 806 ”


Top