This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0340
Commission Regulation (EC) No 340/2008 of 16 April 2008 on the fees and charges payable to the European Chemicals Agency pursuant to Regulation (EC) No 1907/2006 of the European Parliament and of the Council on the Registration, Evaluation, Authorisation and Restriction of Chemicals (REACH) (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas- 16 ta’ April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas- 16 ta’ April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 107, 17.4.2008, p. 6–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/06/2021
17.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 107/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 340/2008
tas-16 ta’ April 2008
dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 132 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-istruttura u l-ammonti tal-ħlasijiet u l-ispejjeż miġbura mill-Aġenzija Ewropea għall-Kimiċi, minn issa ‘l quddiem “l-Aġenzija”, kif ukoll ir-regoli tal-ħlas għandhom jiġu stabbiliti. |
(2) |
L-istruttura u l-ammont tal-ħlasijiet għandhom iqisu l-ħidma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li għandha titwettaq mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jiġu stipulati f’tali livell li jiżgura li d-dħul li ġej minnhom meta dawn ikunu f’rabta ma’ sorsi oħra tad-dħul ta’ l-Aġenzija skond l-Artikolu 96(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa biżżejjed biex ikopri l-ispiża tas-servizzi mwettqa. Il-ħlasijiet għar-reġistrazzzjoni għandhom iqisu wkoll il-ħidma li tista’ ssir skond it-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(3) |
Għandu jiġi stipulat ħlas għar-reġistrazzjoni ta’ sustanzi li għandha tiddependi mill-medda ta’ tunnellaġġ ta’ dawk is-sustanzi. Madankollu, ma għandu jiġi impost l-ebda ħlas għar-reġistrazzjonijiet koperti mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(4) |
Għandhom jiġu imposti ħlasijiet speċifiċi fil-każ ta’ reġistrazzjonijiet ta’ intermedjarji iżolati mressqa skond l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) jew (3), jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(5) |
It-talbiet li jsiru skond l-Artikolu 10(a)(xi) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom iwasslu wkoll għall–pagament ta’ ħlas. |
(6) |
Għandu jiġi impost ħlas għall-aġġornamenti lir-reġistrazzjoni. B’mod partikolari, għandu jsir ħlas għall-aġġornament tal-medda tat-tunnellaġġ, għal bidliet fl-identità tar-reġistrant li jinvolvu xi bidla fil-personalità ġuridika u għal ċerti bidliet fl-istatus ta’ l-informazzjoni miġbura fir-reġistrazzjoni. |
(7) |
Għandu jiġi impost ħlas għan-notifika ta’ informazzjoni rigward ir-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodott u l-proċess (PPORD) skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Spiża għandha tiġi imposta wkoll għal kull talba għal estensjoni ta’ eżenzjoni mill-PPORD. |
(8) |
Għandu jiġi impost ħlas għat-tressiq ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. Il-ħlas għandu jkun magħmul minn ħlas ta’ bażi li għandu jkopri sustanza waħda, użu wieħed, u applikant wieħed, u ħlasijiet addizzjonali għal kull sustanza, użu jew applikant addizzjonali kopert/a bl-applikazzjoni. Għandha tiġi imposta wkoll spiża fuq it-tressiq ta’ rapport ta’ reviżjoni. |
(9) |
Ħlasijiet u spejjeż imnaqqsa għandhom japplikaw fil-każ ta’ ċerti preżentazzjonijiet konġunti. Ħlasijiet u spejjeż imnaqqsa għandhom japplikaw ukoll għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) skond it-tifsira tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (2). |
(10) |
Fil-każ ta’ rappreżentant waħdieni, l-evalwazzjoni dwar jekk it-tnaqqis għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju japplikax jew le għandha ssir permezz ta’ referenza għall-għadd ta’ persuni, il-fatturat, u l-informazzjoni rigward il-balance sheet tal-manifattur li mhuwiex fil-Komunità, il-formulatur ta’ preparazzjoni, jew il-produttur ta’ oġġett li huwa rrappreżentat b’dak ir-rappreżentant waħdieni fir-rigward ta’ dik it-tranżazzjoni, inkluża informazzjoni rilevanti minn kumpaniji marbuta u msieħba, tal-manifattur li mhuwiex fil-Komunità, il-formulatur ta’ preparazzjoni, jew il-produttur ta’ oġġett, skond ir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE. |
(11) |
It-tnaqqis stabbilit f’dan ir-Regolament għandu japplika fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni ta’ l-entità li tiddikjara li hija intitolata għat-tnaqqis. It-tressiq ta’ informazzjoni falza għandu jiġi skoraġġut bl-impożizzjoni ta’ spiża amministrattiva mill-Aġenzija u multa dissważiva mill-Istati Membri, jekk ikun xieraq. |
(12) |
Għandu jiġi impost ħlas għal kull appell magħmul skond l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. L-ammont tal-ħlas għandu jqis il-kumplessità tal-ħidma involuta. |
(13) |
Il-ħlasijiet u l-ispejjeż għandhom jiġu imposti f’ewro biss. |
(14) |
Proporzjon mill-ħlasijiet u l-ispejjeż miġbura mill-Aġenzija għandhom jiġu trasferiti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri bħala kumpens għall-ħidma tar-rapporteurs tal-kumitati ta’ l-Aġenzija u, kif xieraq, għal ħidmiet oħra skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-proporzjon massimu tal-ħlasijiet u l-ispejjeż li għandhom jiġu trasferiti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandu jiġi deċiż mill-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija wara opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni. |
(15) |
Rigward l-iffissar ta’ l-ammont li għandu jiġi trasferit lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u l-iffissar ta’ kull remunerazzjoni meħtieġa relatata ma’ kull ħidma miftiehma oħra li twettqet għall-Aġenzija, il-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija għandu josserva l-prinċipju ta’ amminstrazzjoni finanzjarja soda kif definit fl-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3). Għandu wkoll jiżgura li l-Aġenzija tkompli jkollha disponibbli riżorsi finanzjarji biżżejjed biex tieħu f’idejha l-ħidmiet tagħha, filwaqt li tikkunsidra l-approprjazzjonijiet baġitarji stmati eżistenti u pluri-annwali u għandu wkoll iqis il-piż ta’ xogħol involut għall-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri. |
(16) |
L-iskadenzi stabbiliti għall-pagament tal-ħlasijiet u l-ispejjeż imposti skond dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jitqiesu l-iskadenzi stabbiliti tal-proċeduri msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. B’mod partikolari, l-ewwel skadenza għall-pagament tal-ħlas marbuta mat-tressiq ta’ dossier ta’ reġistrazzjoni jew it-tressiq ta’ aġġornament għandha tiġi stabbilita billi jitqiesu l-iskadenzi li matulhom l-Aġenzija għandha twettaq verifika ta’ kompletezza. Bl-istess mod, l-ewwel skadenza għall-pagament ta’ ħlasijiet fir-rigward ta’ notifiki għal eżenzjoni mill-obbligu tar-reġistrazzjoni għar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodott u l-proċess għandha tiġi stabbilita billi titqies l-iskadenza prevista fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Madankollu, għandha tiġi stabbilita skadenza raġjonevoli oħra mill-Aġenzija għall-pagamenti li ma jkunux saru qabel l-għeluq ta’ l-ewwel skadenza. |
(17) |
Il-ħlasijiet u l-ispejjeż imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom jiġu addattati biex iqisu l-inflazzjoni u għal dan il-għan għandu jintuża l-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur ippubblikat mill-Eurostat skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (4). |
(18) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ammonti u r-regoli għall-pagament ta’ ħlasijiet u spejjeż imposti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, minn issa ‘l quddiem l-“Aġenzija”, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
(1) |
“SME” tfisser intrapriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE; |
(2) |
“intrapriża ta’ daqs medju” tfisser intrapriża ta’ daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 3003/361/KE; |
(3) |
“intrapriża żgħira” tfisser intrapriża żgħira fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE; |
(4) |
“intrapriża mikro” tfisser intrapriża mikro fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE. |
KAPITOLU II
ĦLASIJIET U SPEJJEŻ
Artikolu 3
Ħlasijiet għar-reġistrazzjoniiet mressqa skond l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għal kull reġistrazzjoni ta’ sustanza skond l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Madankollu, l-ebda ħlas ma għandu jiġi impost għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza fi kwantità bejn 1 u 10 tunnellati fejn it-tressiq tar-reġistrazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif stipulat fl-Artikolu 74(2) ta’ dan ir-Regolament.
2. Fejn il-preżentazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza fil-medda bejn 1 u 10 tunnellati ma fihiex l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenżija għandha timponi ħlas, kif stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
L-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull reġistrazzjoni ta’ sustanza fi kwantità ta’ 10 tunnellati jew iżjed, kif stipulat fl-Anness I.
3. Fil-każ ta’ preżentazzjoni konġunta l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas fuq kull reġistrant, kif stipulat fl-Anness I.
Madankollu, jekk reġistrant iressaq b’mod separat parti mill-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi), (vii) u (ix) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal preżentazzjoni individwali fuq dak ir-reġistrant, kif stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
4. Fejn ir-reġistrant huwa SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I.
5. Il-ħlasijiet dovuti skond il-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħallsu fi żmien 14-il jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.
Madankollu, il-fatturi marbuta ma’ reġistrazzjoni ta’ sustanza rreġistrata minn qabel li hija imressqa quddiem l-Aġenzija matul ix-xahrejn li jiġu qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-iskadenza rilevanti ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.
6. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, ir-reġistrazzjoni mhijiex ser tintlaqa’.
7. Fejn ir-reġistrazzjoni ma tintlaqgħax minħabba n-nuqqas tar-reġistrant milli jressaq l-informazzjoni nieqsa jew minħabba n-nuqqas tiegħu li jwettaq il-pagament tal-ħlas qabel ma jiskadu l-iskadenzi, il-ħlasijiet imħallsa fir-rigward ta’ dik ir-reġistrazzjoni la jitħallsu lura u lanqas jiġu kkreditati lir-reġistrant b’mod ieħor.
Artikolu 4
Ħlasijiet għar-reġistrazzjoniiet imressqa skond l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) jew (3) jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għal kull reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat skond l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) jew (3), jew L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Madankollu, l-ebda ħlas ma għandu jiġi impost għar-reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat fi kwantità bejn 1 u 10 tunnellati fejn it-tressiq tar-reġistrazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 kif stipulat fl-Artikolu 74(2) ta’ dan ir-Regolament.
Il-ħlasijiet skond dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għar-reġistrazzjonijiet ta’ intermedjarji iżolati fuq il-post jew trasportati mressqa skond l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) jew (3), jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Fil-każ tar-reġistrazzjonijiet ta’ sustanzi intermedjarji li jeħtieġu l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandhom japplikaw il-ħlasijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.
2. Fejn il-preżentazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat fil-medda bejn 1 u 10 tunnellati ma fihiex l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenżija għandha timponi ħlas, kif stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
L-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat fi kwantità ta’ 10 tunnellati jew iżjed, kif stipulat fl-Anness I.
3. Fil-każ ta’ preżentazzjoni konġunta l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas fuq kull reġistrant, kif stipulat fl-Anness II.
Madankollu, jekk reġistrant iressaq b’mod separat parti mill-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 17(2)(ċ) u (d), jew fl-Artikolu 18(2)(ċ) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal preżentazzjoni individwali fuq dak ir-reġistrant, kif stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
4. Fejn ir-reġistrant huwa SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness II.
5. Il-ħlasijiet dovuti skond il-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħallsu fi żmien 14-il jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.
Madankollu, il-fatturi marbuta ma’ reġistrazzjoni ta’ sustanza rreġistrata minn qabel li hija mressqa quddiem l-Aġenzija matul ix-xahrejn li jiġu qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-iskadenza rilevanti ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.
6. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, ir-reġistrazzjoni mhijiex ser tintlaqa’.
7. Fejn ir-reġistrazzjoni ma tintlaqgħax minħabba n-nuqqas tar-reġistrant milli jressaq l-informazzjoni nieqsa jew minħabba n-nuqqas tiegħu li jwettaq il-pagament tal-ħlas qabel ma jiskadu l-iskadenzi, il-ħlasijiet imħallsa fir-rigward ta’ dik ir-reġistrazzjoni la jitħallsu lura u lanqas jiġu kkreditati lir-reġistrant b’mod ieħor.
Artikolu 5
Ħlasijiet għall-aġġornament ta’ reġistrazzjoni skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għall-aġġornamenti ta’ reġistrazzjoni skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Madankollu, l-Aġenzija ma għandhiex timponi ħlas għall-aġġornamenti ta’ reġistrazzjoni li ġejjin:
(a) |
bidla minn medda ogħla ta’ tunnellaġġ għal waħda aktar baxxa; |
(b) |
bidla minn medda aktar baxxa għal waħda ogħla ta’ tunnellaġġ jekk ir-reġistrant ikun diġà wettaq il-ħlas qabel għal dik il-medda ogħla ta’ tunnellaġġ. |
(ċ) |
bidla fl-istatus tar-reġistrant jew fl-identità tiegħu, sakemm din ma tinvolvix bidla fil-personalità ġuridika; |
(d) |
bidla fil-kompożizzjoni tas-sustanza; |
(e) |
informazzjoni dwar użu ġdid inkluż l-użu li dwaru ngħata parir kontra; |
(f) |
informazzjoni dwar riskji ġodda tas-sustanza; |
(ġ) |
bidla fil-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanza; |
(h) |
bidla fir-rapport dwar is-sigurtà tal-kimiċi; |
(i) |
bidla fil-gwida dwar l-użu sigur; |
(j) |
notifika li għandu jiġi żviluppat test elenkat fl-Anness IX jew X tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006; |
(k) |
talba għall-aċċess għal informazzjoni li qabel kienet kunfidenzjali. |
2. L-Aġenzija se timponi ħlas għall-aġġornament tal-medda tat-tunnellaġġ, kif stipulat fit-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness III.
Għal aġġornamenti oħra, l-Aġenzija għandha timponi ħlas kif stipulat fit-Tabelli 3 u 4 ta’ l-Anness III.
3. Fil-każ ta’ aġġornament ta’ preżentazzjoni konġunta l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas fuq kull reġistrant li jressaq l-aġġornament, kif stipulat fl-Anness III.
Madankollu, jekk parti mill-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi), (vii) u (ix), l-Artikolu 17(2)(ċ) u (d), jew fl-Artikolu 18(2)(ċ) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 titressaq b’mod separat, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal preżentazzjoni individwali, kif stipulat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
4. Fejn ir-reġistrant huwa SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fl-Anness III.
Madankollu, fil-każijiet ta’ aġġornamenti li jinvolvu bidla fl-identità tar-reġistrant, it-tnaqqis ta’ l-SME ser tapplika biss jekk l-entità l-ġdida hija SME.
5. Il-ħlasijiet dovuti skond il-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħallsu fi żmien 14-il jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.
6. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma’ tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament.
Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi it-tieni skadenza, fil-każ ta’ l-aġġornamenti tal-medda ta’ tunnellaġġ imressqa skond l-Artikoli 22(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-aġġornament mhuwiex ser jintlaqa’.
Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi it-tieni skadenza, fil-każ ta’ aġġornamenti oħra, l-aġġornament mhuwiex ser jintlaqa’ wara li l-Aġenzija tkun tat twissija formali lir-reġistrant.
7. Fejn l-aġġornament ma jintlaqgħax minħabba n-nuqqas tar-reġistrant milli jressaq l-informazzjoni nieqsa jew minħabba n-nuqqas tiegħu li jwettaq il-pagament qabel ma jiskadu l-iskadenzi, il-ħlasijiet imħallsa fir-rigward ta’ dak l-aġġornament la jitħallsu lura u lanqas jiġu kkreditati lir-reġistrant b’mod ieħor.
Artikolu 6
Ħlasijiet għal talbiet skond l-Artikolu 10(a)(xi) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għal kwalunkwe talba skond l-Artikolu 10(a)(xi) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
2. L-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull oġġett li għalih issir talba, kif stipulat fl-Anness IV.
Fil-każ ta’ talba li għandha x’taqsam ma’ taqsiriet ta’ studju jew ma’ taqsiriet ta’ studju robusti, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull taqsira ta’ studju jew taqsira ta’ studju robusta li għaliha ssir talba.
3. Fil-każ ta’ talba li tirreferi għal preżentazzjoni konġunta, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas fuq kull reġistrant, kif stipulat fl-Anness IV.
4. Fejn it-talba ssir minn SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness IV.
5. Id-data li fiha l-ħlas impost għal talba jasal għand l-Aġenzija għandha titqies bħala d-data tal-wasla tat-talba.
Artikolu 7
Ħlasijiet u spejjeż għan-notifiki skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif stipulat fit-Tabella 1 ta’ l-Anness V ta’dan ir-Regolament, għal kwalunkwe notifika għal eżenzjoni mill-obbligu ġenerali ta’ reġistrazzjoni għar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodott u l-proċess, minn issa ‘l quddiem imsejħa “PPORD”, skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Fejn in-notifika ssir minn SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 1 ta’ l-Anness V.
2. L-Aġenzija għandha timponi spiża, kif previst fit-Tabella 2 ta’ l-Anness V ta’ dan ir-Regolament, għal kull talba għal estensjoni ta’ eżenzjoni mill-obbligu ġenerali ta’ reġistrazzjoni għal PPORD skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Fejn it-talba ssir minn SME, l-Aġenzija għandha timponi spiża mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness V.
3. Ħlasijiet dovuti skond il-paragrafu 1 għandhom jitħallsu fi żmien 7 ijiem tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura tiġi nnotifikata mill-Aġenzija lill-manifattur, lill-importatur jew lill-produttur ta’ l-oġġetti li qed jagħmel in-notifika.
Spejjeż dovuti skond il-paragrafu 2 għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura tiġi nnotifikata mill-Aġenzija lill-manifattur, lill-importatur jew lill-produttur ta’ l-oġġetti li qed jitlob estensjoni.
4. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma’ tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 3, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament.
Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, in-notifika jew it-talba għal estensjoni mhijiex ser tintlaqa’.
5. Fejn notifika jew talba għal estensjoni ma tintlaqgħax minħabba n-nuqqas min-naħa tar-reġistrant li jressaq l-informazzjoni nieqsa jew minħabba n-nuqqas tiegħu li jwettaq il-pagament tal-ħlas jew ma jiskadu l-iskadenzi, il-ħlasijiet jew l-ispejjeż li tħallsu fir-rigward ta’ dik in-notifika jew talba għal estensjoni la jitħallsu lura u lanqas jiġu kkreditati b’mod ieħor lill-persuna li qed tagħmel in-notifika jew it-talba.
Artikolu 8
Ħlasijiet għall-applikazzjonijiet skond l-Artikolu 62 tar- Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, għal kwalunkwe applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ sustanza skond l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
2. L-Aġenzija għandha timponi ħlas ta’ bażi għal kwalunkwe applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni għal sustanza, kif stipulat fl-Anness VI. Il-ħlas ta’ bażi għandu jkopri l-applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni għal sustanza waħda, użu wieħed u applikant wieħed.
L-Aġenzija għandha timponi ħlas addizzjonali, kif previst fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, għal kull użu addizzjonali, għal kull sustanza addizzjonali li tissodisfa d-definizzjoni ta’ grupp ta’ sustanzi kif definit fis-Sezzjoni 1(5) ta’ l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li huwa kopert bl-applikazzjoni, u għal kull applikant addizzjonali li huwa parti mill-applikazzjoni.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, kull xenarju ta’ esponiment għandu jitqies bħala użu differenti.
3. Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża ta’ daqs medju jew minn żewġ SMEs jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża ta’ daqs medju, l-Aġenzija għandha timponi ħlas ta’ bażi mnaqqas u ħlasijiet addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness VI.
Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża żgħira waħda jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża żgħira, l-Aġenzija għandha timponi ħlas bażi mnaqqas u ħlasijiet addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 3 ta’ l-Anness VI.
Fejn l-applikazzjoni titressaq biss minn mikrointrapriża waħda jew aktar, l-Aġenzija għandha timponi ħlas bażi mnaqqas u ħlasijiet addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 4 ta’ l-Anness VI.
4. Id-data li fiha l-ħlas impost għall-applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni tasal għand l-Aġenzija għandha titqies bħala d-data tal-wasla ta’ l-applikazzjoni.
Artikolu 9
Spejjeż għar-reviżjonijiet ta’ awtorizzazzjonijiet skond l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi spiża, kif previst fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, għal kwalunkwe preżentazzjoni ta’ rapport ta’ reviżjoni skond l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
2. L-Aġenzija għandha timponi spiża ta’ bażi għall-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe rapport ta’ reviżjoni, kif stipulat fl-Anness VII. L-ispiża ta’ bażi għandha tkopri l-preżentazzjoni ta’ rapport ta’ reviżjoni għal sustanza waħda, użu wieħed u applikant wieħed.
L-Aġenzija għandha timponi spiża addizzjonali, kif previst fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament, għal kull użu addizzjonali, għal kull sustanza addizzjonali li tissodisfa d-definizzjoni ta’ grupp ta’ sustanzi kif definit fis-Sezzjoni 1(5) ta’ l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li huwa kopert bir-rapport ta’ reviżjoni, u għal kull entità addizzjonali koperta mir-rapport ta’ reviżjoni.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, kull xenarju ta’ esponiment għandu jitqies bħala użu differenti.
3. Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża ta’ daqs medju jew minn żewġ SMEs jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża ta’ daqs medju, l-Aġenzija għandha timponi spiża ta’ bażi mnaqqsa u spejjeż addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness VII.
Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża żgħira jew minn SME waħda jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża żgħira, l-Aġenzija għandha timponi spiża ta’ bażi mnaqqsa u spejjeż addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 3 ta’ l-Anness VII.
Fejn applikazzjoni titressaq biss minn mikrointrapriża waħda jew aktar, l-Aġenzija għandha timponi spiża ta’ bażi mnaqqsa u spejjeż addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 4 ta’ l-Anness VII.
4. Id-data li fiha l-ispiża imposta fuq il-preżentazzjoni tar-rapport ta’ reviżjoni jasal għand l-Aġenzija għandha titqies bħala d-data tal-wasla tal-preżentazzjoni.
Artikolu 10
Ħlasijiet għal appelli kontra deċiżjoni ta’ l-Aġenzija skond l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif stipulat fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament, għal kwalunkwe preżentazzjoni ta’ appell kontra deċiżjoni ta’ l-Aġenżija skond l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
2. Fejn l-appell jitressaq minn SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness VIII.
3. Jekk l-appell jitqies bħala mhux ammissibbli mill-Bord ta’ l-Appell, il-ħlas ma jingħatax lura.
4. L-Aġenzija għandha trodd lura l-ħlas impost skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija jirrettifika deċiżjoni skond l-Artikolu 93(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jew jekk l-appell jiġi deċiż favur l-appellant.
5. Appell mhuwiex se jitqies li wasal għand il-Bord ta’ l-Appell sakemm il-ħlas rilevanti ma jkunx wasal għand l-Aġenzija.
Artikolu 11
Spejjeż oħra
1. tista’ tiġi imposta spiża għal servizzi amministrattivi u tekniċi pprovduti mill-Aġenzija fuq talba ta’ parti li mhumiex koperti minn ħlas ieħor jew minn spiża oħra skond dan ir-Regolament. Il-livell ta’ l-ispiża għandu jqis il-piż tax-xogħol involut.
Madankollu, ma għandhomx jiġu imposti spejjeż għall-għajnuna pprovduta mill-Helpdesk tagħha u għall-appoġġ lill-Istati Membri kif stipulat fil-punti (h) u (i) ta’ l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija jista’ jiddeċiedi li ma jimponix spiża fuq organizzazzjonijiet internazzjonali jew fuq pajjiżi li jitolbu għajnuna mill-Aġenzija.
2. L-ispejjeż għal servizzi amministrattivi għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura tiġi nnotifikata mill-Aġenzija.
3. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma’ tiskadi d-data ta’ l-għeluq stipulata fil-paragrafu 2, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament.
Fejn ma jsirx pagament qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, l-Aġenzija għandha tiċħad it-talba.
4. Fin-nuqqas ta’ ftehim kuntrattwali għall-kuntrarju, l-ispejjeż għal servizzi tekniċi għandhom isiru qabel ma jiġi pprovdut is-servizz.
5. Għandha titfassal klassifikazzjoni tas-servizzi u l-ispejjeż mill-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija u din għandha tiġi adottata wara opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni.
Artikolu 12
Rappreżentanti biss
Fil-każ ta’ rappreżentant waħdieni kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-evalwazzjoni ta’ jekk it-tnaqqis għall-SMEs japplikax jew le għandu jiġi ddeterminat permezz tar-referenza għall-għadd ta’ persuni, il-fatturat, u l-informazzjoni rigward il-balance sheet, tal-manifattur li mhuwiex fil-Komunità, tal-formulatur ta’ preparazzjoni jew tal-produttur ta’ oġġett li huwa rrapreżentat minn dak ir-rappreżentant waħdieni f’konnessjoni mat-tranżazzjoni kkonċernata, inkluża l-informazzjoni rilevanti minn kumpaniji marbuta u msieħba tal-manifattur wieħed li mhuwiex fil-Komunità, tal-formulatur ta’ preparazzjoni jew tal-produttur ta’ oġġett skond ir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
Artikolu 13
Tnaqqis u Tneħħija ta’ l-Obbligu ta’ Ħlas
1. Persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara li hija intitolata għal ħlas imnaqqas jew għal spiża mnaqqsa skond l-Artikoli 3 sa 10 għandha tgħarraf lill-Aġenzija b’dan fiż-żmien li fih titressaq ir-reġistrazzjoni, it-talba, in-notifika, l-applikazzjoni, ir-rapport ta’ reviżjoni jew l-appell li twassal għall-pagament tal-ħlas.
2. Persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara li hija intitolata għat-tneħħija ta’ l-obbligu tal-ħlas skond l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha tgħarraf lill-Aġenzija f’dan fiż-żmien li fih issir il-preżentazzjoni tar-reġistrazzjoni.
3. L-Aġenzija tista’ titlob, f’kull ħin, evidenza li l-kundizzjonijiet għat-tnaqqis ta’ ħlasijiet jew spejjeż jew għat-tneħħija ta’ l-obbligu ta’ ħlasijiet japplikaw.
4. Fejn persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara li hija intitolata għal tnaqqis jew għal tneħħija ta’ l-obbligu ta’ ħlas ma tkunx tista’ turi li hija intitolata għal tali tnaqqis jew tneħħija ta’ l-obbligu, l-Aġenzija għandha timponi ħlas sħiħ jew spiża sħiħa kif ukoll spiża amministrattiva.
Fejn persuna fiżika jew ġuridika li ddikjarat li hija intitolata għal tnaqqis diġà wettqet pagament imnaqqas jew spiża mnaqqsa, iżda ma tistax turi li hija intitolata għal tnaqqis bħal dan, l-Aġenzija għandha timponi l-bilanċ tal-ħlas sħiħ jew ta’ l-ispiża sħiħa kif ukoll spiża amministrattiva.
Il-Paragrafi 2, 3 u 5 ta’ l-Artikolu 11 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
KAPITOLU III
PAGAMENT TA’ REMUNERAZZJONI MILL-AĠENZIJA
Artikolu 14
Trasferimenti ta’ Fondi lill-Istati Membri
1. Proporzjon mill-ħlasijiet u l-ispejjeż miġbura skond dan ir-Regolament għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtoritijiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tinnotifika lill-Aġenzija l-konklużjoni ta’ proċedura ta’ evalwazzjoni għal sustanza skond l-Artikolu 46(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006; |
(b) |
fejn l-awtorità kompetenti tkun ħatret membru tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju li jaġixxi ta’ rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni, inkluż fil-kuntest ta’ reviżjoni; |
(ċ) |
fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru taħtar membru tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-Ekonomika li jaġixxi ta’ rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni, inkluż fil-kuntest ta’ reviżjoni; |
(d) |
fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tkun ħatret membru tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju li jaġixxi bħala rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ restrizzjoni; |
(e) |
fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tkun ħatret membru tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-Ekonomika li jaġixxi bħala rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ restrizzjonijiet; |
(f) |
fejn ikun xieraq, rigward ħidmiet oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti wara talba mill-Aġenzija. |
Meta l-Kumitati msemmija f’dan il-paragrafu jiddeċiedu li jaħtru ko-rapporteur, it-trasferiment għandu jinqasam bejn ir-rapporteur u l-ko-rapporteur.
2. L-ammonti għal kull wieħed mill-ħidmiet identifikati skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-proporzjon massimu tal-ħlasijiet u l-ispejjeż li għandhom jiġu trasferiti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kif ukoll kwalunkwe arranġament meħtieġ għat-trasferiment, għandhom jiġu stipulati mill-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija wara opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni. Għall-iffissar ta’ l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti, il-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija għandu jikkonforma mal-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività kif definit fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Dan għandu wkoll jiżgura li l-Aġenzija tissokta bid-disponibilità ta’ riżorsi finanzjarji biżżejjed biex twettaq il-ħidmiet tagħha kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, filwaqt li tikkunsidra l-approprjazzjonijiet baġitarji eżistenti tagħha u l-estimi pluri-annwali tad-dħul, inkluż sussidju Komunitarju u għandha tqis il-piż tax-xogħol ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.
3. It-trasferimenti stipulati fil-paragrafu 1 għandhom isiru biss wara li r-rapport rilevanti jkun sar disponibbli għall-Aġenzija.
Madankollu, il-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija jista’ jiddeċiedi li jawtorizza l-finanzjament minn qabel jew il-pagamenti temporanji skond l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
4. It-trasferimenti ta’ fondi msemmija fil-punti (b) sa (e) fil-paragrafu 1 huma maħsuba biex jikkumpensaw l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għall-ħidma tar-rapporteur jew tal-ko-rapporteur u għal kull appoġġ xjentifiku u tekniku relatat u dan għandu jkun bla ħsara għall-obbligu ta’ l-Istati Membri biex ma jagħtux struzzjonijiet li mhumiex kompatibbli ma’ l-indipendenza ta’ l-Aġenzija.
Artikolu 15
Remunerazzjonijiet oħra
Fl-iffissar ta’ l-ammonti tal-pagamenti li jsiru biex jirremuneraw lill-esperti jew lill-membri tal-kumitati magħżula b’mod konġunt għall-ħidma mwettqa għall-Aġenzija skond l-Artikolu 87(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija għandu jqis l-ammont ta’ xogħol involut, u għandu jikkonforma mal-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività kif definiti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Dan għandu jiżgura wkoll li l-Aġenzija għandha biżżejjed riżorsi finanzjarji disponibbli biex twettaq il-ħidmiet tagħha kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, wara li tikkunsidra l-approprjazzjonijiet baġitarji eżistenti tagħha u l-estimi pluri-annwali tad-dħul, inkluż sussidju Komunitarju.
KAPITOLU IV
PAGAMENTI
Artikolu 16
Mod ta’ pagament
1. Il-ħlasijiet u l-ispejjeż għandhom isiru f’ewro.
2. Il-pagamenti għandhom isiru biss wara li l-Aġenzija tkun ħarġet fattura, bl-eċċezzjoni ta’ pagamenti dovuti skond l-Artikolu 10.
3. Il-pagamenti għandhom isiru permezz ta’ trasferiment lill-kont bankarju ta’ l-Aġenzija.
Artikolu 17
Identifikazzjoni tal-pagament
1. Kull pagament għandu jindika fil-qasam tar-referenza n-numru tal-fattura, bl-eċċezzjoni tal-pagamenti dovuti skond l-Artikolu 10.
Il-pagamenti dovuti skond l-Artikolu 10 għandhom jindikaw fil-qasam tar-referenza l-identità ta’ l-appellant(i) u, jekk disponibbli, in-numru tad-deċiżjoni li qed tiġi appellata.
2. Jekk l-għan tal-pagament ma jistax jiġi stabbilit, l-Aġenzija għandha tiffissa skadenza li matulu dak li jħallas għandu javża bil-miktub dwar l-għan tal-pagament. Jekk l-Aġenzija ma tirċevix notifika ta’ l-għan tal-pagament qabel ma tiskadi l-iskadenza, il-pagament jitqies bħala li ma jgħoddx u l-ammont ikkonċernat għandu jitħallas lura lil min ikun ħallas.
Artikolu 18
Data tal-pagament
1. Id-data li fiha l-ammont sħiħ tal-pagament jiġi ddepositat f’kont bankarju miżmum mill-Aġenzija għandha titqies bħala d-data li fiha sar il-pagament.
2. Il-pagament għandu jitqies li sar fil-ħin f’każ li titressaq biżżejjed evidenza dokumentarja biex turi li dak li ħallas ordna t-trasferiment lejn il-kont bankarju indikat fuq il-fattura qabel ma tiskadi l-iskadenza rilevanti.
Konferma ta’ l-ordni ta’ trasferiment maħruġa minn istituzzjoni finanzjarja għandha titqies bħala biżżejjed evidenza. Madankollu, fejn it-trasferiment jitlob l-użu tal-metodu ta’ pagament elettroniku bankarju SWIFT, il-konferma ta’ l-għoti ta’ l-ordni ta’ trasferiment għandha tieħu l-forma ta’ kopja tar-rapport ta’ l-iSWIFT, ittimbrata u ffirmata minn uffiċjal awtorizzat ta’ istituzzjoni finanzjarja.
Artikolu 19
Pagament Insuffiċjenti
1. Skadenza għall-pagament għandha titqies li kienet osservata biss jekk l-ammont kollu tal-ħlas jew ta’ l-ispiża jkun tħallas fiż-żmien dovut.
2. Meta fattura jkollha x’taqsam ma’ grupp ta’ tranżazzjonijiet, l-Aġenzija tista’ tattribwixxi kwalunkwe pagament inqas lil kwalunkwe waħda mit-tranżazzjonijiet rilevanti. Il-kriterji għall-attribuzzjoni ta’ pagamenti għandhom jiġu stipulati mill-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija.
Artikolu 20
Ħlas lura ta’ l-ammonti li tħallsu f’eċċess
1. L-arranġamenti għall-ħlas lura lil min ħallas l-ammonti f’eċċess ta’ ħlas jew ta’ spiża għandhom jiġu stipulati mid-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija u ppubblikati fuq il-websajt ta’ l-Aġenzija.
Madankollu, fejn ammont imħallas f’eċċess ma jaqbiżx l-EUR 100 u l-parti kkonċernata ma talbitx espressament għal ħlas lura, l-ammont imħallas f’eċċess ma jitħallasx lura.
2. Ma għandux ikun possibbli li jingħaddu kwalunkwe ammonti mħallsa f’eċċess għal pagamenti futuri lill-Aġenzija.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 21
Stima Provviżorja
Il-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija għandu, meta jipproduċi stima tan-nefqa u d-dħul ġenerali għas-sena finanzjarja ta’ wara skond l-Artikolu 96(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jinkludi stima provviżorja speċifika tad-dħul minn ħlasijiet u spejjeż li tkun separata mid-dħul minn kwalunkwe sussidju mill-Komunità.
Artikolu 22
Revizjoni
1. Il-ħlasijiet u l-ispejjeż imsemmijin f’dan ir-Regolament għandhom jiġu riveduti kull sena b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni kif stabbilita skond l-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur kif ippubblikata mill-Eurostat skond ir-Regolament (KE) Nru 2494/95. L-ewwel revizjoni għandha titwettaq sa l-1 ta’ Ġunju 2009.
2. Il-Kummissjoni għandha wkoll iżżomm dan ir-Regolament taħt reviżjoni kontinwa fid-dawl ta’ informazzjoni sinifikanti li ssir disponibbli f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-assunzjonijiet bażiċi għad-dħul u l-infiq antiċipat ta’ l-Aġenzija. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament bil-ħsieb li temendah, jekk xieraq, filwaqt li tqis b’mod partikolari l-ispejjeż ta’ l-Aġenzija u l-ispejjeż relatati tas-servizzi provduti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.
Artikolu 23
Dħul fis-Seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi-President
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Verżjoni korretta fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2009 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 1).
(2) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS I
Ħlasijiet għar-reġistrazzjonijiet imressqa skond l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Ħlasijiet Standard
(EUR) |
||
|
Preżentazzjoni Individwali |
Preżentazzjoni Konġunta |
Ħlas għas-sustanzi kimiċi f’medda bejn 1 sa 10 tunnellati |
1 600 |
1 200 |
Ħlas għas-sustanzi kimiċi f’medda bejn 10 sa 100 tunnellata |
4 300 |
3 225 |
Ħlas għas-sustanzi kimiċi f’medda bejn 100 sa 1 000 tunnellata |
11 500 |
8 625 |
Ħlas għal sustanzi kimiċi li jaqbżu l-1 000 tunnellata |
31 000 |
23 250 |
Tabella 2
Ħlasijiet Imnaqqsa għall-SMEs
(EUR) |
||||||
|
Intrapriża Medja (Preżentazzjoni Individwali) |
Intrapriża Medja (Preżentazzjoni Konġunta) |
Intrapriża Żgħira (Preżentazzjoni Individwali) |
Intrapriża Żgħira (PreżentazzjoniKonġunta) |
Mikro-Intrapriża (Preżentazzjoni Individwali) |
Mikro-Intrapriża (Preżentazzjoni Konġunta) |
Ħlas għas-sustanzi kimiċi f’medda bejn 1 sa 10 tunnellati |
1 120 |
840 |
640 |
480 |
160 |
120 |
Ħlas għas-sustanzi kimiċi f’medda bejn 10 sa 100 tunnellata |
3 010 |
2 258 |
1 720 |
1 290 |
430 |
323 |
Ħlas għas-sustanzi kimiċi f’medda bejn 100 sa 1 000 tunnellata |
8 050 |
6 038 |
4 600 |
3 450 |
1 150 |
863 |
Ħlas għal sustanzi kimiċi li jaqbżu l-1 000 tunnellata |
21 700 |
16 275 |
12 400 |
9 300 |
3 100 |
2 325 |
ANNESS II
Ħlasijiet għar-reġistrazzjonijiet imressqa skond l-Artikoli 17(2), 18(2) jew 18(3) jew 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Ħlasijiet Standard
(EUR) |
||
|
Preżentazzjoni Individwali |
Preżentazzjoni Konġunta |
Ħlas |
1 600 |
1 200 |
Tabella 2
Ħlasijiet Imnaqqsa għall-SMEs
(EUR) |
||||||
|
Intrapriża Medja (Preżentazzjoni Individwali) |
Intrapriża Medja (Preżentazzjoni Konġunta) |
Intrapriża Żgħira (Preżentazzjoni Individwali) |
Intrapriża Żgħira (Preżentazzjoni Konġunta) |
Mikro-Intrapriża (Preżentazzjoni Individwali) |
Mikro-Intrapriża (Preżentazzjoni Konġunta) |
Ħlas |
1 120 |
840 |
640 |
480 |
160 |
120 |
ANNESS III
Ħlasijiet għall-aġġornament ta’ reġistrazzjonijiet skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Ħlasijiet Standard għall-aġġornament tal-medda ta’ tunnellaġġ
(EUR) |
||
|
Preżentazzjoni Individwali |
Preżentazzjoni Konġunta |
F’medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 10-100 tunnellata |
2 700 |
2 025 |
F’medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn l-100-1 000 tunnellata |
9 900 |
7 425 |
F’medda bejn 1-10 tunnellata sa medda ‘l fuq minn 1 000 tunnellata |
29 400 |
22 050 |
F’medda bejn 1-10-100 tunnellata sa medda bejn l-100-1 000 tunnellata |
7 200 |
5 400 |
F’medda bejn 10-100 tunnellata sa medda ‘l fuq minn 1 000 tunnellata |
26 700 |
20 025 |
F’medda bejn 100-1 000 tunnellata sa medda ‘l fuq minn 1 000 tunnellata |
19 500 |
14 625 |
Tabella 2
Ħlasijiet Imnaqqsa għall- SMEs għall-aġġornament tal-medda ta’ tunnellaġġ
(EUR) |
||||||
|
Intrapriża Medja (Preżentazzjoni Individwali) |
Intrapriża Medja (Preżentazzjoni Konġunta) |
Intrapriża Żgħira (Preżentazzjoni Individwali) |
Intrapriża Żgħira (Preżentazzjoni Konġunta) |
Mikro-Intrapriża (Preżentazzjoni Individwali) |
Mikro-Intrapriża (Preżentazzjoni Konġunta) |
F’medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 10-100 tunnellata |
1 890 |
1 418 |
1 080 |
810 |
270 |
203 |
F’medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 100-1 000 tunnellata |
6 930 |
5 198 |
3 960 |
2 970 |
990 |
743 |
F’medda bejn 1-10 tunnellata sa medda ‘l fuq minn 1 000 tunnellata |
20 580 |
15 435 |
11 760 |
8 820 |
2 940 |
2 205 |
F’medda bejn 10-100 tunnellata sa medda bejn 100-1 000 tunnellata |
5 040 |
3 780 |
2 880 |
2 160 |
720 |
540 |
F’medda bejn 10-100 tunnellata sa medda ‘l fuq minn 1 000 tunnellata |
18 690 |
14 018 |
10 680 |
8 010 |
2 670 |
2 003 |
F’medda bejn 100-1 000 tunnellata sa medda ‘l fuq minn 1 000 tunnellata |
13 650 |
10 238 |
7 800 |
5 850 |
1 950 |
1 463 |
Tabella 3
Ħlasijiet għal aġġornamenti oħra
(EUR) |
||
Tip ta’ Aġġornament |
|
|
Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika |
1 500 |
|
Tip ta’ Aġġornament |
Preżentazzjoni Individwali |
Preżentazzjoni Konġunta |
Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fil-preżentazzjoni (għal kull oġġett) |
1 500 |
1 125 |
Tabella 4
Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs għall-Aġġornamenti oħra
(EUR) |
||||||
Tip ta’ Aġġornament |
Intrapriża Medja |
Intrapriża Żgħira |
Mikro-Intrapriża |
|||
Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika |
1 050 |
600 |
150 |
|||
Tip ta’ Aġġornament |
Intrapriza Medja (Preżentazzjoni Individwali) |
Intrapriża Medja (Preżentazzjoni Konġunta) |
Intrapriża Żgħira (Preżentazzjoni Individwali |
Intrapriża Żgħira (Preżentazzjoni Konġunta) |
Mikro-Intrapriża (Preżentazzjoni Individwali) |
Mikro-Intrapriża (Preżentazzjoni Konġunta) |
Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fil-preżentazzjoni (għal kull oġġett) |
1 050 |
788 |
600 |
450 |
150 |
113 |
ANNESS IV
Ħlasijiet għat-talbiet skond l-Artikolu 10(a)(xi) tar-regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Ħlasijiet Standard
(EUR) |
||
Oġġetti li jeħtieġu l-kunfidenzjalità |
Preżentazzjoni Individwali |
Preżentazzjoni Konġunta |
Grad ta’ purità u/jew l-identità ta’ l-impuritajiet jew ta’ l-addittivi |
4 500 |
3 375 |
Kwantità ta’ tunnellaġġ rilevanti |
1 500 |
1 125 |
Sommarju ta’ studju jew sommarju eżawrjenti ta’ studju |
4 500 |
3 375 |
Informazzjoni fil-folja ta’ data dwar is-sigurtà |
3 000 |
2 250 |
L-isem kummerċjali tas-sustanza |
1 500 |
1 125 |
l-isem IUPAC għal sustanzi kimiċi li mhumiex suġġetti għal sistema tranżitorja u li huma perikolużi |
1 500 |
1 125 |
l-isem IUPAC għal sustanzi kimiċi perikolużi użati bħala intermedji, fir-riċerka xjentifika u l-iżvilupp xjentifiku jew fir-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn l-ipproċessar tal-prodotti |
1 500 |
1 125 |
Tabella 2
Ħlasijiet Imnaqqsa għall-SMEs
(EUR) |
||||||
Oġġetti li jeħtieġu l-kunfidenzjalità |
Intrapriża Medja (Preżentazzjoni Individwali) |
Intrapriża Medja (Preżentazzjoni Konġunta) |
Intrapriża Żgħira (Preżentazzjoni Individwali) |
Intrapriża Żgħira (Preżentazzjoni Konġunta) |
Mikro-Intrapriża (Preżentazzjoni Individwali) |
Mikro-Intrapriża (Preżentazzjoni Konġunta) |
Grad ta’ purità u/jew l-identità ta’ l-impuritajiet jew ta’ l-addittivi |
3 150 |
2 363 |
1 800 |
1 350 |
450 |
338 |
Kwantità ta’ tunnellaġġ rilevanti |
1 050 |
788 |
600 |
450 |
150 |
113 |
Sommarju ta’ studju jew sommarju eżawrjenti ta’ studju |
3 150 |
2 363 |
1 800 |
1 350 |
450 |
338 |
Informazzjoni fil-folja ta’ data dwar is-sigurtà |
2 100 |
1 575 |
1 200 |
900 |
300 |
225 |
L-isem kummerċjali tas-sustanza |
1 050 |
788 |
600 |
450 |
150 |
113 |
l-isem IUPAC għal sustanzi kimiċi li mhumiex suġġetti għal sistema transitorja u li huma perikolużi |
1 050 |
788 |
600 |
450 |
150 |
113 |
l-isem IUPAC għal sustanzi kimiċi perikolużi użati bħala intermedji, fir-riċerka xjentifika u l-iżvilupp xjentifiku jew fir-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn l-ipproċessar tal-prodotti |
1 050 |
788 |
600 |
450 |
150 |
113 |
ANNESS V
Ħlasijiet u spejjeż għan-notifiki PPORD skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tablella 1
Ħlasijiet għan-notifiki PPORD
(EUR) |
|
Ħlas standard |
500 |
Ħlas imnaqqas għal intrapriża medja |
350 |
Ħlas imnaqqas għal intrapriża żgħira |
200 |
Ħlas imnaqqsa għal mikro-intrapriża |
50 |
Tabella 2
Spejjeż għall-Estensjoni ta’ Eżenzjoni PPORD
(EUR) |
|
Spiża standard |
1 000 |
Spiża mnaqqsa għal intrapriża medja |
700 |
Spiża mnaqqsa għal intrapriża żgħira |
400 |
Spiża mnaqqsa għal mikro-intrapriża |
100 |
ANNESS VI
Ħlasijiet għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Ħlasijiet Standard
Ħlas ta’ Bażi |
EUR 50 000 |
Ħlas Addizzjonali għal kull Sustanza |
EUR 10 000 |
Ħlas Addizzjonali għal kull Użu |
EUR 10 000 |
Ħlas Addizzjonali għal kull Applikant |
L-applikant addizzjonali mhuwiex SME: EUR 37 500 |
L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża ta’ Daqs Medju: EUR 30 000 |
|
L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża Żgħira: EUR 18 750 |
|
L-applikant addizzjonali huwa Mikro-Intrapriża: EUR 5 625 |
Tabella 2
Ħlasijiet Imnaqqsa għall-Intrapriżi Medji
Ħlas ta’ Bażi |
EUR 40 000 |
Ħlas Addizzjonali għal kull Sustanza |
EUR 8 000 |
Ħlas Addizzjonali għal kull Użu |
EUR 8 000 |
Ħlas Addizzjonali għal kull Applikant |
L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża ta’ Daqs Medju: EUR 30 000 |
L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża Żgħira: EUR 18 750 |
|
L-applikant addizzjonali huwa Mikro-Intrapriża: EUR 5 625 |
Tabella 3
Ħlasijiet Imnaqqsa għall-Intrapriżi Żgħar
Ħlas ta’ Bażi |
EUR 25 000 |
Ħlas Addizzjonali għal kull Sustanza |
EUR 5 000 |
Ħlas Addizzjonali għal kull Użu |
EUR 5 000 |
Ħlas Addizzjonali għal kull Applikant |
L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża Żgħira: EUR 18 750 |
L-applikant addizzjonali huwa Mikro-Intrapriża: EUR 5 625 |
Tabella 4
Ħlasiiet Imnaqqsa għal mikro-intrapriżi
Ħlas ta’ Bażi |
EUR 7 500 |
Ħlas Addizzjonali għal kull Sustanza |
EUR 1 500 |
Ħlas Addizzjonali għal kull Użu |
EUR 1 500 |
Ħlas Addizzjonali għal kull Applikant |
Applikant addizzjonali: EUR 5 625 |
ANNESS VII
Spejjeż għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Spejjeż Standard
Spiża ta’ Bażi |
EUR 50 000 |
Spiża Addizzjonali għal kull Użu |
EUR 10 000 |
Spiża Addizzjonali għal kull Sustanza |
EUR 10 000 |
Spiża Addizzjonali għal kull Applikant |
L-applikant addizzjonali mhuwiex SME: EUR 37 500 |
L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża ta’ Daqs Medju: EUR 30 000 |
|
L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża Żgħira: EUR 18 750 |
|
L-applikant addizzjonali huwa Mikro-Intrapriża: EUR 5 625 |
Tabella 2
Spejjeż Imnaqqsa għall-intrapriżi Medji
Spiża ta’ Bażi |
EUR 40 000 |
Spiża Addizzjonali għal kull Użu |
EUR 8 000 |
Spiża Addizzjonali għal kull Sustanza |
EUR 8 000 |
Spiża Addizzjonali għal kull Applikant |
L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża ta’ Daqs Medju: EUR 30 000 |
L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża Żgħira: EUR 18 750 |
|
L-applikant addizzjonali huwa Mikro-Intrapriża: EUR 5 625 |
Tabella 3
Spejjeż Imnaqqsa għall-Intrapriżi Żgħar
Spiża ta’ Bażi |
EUR 25 000 |
Spiża Addizzjonali għal kull Użu |
EUR 5 000 |
Spiża Addizzjonali għal kull Sustanza |
EUR 5 000 |
Spiża Addizzjonali għal kull Applikant |
L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża Żgħira: EUR 18 750 |
L-applikant addizzjonali huwa Mikro-Intrapriża: EUR 5 625 |
Tabella 4
Spejjeż Imnaqqsa għall-mikro-intrapriżi
Spiża ta’ Bażi |
EUR 7 500 |
Spiża Addizzjonali għal kull Użu |
EUR 1 500 |
Spiża Addizzjonali għal kull Sustanza |
EUR 1 500 |
Spiża Addizzjonali għal kull Applikant |
L-applikant addizzjonali huwa Mikro-Intrapriża: EUR 5 625 |
ANNESS VIII
Ħlasijiet għal appelli skond l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Ħlasijiet Standard
(EUR) |
|
Appell kontra d-deċizjoni meħuda skond: |
Ħlas |
L-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
2 200 |
L-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
4 400 |
Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
6 600 |
Tabella 2
Ħlasijiet Imnaqqsa għall- SMEs
(EUR) |
|
Appell kontra d-deċiżjoni meħuda skond: |
Ħlas |
l-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
1 800 |
l-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
3 600 |
l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
5 400 |