This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0301
Council Regulation (EC) No 301/2008 of 17 March 2008 adapting Annex I to Regulation (EC) No 882/2004 on official controls performed to ensure the verification of compliance with feed and food law, animal health and animal welfare rules (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 301/2008 tal- 17 ta' Marzu 2008 li jadatta l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 301/2008 tal- 17 ta' Marzu 2008 li jadatta l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 97, 9.4.2008, p. 85–86
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32017R0625
9.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 97/85 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 301/2008
tal-17 ta' Marzu 2008
li jadatta l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-2003 u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jistabbilixxi qafas armonizzat ta’ regoli ġenerali għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf tal-bhejjem u l-ikel, saħħet l-annimali u r-regoli tal-benessri ta’ l-annimali. |
(2) |
Issa jinħass il-bżonn, minħabba l-adeżjoni fl-2004 ta’ Stati Membri ġodda, li tiġi kompluta l-lista ta’ territorji fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 sabiex tinkludi lill-Istati Membri kollha. |
(3) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandu jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2004 fir-rigward tat-territorju tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja, u tas-Slovakkja.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, 17 ta' Marzu 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 (ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4).
ANNESS
“ANNESS I
IT-TERRITORJI REFERITI FL-ARTIKOLU 2 (15)
1. |
It-territorju tar-Renju tal-Belġju |
2. |
It-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija |
3. |
It-territorju tar-Repubblika Ċeka |
4. |
It-territorju tar-Renju tad-Danimarka bl-eċċezzjoni tal-Gżejjer Faroe u ta’ Greenland |
5. |
It-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
6. |
It-territorju tar-Repubblika ta’ l-Estonja |
7. |
It-territorju ta’ l-Irlanda |
8. |
It-territorju tar-Repubblika Ellenika |
9. |
It-territorju tar-Renju ta’ Spanja bl-eċċezzjoni ta’ Ceuta u Melilla |
10. |
It-territorju tar-Repubblika Franċiża |
11. |
It-territorju tar-Repubblika Taljana |
12. |
It-territorju tar-Repubblika ta’ Ċipru |
13. |
It-territorju tar-Repubblika tal-Latvja |
14. |
It-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja |
15. |
It-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu |
16. |
It-territorju tar-Repubblika ta’ l-Ungerija |
17. |
It-territorju tar-Repubblika ta’ Malta |
18. |
It-territorju tar-Renju ta’ l-Olanda fl-Ewropa |
19. |
It-territorju tar-Repubblika ta’ l-Awstrija |
20. |
It-territorju tar-Repubblika tal-Polonja |
21. |
It-territorju tar-Repubblika tal-Portugall |
22. |
It-territorju tar-Rumanija |
23. |
It-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja |
24. |
It-territorju tar-Repubblika tas-Slovakkja |
25. |
It-territorju tar-Repubblika tal-Finlandja |
26. |
It-territorju tar-Renju ta’ l-Iżvezja |
27. |
It-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq” |