Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0251

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2008 tat- 18 ta’ Marzu 2008 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

    ĠU L 76, 19.3.2008, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/251/oj

    19.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 76/15


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 251/2008

    tat-18 ta’ Marzu 2008

    dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 ta’ l-14 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

    (2)

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-30 ta’ Ġunju 2008 li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-30 ta’ Ġunju 2008 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fìd-19 ta’ Marzu 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

    (3)  ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.


    ANNESS

    Nru tal-grupp

    Numru tas-serje

    Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.4.2008-30.6.2008

    (%)

    P1

    09.4067

    4,558380

    P2

    09.4068

    53,742902

    P3

    09.4069

    1,428582

    P4

    09.4070

     (1)


    (1)  Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.


    Top