EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0219

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 219/2008 tal- 11 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ĠU L 68, 12.3.2008, p. 5–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/10/2010; Impliċitament imħassar minn 32010R0961

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/219/oj

12.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 68/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 219/2008

tal-11 ta’ Marzu 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 (1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 jelenka persuni, entitajiet u organi li, peress li ġew magħżula mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi taħt ir-Regolament.

(2)

Fit-3 ta' Marzu 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, entitajiet u organi li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. L-Anness IV għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq.

(3)

L-Artikoli 8(a), 9 u 11(b) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 jirreferu għad-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp ikun ġie maħtur mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kunsill. Hu xieraq li tkun miżjuda d-data rilevanti għal kull annotazzjoni.

(4)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 huma għalhekk mibdul bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 103, 20.4.2007, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 116/2008 (ĠU L 35, 9.2.2008, p. 1).


ANNESS

“ANNESS IV

Lista ta' persuni, entitajiet u korpi imsemmija fl-Artikolu 7 (1)

A.   Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi

(1)

Abzar Boresh Kaveh Co. (magħruf ukoll bħala BK Co.). Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: entità involuta fil-produzzjoni tal-komponenti ċentrifugi.

(2)

Grupp ta' l-Industriji tal-Munizzjon u l-Metallurġija, magħruf ukoll bħala (a) AMIG, (b) Grupp ta' l-Industriji tal-Munizzjon. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: (a) L-AMIG jikkontrolla l-entità 7th of Tir, (b) L-AMIG huwa l-proprjetà ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Industriji tad-Difiża (DIO) u huwa kkontrollat minnha.

(3)

Organizzazzjoni ta' l-Enerġija Atomika ta' l-Iran (Atomic Energy Organisation of Iran) (AEOI). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: entità involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(4)

Il-Bank Sepah u l-Bank Sepah Internazzjonali. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Il-Bank Sepah jipprovdi appoġġ lill-Organizzazzjoni ta' l-Industriji Ajruspazjali (AIO) u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, inkluż il-Grupp ta' l-Industrija Shahid Hemmat (SHIG) u l-Grupp ta' l-Industrija Shahid Bagheri (SBIIG).

(5)

Il-kumpaniji Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: (a) Kumpanija sussidjarja ta’ Saccal System companies,(b) din il-kumpanija ppruvat tixtri oġġetti sensittivi għal entità elenkata fir-riżoluzzjoni 1746 (2006).

(6)

Grupp Industrijali tal-Missili tal-Kruċiera (magħruf bħala l-Grupp ta' l-Industrija tal-Missili tad-Difiża Navali). Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(7)

Organizzazzjoni ta' l-Industriji tad-Difiża (DIO) Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Entità taħt il-kontroll tal-MODAFL, li xi wħud minn dawk li jaqgħu taħtha kienu involuti fil-programm taċ-ċentrifugi li joħloq komponenti, u fil-programm tal-missili, (b) Involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(8)

Il-Kumpanija Electro Sanam (magħrufa wkoll bħala(a) E. S. Co., (b) E. X. Co.). Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: AIO front-company, entità involuta fil-programm ta’ missili ballistiċi.

(9)

Ċentru ta' Riċerka u Produzzjoni tal-Karburant Nukleari Esfahan (Esfahan Nuclear Fuel Research and Production Centre) (NFRPC) u ċ-Ċentru tat-Teknoloġija Nukleari ta' Esfahan (Esfahan Nuclear Technology Centre) (ENTC). Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Dawn jagħmlu parti mill-Organizzazzjoni ta' l-Enerġija Atomika (AEOI) tal-Kumpanija ta' Produzzjoni u Xiri tal-Karburant Nukleari ta' l-Iran.

(10)

Grupp Tekniku Ettehad. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: AIO front-company, entità involuta fil-programm ta’ missili ballistiċi.

(11)

Grupp Industrijali Fajr. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Preċedentement magħruf taħt l-isem Instrumentation Factory Plant, (b) Entità mqiegħda taħt il-kontroll ta' l-AIO, (ċ) Involut fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(12)

Farayand Technique. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran (programm taċ-ċentrifugi), (b) Identifikata fir-rapporti IAEA.

(13)

Fabbriki Industrijali ta’ Preċiżjoni (IFP) Makkinarju (magħruf ukoll bħala Impjant ta’ Fabbriki ta’ Strumentazzjoni). Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: użata minn AIO għal uħud mill-attentati ta' akkwist.

(14)

Jabber Ibn Hayan. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: Il-Laborarju AEOI involut fl-attivitajiet taċ-ċiklu tal-karburant.

(15)

Joza Industrial Co. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: AIO front-company, entità involuta fil-programm ta’ missili ballistiċi.

(16)

Kala-Electric (magħrufa wkoll bħala Kalaye Electric). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Fornitur tal-PFEP – Nantaz, (b) Involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(17)

Ċentru ta' Riċerka Nukleari Karaj. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Parti mid-diviżjoni tar-riċerka ta' l-AEOI.

(18)

Kavoshyar Company. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Kumpanija sussidjarja ta' l-AEOI.

(19)

L-industriji Metallurġiċi Khorasan. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: (a) Kumpanija sussidjarja ta’ Ammunition Industries Group (AMIG) li tiddependi mid-DIO, (b) entità involuta fil-produzzjoni tal-komponenti ċentrifuġi.

(20)

Mesbah Energy Company. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Fornitur tal-fabbrikat tar-reattur sperimentali A40 – Arak, (b) Involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(21)

Niru Battery Manufacturing Company. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: (a) Kumpanija sussidjarja tad-DIO, (b) ir-rwol tagħha hu li timmanifattura power units għall-armata Iranjana inklużi s-sistemi tal-missili.

(22)

Novin Energy Company (magħrufa wkoll bħala Pars Novin). Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Topera fi ħdan l-AEOI.

(23)

Parchin Chemical Industries. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Fergħa tad-DIO.

(24)

Pars Aviation Services Company. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: tipprovdi l-manutenzjoni ta' l-inġenji ta' l-ajru.

(25)

Pars Trash Company. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Entità involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran (programm taċ-ċentrifugi), (b) Identifikata fir-rapporti IAEA.

(26)

Pishgam (Pioneer) Energy Industries. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: Ħadet sehem fil-kostruzzjoni tal-Faċiltà tal-Konverżjoni ta’ l-Uranju f’Esfahan.

(27)

Qods Aeronautics Industries. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Tipproduċi inġenji ta' l-ajru telegwidati (UAVs), paraxuwts, paraglajders, paramuturi, eċċ.

(28)

Grupp Industrijali Sanam. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: taqa' taħt l-AIO.

(29)

Safety Equipment Procurement (SEP). Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: AIO front-company, entità involuta fil-programm ta’ missili ballistiċi.

(30)

7th of Tir. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Entità li taqa' taħt id-DIO, rikonoxxuta ħafna bħala entità direttament involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran, (b) Involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(31)

Grupp Industrijali Shahid Bagheri (SBIG). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) Entità li taqa' taħt l-AIO, (b) Involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(32)

Grupp Industrijali Shahid Hemmat (SHIG). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: (a) entità li taqa' taħt l-AIO, (b) Involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(33)

Sho’a’ Aviation. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Tipproduċi ajruplani.

(34)

TAMAS Company. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: (a) entità involuta f'attivitajiet relatati ma' l-arrikkament, (b) TAMAS hi korp li tikkontrolla u li taħtha ġew stabbiliti erba' kumpaniji sussidjarji, inkluża waħda għall-estrazzjoni ta' l-Uranju għall-konċentrazzjoni u oħra responsabbli mill-ipproċessar ta' l-uranju, l-arrikkament u l-iskart.

(35)

Grupp Industrijali Ya Mahdi. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: taqa' taħt l-AIO.

B.   Persuni naturali

(1)

Fereidoun Abbasi-Davani. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Xjenzat responsabbli mir-riċerka fil-Ministeru tad-Difiża u ta' l-Appoġġ Loġistiku tal-Forżi Armati (MODAFL) b'rabtiet ma' l-Istitut tal-Fiżika Applikata. Jaħdem mill-qrib ma' Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi.

(2)

Dawood Agha-Jani. Funzjoni: Kap tal-PFEP – Natanz. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(3)

Ali Akbar Ahmadian. Titolu: Viċi Ammirall. Funzjoni: Kap tal-Korpi tal-Gwardja tar-Revoluzzjoni Iranjana (IRCG). Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(4)

Amir Moayyed Alai. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: involut fil-ġestjoni ta’ l-immuntar u l-inġinerija taċ-ċentrifugi.

(5)

Behman Asgarpour. Funzjoni: Maniġer Operattiv (Arak). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(6)

Mohammad Fedai Ashiani. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: involut fil-produzzjoni ta’ l-ammonium uranyl carbonate u fil-ġestjoni ta’ kumpless ta’ arrikkament ta’ Natanz.

(7)

Abbas Rezaee Ashtiani. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: uffiċjal anzjan fl-uffiċju ta’ l-esplorazzjoni u kwistjonijiet dwar il-minjieri ta’ l-AEOI.

(8)

Bahmanyar Morteza Bahmanyar. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Finanzji u l-Baġit, Organizzazzjoni ta' l-Industriji Ajruspazjali (AIO). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(9)

Haleh Bakhtiar. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: involut fil-produzzjoni tal-magneżju b’konċentrazzjoni ta’ 99.9 %.

(10)

Morteza Behzad. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: involut fil-produzzjoni tal-komponenti ċentrifugi.

(11)

Ahmad Vahid Dastjerdi. Funzjoni: Kap ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Industriji Ajruspazjali (AIO). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(12)

Ahmad Derakhshandeh. Funzjoni: President u Direttur Maniġerjali tal-Bank Sepah. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(13)

Mohammad Eslami. Titolu: Dr. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: Kap ta’ l-istitut ta’ l-Industriji tad-Difiża għat-Taħriġ u r-Riċerka.

(14)

Reza-Gholi Esmaeli. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Kwistjonijiet Internazzjonali, Organizzazzjoni ta' l-Industriji Ajruspazjali (AIO). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(15)

Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Xjenzat Għoli tal-MODAFL u eks-Kap taċ-Ċentru ta' Riċerka tal-Fiżika (PHRC).

(16)

Mohammad Hejazi. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Kmandant tal-Forza ta' Reżistenza Bassij. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(17)

Mohsen Hojati. Funzjoni: Kap tal-Grupp Industrijali Fajr. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(18)

Seyyed Hussein Hosseini. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: Uffiċjal ta’ l-AEOI involut fil-proġett tar-riċerka għar-reattur ta’ l-ilma tqil f’Arak.

(19)

M. Javad Karimi Sabet. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: Kap ta' Novin Energy Company, li hi maħtura skond ir-riżoluzzjoni 1747 (2007).

(20)

Mehrdada Akhlaghi Ketabachi. Funzjoni: Kap tal-Grupp Industrijali Shahid Bagheri (SBIG). Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(21)

Ali Hajinia Leilabadi. Funzjoni: Direttur Ġenerali tal-Kumpnija ta' l-Enerġija Mesbah. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(22)

Naser Maleki. Funzjoni: Kap tal-Grupp Industrijali Shahid Hemmat (SHIG). Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Naser Maleki huwa wkoll uffiċċjal tal-MODAFL li jissorvelja x-xogħol tal-programm tal-missili ballistiċi Shahab-3. Shahab-3 huwa l-programm Iranjan tal-missili ballistiċi ta' distanza twila li huwa fis-servizz bħalissa.

(23)

Hamid-Reza Mohajerani. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: Involut fil-ġestjoni tal-produzzjoni tal-Faċilità tal-Konverżjoni ta’ l-Uranju (Uranium Conversion Facility - UCF) f’Esfahan.

(24)

Jafar Mohammadi. Funzjoni: Konsulent Tekniku ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Enerġija Atomika ta' l-Iran (AEOI) (responsabbli mill-ġestjoni tal-produzzjoni tal-valvoli għaċ-ċentrifugi). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(25)

Ehsan Monajemi. Funzjoni: Maniġer tal-Proġett ta' Kostruzzjoni, Natanz Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(26)

Mohammad Reza Naqdi. Titolu: Brigadier Ġenerali. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: Eks Deputat Kap ta’ l-Istaff Ġenerali għal-Loġistika u r-Riċerka ta’ l-Industrija tal-Forzi Armati/Kap ta’ Stat tal-Kwartieri ta' Kontra l-Kutrabandu, li hu involut fl-isforz li jxejjen is-sanzjonijiet imposti bir-riżoluzzjoni 1737 (2006) and 1747 (2007).

(27)

Houshang Nobari. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: involut fil-ġestjoni tal-kumpless għall-arrikkament ta’ Natanz.

(28)

Mohammad Mehdi Nejad Nouri. Titolu: Logutenent Ġenerali. Funzjoni: Rettur ta' l-Università Malek Ashtar tat-Teknoloġija tad-Difiża. Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Id-dipartiment tal-kimika ta' l-Università Ashtar tat-Teknoloġija tad-Difiża hu affiljat mal-MODALF u mexxa esperimenti fuq il-berilju. Persuna involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(29)

Mohammad Qannadi. Funzjoni: Viċi President tar-Riċerka u l-Iżvilupp ta' l-Organizzazzjoni Iranjana ta' l-Enerġija Atomika (AEOI). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta' l-Iran.

(30)

Amir Rahimi. Funzjoni: Kap taċ-Ċentru ta' Riċerka u Produzzjoni tal-Karburant Nukleari Esfahan. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Iċ-Ċentru ta' Riċerka u Produzzjoni tal-Karburant Nukleari Esfahan huwa parti mill-Kumpanija ta' Produzzjoni u Xiri tal-Karburant Nukleari ta' l-AEOI, li hija involuta f'attivitajiet relatati ma' l-arrikkiment ta' l-uranju.

(31)

Abbas Rashidi. Data ta' l-għażla ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008). Informazzjoni oħra: Involuta f’xogħol ta’ arrikkament f’Natanz.

(32)

Morteza Rezaie. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Deputat Kmandant ta' l-IRGC Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(33)

Morteza Safari. Titolu: Kontro-Ammirall. Funzjoni: Kmandant tal-Flotta IRGC. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(34)

Yahya Rahim Safavi. Titolu: Maġġur Ġeneral. Funzjoni: Kmandant, IRGC (Pasdaran). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta kemm fil-programm nukleari u fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(35)

Seyed Jaber Safdari. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Maniġer tal-Faċilitajiet ta' l-Arrikkiment ta' Natanz

(36)

Hosein Salimi. Titolu: Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-Forza ta' l-Ajru, IRGC (Pasdaran). Data ta' l-għażla tan-NU: 23.12.2006. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta' l-Iran.

(37)

Qasem Soleimani. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Kmandant tal-Forza Qods. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(38)

Ghasem Soleymani. Data ta' l-għażla tan-NU: 3.3.2008. Informazzjoni oħra: Direttur ta’ l-Operat tat-Tħaffir għall-Uranju (Uranium Mining Operations) fil-Minjiera ta’ l-Uranju Saghand.

(39)

Mohammad Reza Zahedi. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Kmandant tal-Forzi ta' l-Art ta' l-IRGC. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.

(40)

General Zolqadr. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Intern għall-Kwistjonijiet tas-Sigurtà, uffiċjal IRGC. Data ta' l-għażla tan-NU: 24.3.2007.”


Top