This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0198
Commission Regulation (EC) No 198/2008 of 3 March 2008 amending for the 92nd time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 198/2008 tat- 3 ta’ Marzu 2008 li jemenda għat-92 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 198/2008 tat- 3 ta’ Marzu 2008 li jemenda għat-92 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
ĠU L 59, 4.3.2008, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
4.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 59/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 198/2008
tat-3 ta’ Marzu 2008
li jemenda għat-92 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament. |
(2) |
Fl-20 ta' Frar 2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika s-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 59/2008 tal-Kummissjoni (ĠU L 22, 25.1.2008, p. 4).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-annotazzjoni “Grupp tal-Ġiħad Iżlamiku (magħruf ukoll bħala (a) Jama’at al-Jihad, (b) is-Soċjetà Libjana, (c) Kazakh Jama’at, (d) Jamaat Mojahedin, (e) Jamiyat, (f) Jamiat al-Jihad al-Islami, (g) Dzhamaat Modzhakhedov, (h) il-Grupp ta’ Ġiħad Iżlamiku ta’ l-Użbekistan, (i) al-Djihad al-Islami, (j) Zamaat Modzhakhedov Tsentralnoy Asii)” taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet legali” għanda tiġi sostitwita minn: “Il-Grupp tal-Ġiħad Iżlamiku (magħruf ukoll bħala (a) Jama’at al-Jihad, (b) is-Soċjetà Libjana, (c) Kazakh Jama’at, (d) Jamaat Mojahedin, (e) Jamiyat, (f) Jamiat al-Jihad al-Islami, (g) Dzhamaat Modzhakhedov, (h) il-Grupp tal-Ġiħad Iżlamiku ta’ l-Użbekistan, (i) al-Djihad al-Islami, (j) Zamaat Modzhakhedov Tsentralnoy Asii, (k) l-Unjoni tal-Jihad Iżlamika).” |
(2) |
L-annotazzjoni Fahd Muhammad “Abd Al-‘Aziz Al-Khashiban (magħruf ukoll bħala (a) Fahad H. A. Khashayban, (b) Fahad H. A. al-Khashiban, (c) Fahad H. A. Kheshaiban, (d) Fahad H. A. Kheshayban, (e) Fahad H. A. al-Khosiban, (f) Fahad H. A. Khasiban, (g) Fahd Muhammad ‘Abd Al-‘Aziz al-Khashayban (h) Fahd Muhammad’Abd al-‘Aziz al-Khushayban, (i) Fahad al-Khashiban, (j) Fahd Khushaiban, (k) Fahad Muhammad A. al-Khoshiban, (l) Fahad Mohammad A. al-Khoshiban, (m) Abu Thabit, (n) Shaykh Abu Thabit, (o) Shaykh Thabet, (p) Abu Abdur Rahman, (q) Abdur Abu Rahman). Data tat-twelid: 16.10.1966. Post tat-twelid: ‘Aniza, l-Għarabja Sawdita. Tagħrif ieħor: Involut fl-iffinanzjar tal-Grupp Abu Sayyaf, u l-għoti ta' għajnuna b‘mod ieħor lil dan il-Grupp”, taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għandha tiġi sostitwita minn: “Fahd Muhammad ‘Abd Al-‘Aziz Al-Khashiban (magħruf ukoll bħala (a) Fahad H. A. Khashayban, (b) Fahad H. A. al-Khashiban, (c) Fahad H. A. Kheshaiban, (d) Fahad H. A. Kheshayban, (e) Fahad H. A. al-Khosiban, (f) Fahad H. A. Khasiban, (g) Fahd Muhammad ‘Abd Al-‘Aziz al-Khashayban (h) Fahd Muhammad’Abd al-‘Aziz al-Khushayban, (i) Fahad al-Khashiban, (j) Fahd Khushaiban, (k) Fahad Muhammad A. al-Khoshiban, (l) Fahad Mohammad A. al-Khoshiban, (m) Fahad Mohammad Abdulaziz Alkhoshiban, (n) Abu Thabit, (o) Shaykh Abu Thabit, (p) Shaykh Thabet, (q) Abu Abdur Rahman, (r) Abdur Abu Rahman). Data tat-twelid: 16.10.1966. Post tat-twelid: Oneiza, is-Sawdi Għarabja. Numru tal-Passaport: G477835, (maħruġ fis-26.6.2006, u jiskadi fit-3.5.2011). Nazzjonalità: mill-Għarabja Sawdita. Tagħrif ieħor: Involut fl-iffinanzjar tal-Grupp Abu Sayyaf, u l-għoti ta' għajnuna b’mod ieħor lil dan il-Grupp.” |
(3) |
L-annotazzjoni “Abdul Rahim Al-Talhi (magħruf ukoll bħala (a) ‘Abdul-Rahim Hammad al-Talhi, (b) Abd’ Al-Rahim Hamad al-Tahi, (c) Abdulrheem Hammad A Altalhi, (d) Abe Al-Rahim al-Talahi, (e) Abd Al-Rahim Al Tahli, (f) ‘Abd al-Rahim al-Talhi, (g) Abdulrahim Al Tahi, (h) Abdulrahim al-Talji, (i) ‘Abd-Al-Rahim al Talji, (j) Abdul Rahim, (k) Abu Al Bara’a Al Naji, (l) Shuwayb Junayd. Indirizz: Buraydah, l-Għarabja Sawdita. Data tat-twelid: 8.12.1961. Post tat-twelid: Al-Taif, l-Għarabja Sawdita. Nru. tal-Passaport: F275043, maħruġ fid-29.5.2004, u jiskadi fil-5.4.2009. Nazzjonalità: mill-Għarabja Sawdita. Informazzjoni oħra: Involut fl-iffinanzjar tal-Grupp Abu Sayyjaf, u l-forniment ta' l-armi u ta' għajnuna mod ieħor lil dan il-Grupp”, taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għandha tiġi sostitwita minn: “Abdul Rahim Al-Talhi (magħruf ukoll bħala (a) ‘Abdul-Rahim Hammad al-Talhi, (b) Abd’ Al-Rahim Hamad al-Tahi, (c) Abdulrheem Hammad A Altalhi, (d) Abe Al-Rahim al-Talahi, (e) Abd Al-Rahim Al Tahli, (f) ‘Abd al-Rahim al-Talhi, (g) Abdulrahim Al Tahi, (h) Abdulrahim al-Talji, (i) ‘Abd-Al-Rahim al Talji, (j) Abdul Rahim Hammad Ahmad Al-Talhi, (k) Abdul Rahim, (l) Abu Al Bara’a Al Naji, (m) Shuwayb Junayd. Indirizz: Buraydah, l-Għarabja Sawdita. Data tat-twelid: 8.12.1961. Post tat-twelid: Al-Shefa, Al-Taif, l-Għarabja Sawdita. Numru tal-Passaport: F275043, (maħruġ fid-29.5.2004, u jiskadi fil-5.4.2009). Nazzjonalità: mill-Għarabja Sawdita. Tagħrif ieħor: Involut fl-iffinanzjar tal-Grupp Abu Sayyaf, il-forniment ta' l-armi u l-għoti ta' għajnuna mod ieħor lil dan il-Grupp.” |
(4) |
L-annotazzjoni ‘Muhammad “Abdallah Salih Sughayr (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughayir, (b) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughaier, (c) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughayer, (d) Mohd Al-Saghir, (e) Muhammad Al-Sugayer, (f) Muhammad ‘Abdallah Salih Al-Sughair”, (g) Muhammad ‘Abdallah Salih Al-Sugair, (h) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Suqayr, (i) Abu Bakr, (j) Abu Abdullah. Data tat-twelid: (a) 20.8.1972, (b) 10.8.1972. Post tat-twelid: Al-Karawiya, Għarabja Sawdita. Informazzjoni oħra: Involut fl-iffinanzjar, il-forniment ta' l-armi, ir-reklutaġġ u l-forniment ta' tipi oħra ta' għajnuna għall-grupp Abu Sayyaf, taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għandha tiġi sostitwita minn: “Muhammad ‘Abdallah Salih Sughayr (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughayir, (b) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughaier, (c) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughayer, (d) Mohd Al-Saghir, (e) Muhammad Al-Sugayer, (f) Muhammad ‘Abdallah Salih Al-Sughair, (g) Muhammad ‘Abdallah Salih Al-Sugair, (h) Muhammad ‘Abdallah Salih Al-Suqayr, (i) Mohammad Abdullah S Ssughayer, (j) Abu Bakr, (k) Abu Abdullah. Data tat-twelid: (a) 20.8.1972, (b) 10.8.1972. Post tat-twelid: Al-Karawiya, Oneiza, Għarabja Sawdita. Numru tal-Passaport: E864131, (maħruġ fit-30.12.2001, u skada fis-6.11.2006). Nazzjonalità: mill-Għarabja Sawdita. Tagħrif ieħor: Involut fl-iffinanzjar, il-forniment ta' l-armi, ir-reklutaġġ u l-forniment ta' tipi oħra ta' għajnuna għall-grupp Abu Sayyaf.” |