EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0193
Commission Regulation (EC) No 193/2008 of 29 February 2008 establishing a prohibition of fishing for anglerfish in ICES zones VIIIc, IX and X; EC waters of CECAF 34.1.1 by vessels flying the flag of France
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 193/2008 tad- 29 ta’ Frar 2008 li jistbabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċa fiż-żoni VIIIc, IX u X ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 193/2008 tad- 29 ta’ Frar 2008 li jistbabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċa fiż-żoni VIIIc, IX u X ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
ĠU L 57, 1.3.2008, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008
1.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 57/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 193/2008
tad-29 ta’ Frar 2008
li jistbabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċa fiż-żoni VIIIc, IX u X ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008. |
(2) |
Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2008. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppublikat fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Frar 2008.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p.1).
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11), kif ikkoreġut l-aħħar bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.
ANNESS
Nru |
01 |
Stat Membru |
Franza |
Stokk |
ANF/8C3411 |
Speċi |
Petriċa (Lophiidae) |
Żona |
VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-KE taż-żona CECAF 34.1.1 |
Data |
2.2.2008 |