EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0114

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 114/2008 tas- 6 ta’ Frar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward taż-żamma tal-kontijiet mill-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-infiq u d-dħul u l-kundizzjonijiet għar-rimbors ta’ l-infiq skond l-FAEG u l-FAEŻR

ĠU L 33, 7.2.2008, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/09/2014; Imħassar b' 32014R0907

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/114/oj

7.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 33/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 114/2008

tas-6 ta’ Frar 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward taż-żamma tal-kontijiet mill-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-infiq u d-dħul u l-kundizzjonijiet għar-rimbors ta’ l-infiq skond l-FAEG u l-FAEŻR

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 42(7) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 16, it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (2) jipprovdi li l-ħlasijiet li jkunu saru minn qabel mill-Istati Membri taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess qabel l-approvazzjoni tal-programmi għall-iżvilupp rurali għall-perjodu 2007-2013 iridu jiġu ddikjarati globalment ma’ l-ewwel dikjarazzjoni ta’ ħlasijiet wara l-adozzjoni ta’ dawn il-programmi. Din ir-regola kienet prevista għal dawk il-programmi li ġew approvati qabel il-31 ta’ Marzu 2007.

(2)

L-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jipprovdi li l-approprjazzjonijiet baġitarji relatati mal-programmi għall-iżvilupp rurali għandhom isiru f'allokazzjonijiet annwali, u li għal kull programm, l-approprjazzjoni tal-baġit relatata ma’ l-ewwel allokazzjoni ssegwi l-adozzjoni tal-programm mill-Kummissjoni.

(3)

Fir-rigward ta’ l-Artikolu 9, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), l-approprjazzjonijiet li ma jkunux ġew utilizzati sa tmiem is-sena finanzjarja, jistgħu jinġarru 'l quddiem lejn is-sena finanzjarja segwenti biss, b'deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar.

(4)

Fid-dawl ta’ dan il-kuntest u ta’ l-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena 2007, l-approvazzjoni ta’ numru importanti ta’ programmi tista’ ssir biss wara r-rapport ta’ l-approprjazzjonijiet mhux utilizzati sa tmiem dik is-sena. Minn dan il fatt, jidher li għas-sena 2007, l-ewwel sena tal-perjodu tal-programm, parti mill-ħlasijiet minn qabel li kienu saru mill-Istati Membri ma tistax tkun is-suġġett ta’ dikjarazzjoni ta’ ħlasijiet qabel id-data tal-31 ta’ Jannar 2008 skond l-Artikolu 16, il-paragrafu 2, punt d) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.

(5)

Bil-għan li tiġi faċilitata l-amministrazzjoni finanzjarja tal-programmi għall-iżvilupp rurali u sabiex ma tittawwalx id-data ta’ rimbors tal-ħlasijiet li saru mill-Istati Membri, jaqbel għalhekk li tiġi fissata data ġdida li tippermetti lill-Istati Membri permezz ta’ deroga mill-Artikolu 16, paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, jistabbilixxu dikjarazzjoni ta’ ħlasijiet speċifika komplementarja għall-ħlasijiet minn qabel li kienu saru fl-2007 taħt il-programmi approvati mill-Kummissjoni matul il-perjodu bejn id-data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-approprjazzjonijiet tas-sena 2007 u d-29 ta’ Frar 2008.

(6)

Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 883/2006 jigi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, it-tielet subparagrafu għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

“Madankollu, fil-każ li programm għall-iżvilupp rurali ma jkunx ġie approvat mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2007, il-ħlasijiet minn qabel li saru mill-aġenzija tal-ħlas taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, matul il-perjodi qabel l-adozzjoni ta’ dan il-programm, għandhom jiġu ddikjarati lill-Kummissjoni f'ammont globali fl-ewwel dikjarazzjoni ta’ ħlasijiet li ssir wara l-adozzjoni tal-programm. Minbarra dan, permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-programmi għall-iżvilupp rurali li ġew approvati mill-Kummissjoni bejn il-15 ta’ Ottubru u t-12 ta’ Diċembru 2007, il-ħlasijiet li saru minn qabel sa u inkluż il-15 ta’ Ottubru 2007 huma suġġetti għal dikjarazzjoni ta’ ħlasijiet speċifika sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Diċembru 2007 u, f'konformità ma’ l-Artikolu 9, it-tieni subparagrafu, paragrafu 1, tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, għall-programmi għall-iżvilupp rurali li ġew approvati mill-Kummissjoni bejn id-data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-approprjazzjonijiet mhux utilizzati għas-sena 2007 u d-29 ta’ Frar 2008, il-ħlasijiet minn qabel li saru mill-aġenziji tal-ħlas sa u inkluż il-31 ta’ Diċembru 2007, huma suġġetti għal dikjarazzjoni ta’ ħlasijiet speċifika sa mhux aktar tard mid-29 ta’ Frar 2008.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1305/2007 (ĠU L 290, 8.11.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).


Top