Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0015

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 15/2008 ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2100/94 fir-rigward tal-jedd ta’ reġistrazzjoni ta’ applikazzjoni għal dritt ta’ varjetà ta’ pjanti fil-Komunità

    ĠU L 8, 11.1.2008, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/15/oj

    11.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 8/2


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 15/2008

    ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2100/94 fir-rigward tal-jedd ta’ reġistrazzjoni ta’ applikazzjoni għal dritt ta’ varjetà ta’ pjanti fil-Komunità

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar id-drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (1) joħloq sistema Komunitarja għall-varjetajiet tal-pjanti li tippermetti l-għoti ta’ drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (CPVR), validi fil-Komunità kollha.

    (2)

    Fl-interess tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ huwa kunsiljabbli li s-CPVR ikunu aċċessibbli faċilment. Għalhekk, il-kondizzjonijiet għall-jedd ta’ reġistrazzjoni ta’ applikazzjoni għas-CPVR għandhom jiġu simplifikati u għandha tiġi introdotta sistema ta’ applikazzjoni waħda għall-applikanti kollha.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2100/94 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2100/94 huwa b’dan emendat kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 12 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 12

    Il-jedd ta’ reġistrazzjoni ta’ applikazzjoni għal dritt tal-varjetà ta’ pjanti fil-Komunità

    Kull persuna fiżika jew ġuridika, jew kull korp li jikkwalifika bħala persuna ġuridika skond il-liġi applikabbli għal dak il-korp, jistgħu jirreġistraw applikazzjoni għad-dritt ta’ varjetà ta’ pjanti fil-Komunità.

    Applikazzjoni tista’ ssir konġuntement minn żewġ persuni bħal dawn jew aktar.”;

    (2)

    fl-Artikolu 41(2) il-kliem “12(1)(b),” għandhom jitħassru;

    (3)

    l-Artikolu 52(4) għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

    “4.   Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll fir-rigward ta’ applikazzonijiet preċedenti li kienu reġistrati fi Stat ieħor.”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. NUNES CORREIA


    (1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 873/2004 (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 38).


    Top