This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008L0120
Council Directive 2008/120/EC of 18 December 2008 laying down minimum standards for the protection of pigs (Codified version)
Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat- 18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (Verżjoni kodifikata)
Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat- 18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (Verżjoni kodifikata)
ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 14/12/2019
18.2.2009 |
MT EN |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/5 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/120/KE
tat-18 ta’ Diċembru 2008
li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali
(Verżjoni kodifikata)
IL- KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/630/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 li tniżżel il-livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer (2) ġiet emendata diversi drabi (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata. |
(2) |
Il-maġġoranza ta’ l-Istati Membri rratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali miżmuma għall-iskopijiet tal-biedja. Il-Komunità ukoll approvat din il-Konvenzjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 78/923/KEE (4). |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 li tikkonċerna l-protezzjoni ta’ l-annimali miżmuma għall-iskopijiet tal-biedja (5) tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet tal-Komunità li japplikaw għall-annimali mrobbija fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-kostruzzjoni, ta’ l-insulazzjoni, tat-tisħin u tal-ventilazzjoni tal-bini għaż-żamma ta’ l-annimali, tat-tagħmir ta’ l-ispezzjoni u l-ispezzjoni ta’ l-annimali mrobbija. Huwa għalhekk meħtieġ li dawn il-materji jiġu trattati f’din id-Direttiva fejn għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar dettaljati. |
(4) |
Il-ħnieżer, li huma annimali ħajjin, huma inklużi fil-lista tal-prodotti preżentati fl-Anness I tat-Trattat. |
(5) |
Iż-żamma tal-ħnieżer hija parti integrali ta’ l-agrikoltura. Tikkostitwixxi sors ta’ dħul għal parti mill-popolazzjoni agrikola. |
(6) |
Id-differenzi li jistgħu jkollhom effett ta' distorsjoni fuq il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni jfixklu l-operat inostakolat ta’ l-organizazzjoni tas-suq komuni tal-ħnieżer u l-prodotti tal-ħnieżer. |
(7) |
Għalhekk hemm il-bżonn li jiġu stabbiliti standards minimi komuni għall-protezzjoni tal-majjali miżmuma għat-trobbija u għas-simna sabiex ikun żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni. |
(8) |
Il-majjali għandhom jibbenefikaw mill-ambjent li jikkorrispondi għall-bżonnijiet tagħhom għall-eżerċizzju u l-imġiba investigatorja. Il-benessere tal-majjali tidher li tiġi imfixkla b’restrizzjonijiet stretti ta’ l-ispazju. |
(9) |
Meta l-majjali jkunu miżmuma fi gruppi, miżuri ta’ ġestjoni adekwati għall-protezzjoni tagħhom għandhom ikunu meħuda sabiex itejbu l-qagħda tagħhom. |
(10) |
Il-majjali jippreferu li jkollhom interazzjonijiet soċjali ma’ majjali oħra sakemm dan ikun ipprovdut bil-libertà ta’ movement u l-kumplessità ta’ l-ambjent. Iż-żamma ta' majjali f’għeluq ristrett b'kontinmu għandu għalhekk ikun ipprojbit. |
(11) |
Id-dfir tad-denb, il-qtugħ tas-snien u l-illimar tas-snien li jistgħu jikkaġunaw uġigħ immedjat u xi uġigħ fit-tul għall-majjali. Il-kastrazzjoni aktarx tikkaġuna uġigħ fit-tul li jkun agħar jekk ikun hemm tiċrit taċ-ċelloli. Dawn il-prassi huma għalhekk detrimentali għall-benessere tal-majjali, speċjalment meta mwettqa minn persuni inkompetenti u mingħajr esperjenza. Bħala konsegwenza, regoli għandhom ikunu stabbiliti sabiex jassiguraw prassi aħjar. |
(12) |
Għandu jinżamm bilanċ bejn l-aspetti differenti li għandhom ikunu meqjusa, fir-rigward tal-benessere inklużi konsiderazzjonijiet ta' saħħa, ekonomiċi u soċjali, kif ukoll l-impatt fuq l-ambjent. |
(13) |
Hemm bżonn li s-servizzi uffiċjali, il-produtturi, il-konsumaturi u oħrajn jinżammu aġġornati bl-iżviluppi f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni għandha għalhekk, fuq il-bażi ta’ opinjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel, timxi lejn riċerka xjentifika attiva fl-aħjar sistema(i) għat-trobbija tal-ħnieżer f'dak li jirrigwarda l-benesseretal-ħnieżer. Għandu għalhekk jiġi provdut perijodu ta' żmien provviżorju sabiex il-Kummissjoni tingħata l-opportunità tlesti dan l-inkarigu b’suċċess. |
(14) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija konferiti fuq il-Kummissjoni (6). |
(15) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Din id-Direttiva tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer miżmuma għat-trobbija u għas-simna.
Artikolu 2
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“majjal” tfisser annimal ta’ l-ispeċi tal-majjal, ta’ kull età, miżmum għat-trobbija jew għas-simna; |
(2) |
“majjal selvaġġ” tfisser majjal wara l-pubertà, maħsub għat-trobbija; |
(3) |
“gilt” ifisser majjala wara l-pubertà u qabel twelled il-qżieqeż; |
(4) |
“majjala” tfisser majjala wara li twelled l-ewwel qżieqeż; |
(5) |
“majjala li twelled il-qżieqeż” tfisser majjala femminili bejn il-perjodu tat-twelid u li ma tibqax tredda’ l-qżieqeż; |
(6) |
“majjala tqila xotta” tfisser majjala bejn li ma tibqax tredda’ l-qżieqeż tagħha u l-perjodu tat-tqala; |
(7) |
“qażquż” ifisser majjal mit-twelid sa meta jieqaf jerda’; |
(8) |
“weaner” ifisser majjal minn meta jieqaf jerda’ sa l-età ta’ għaxar ġimgħat; |
(9) |
“majjal tat-trobbija” ifisser majjal minn għaxar ġimgħat sal-qatla jew is-servizz; |
(10) |
“l-awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti fis-sens ta’ l-Artikolu 2(6), tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tikkonċerna l-ispezzjonijiet veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u ta’ prodotti bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (7). |
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-oqsma kollha ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
il-wisa’ ta’ l-art inostakolata disponibbli għal kull majjal li qiegħed jinfatam (weaner) jew majjal tat-trobbija, apparti minn majjali mgħammra (gilt) wara s-servizz u majjali nisa, għandhom ikunu ta' l-anqas:
|
(b) |
il-wisa’ totali insotakolata ta’ l-art disponibbli għal kull majjala mgħammra (gilt) wara s-servizz u għal kull majjala meta dawk mgħammra (gilt) u/jew majjali nisa ikunu miżmuma fi gruppi għandhom ikunu ta' l-anqas 1,64 m2 u 2,25 m2 rispettivament. Meta dawn l-annimali ikunu miżmuma fi gruppi ta’ anqas minn sitt individwi, il-wisa’ inostakolata ta’ art għandha tkun miżjuda b’10 %. Meta dawn l-annimali ikunu miżmuma fi gruppi ta’ 40 jew aktar individwi, il-wisa’ inostakolata ta’ art tista’ tkun imnaqqsa b’10 %. |
2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-wiċċ ta’ l-art tkun konformi mas-segwenti:
(a) |
għall-majjali mgħammra (gilts) wara s-servizz u l-majjali tqal: parti mill-wisa’ meħtieġa f’paragrafu 1(b), ekwivalenti għal mill-anqas 0,95 m2 għal kull majjala (gilt) u għal mill-anqas 1,3 m2 għal kull majjala, għandhom ikunu ta’ art solida kontinwa liema minnhha massimu ta’ 15 % tkun irriservata għall-ftuħ tad-dranaġġ; |
(b) |
meta jkunu użati artijiet magħmula minn strixxi tal-konkrit għall-majjali li jkunu miżmuma fi gruppi:
|
3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kostruzzjoni ta’ jew il-konverżjoni ta’ l-istallazzjonijiet li fihom jinżammu marbuta l-majjali nisa u l-majjali mgħammra (gilts) hija pprojbita. Mill-1 ta’ Jannar 2006 l-użu ta’ rbit għall-majjali nisa u majjali mgħammra (gilts) għandu jkun ipprojbit.
4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li majjali nisa u majjali mgħammra (gilts) jiġu miżmuma fi gruppi waqt il-perjodu li jibda minn erba’ ġimgħat wara s-servizz sa ġimgħa qabel iż-żmien mistenni ta’ meta jkollhom iż-żgħar. Il-mandra fejn il-grupp ikun miżmum għandha jkollha l-ġnub akbar minn 2,8 m fit-tul. Meta anqas minn sitt individwi jkunu miżmuma fi grupp, il-mandra fejn il-grupp ikun miżmum għandha jkollha l-ġnub akbar minn 2,4 m fit-tul.
B’ derogi mill-ewwel subparagrafu, majjali nisa u majjali mgħammra (gilts) imkabbra f’qasam b’anqas minn 10 majjali jistgħu jkunu miżmuma individwalment matul il-perjodu msemmi f’dak is-subparagrafu, basta li jkunu jistgħu jduru mingħajr tbgħatija fil-kaxxi tagħhom.
5. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti f’ Anness I, majjali nisa u majjali mgħammra (gilts) jkollhom aċċess permanenti għal materjal manipulabbli li mill-inqas ikun konformi mal-ħtiġiet relevanti ta’ dak l-Anness.
6. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-majjali nisa u l-majjali mgħammra (gilts) miżmuma fi gruppi huma mogħtija jieklu permezz ta’ sistema li tassigura li kull individwu jista’ jakkwista ikel biżżejjed anki meta l-kompetituri għall-ikel ikunu preżenti.
7. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-majjali xotti nisa tqal u l-majjali mgħammra (gilts), kollha biex jissodisfaw il-ġuħ tagħhom u meqjusa l-ħtieġa li jomogħdu, jingħataw kwantità biżżejjed ta’ ikel ta’ ċerta massa u b’fibra għolja kif ukoll ikel b’enerġija qawwija.
8. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li il-majjali li għandhom jinżammu fi gruppi, li huma partikolarment aggressivi, li ġew attakkati minn majjali oħra jew dawk li huma morda jew imweġġa’ jistgħu jkunu miżmuma temporanjament f’mandri individwali. F’dan il-każ il-mandra individwali użata għandha tippremetti lill-annimal sabiex idur faċilment sa kemm dan ma jmurx kontra l-parir veterinarju speċifiku.
9. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil- paragrafi 1(b), 2, 4, 5 u l-aħħar sentenza tal- paragrafu 8 għandhom japplikaw għall-oqsma kollha li ġew mibnija ġodda jew mill-ġdid jew miġjuba għall-użu għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Jannar 2003. Mill-1 ta’ Jannar 2013 dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-oqsma kollha.
Id-dispżizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 m’għandhomx japplikaw għall-ażjendi b’anqas minn għaxar majjali.
Artikolu 4
L-Istati Membri jiżguraw li l-kondizzjonijiet għat-trobbija tal-majjali jimxu mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 5
Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I jistgħu jkunu emendati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 11(2), sabiex tikkunsidra l-progress xjentifiku.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:
(a) |
kull persuna li timpjega jew tqabbad persuni sabiex iħarsul-majjali, jassiguraw li l-persuna li qiegħda tħares l-annimali tkun irċeviet l-istruzzjonijiet u l-gwida dwar id-dispożizzjonijiet relevanti ta’ l-Artikolu 3 u ta’ l-Anness I; |
(b) |
l-korsijiet ta’ tagħlim adekwat ikunu disponibbli. B’mod partikolari tali korsijiet ta’ tagħlim għandhom jiffukaw dwar l-aspetti tal-benessere. |
Artikolu 7
1. Preferibilment qabel l-1 ta’ Jannar 2005 u f’kwalunkwe eventwalità sa l-1 ta’ Lulju 2005, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill rapport, mħejji fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mill- Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel. Ir-rapport għandu jkun imħejji billi tittieħed konsiderazzjoni tal-konsegwenzi soċjo-ekonomiċi, il-konsegwenzi sanitarji, l-effetti fuq l-ambjent u kondizzjonijiet differenti ta’ klima. Għandha tittieħed ukoll konsiderazzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ tekniki u sistemi tal-produzzjoni tal-majjali u ta’ l-ipproċessar tal-laħam li jista’ jnaqqas il-ħtieġa ta’ kastrazzjoni kirurġika. Jekk hemm bżonn, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi adekwati dwar l-effetti ta’ konċessjoni ta’ spazju differenti u tipi ta’ art applikabbli għall-benessere tal-majjali li jkunu jinfatmu (weaners) u tat-trobbija.
2. Mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008 il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill rapport, imħejji fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel.
Ir-rapport għandu jkopri b’mod partikolari:
(a) |
l-effetti tad-densità ta’ l-annimali, inkluż il-qies tal-grupp u l-metodi tal-gruppi ta’ l-annimali, is-sistemi differenti tat-trobbija dwar il-benessere, inkluża is-saħħa tal-majjali; |
(b) |
l-impatt tad-disinn tat-tqasim tal-mandra u t-tipi differenti ta’ l-artijiet dwar il-benessere, inkluża saħħa, tal-majjali, li jieħdu kont tal-kondizzjonijiet differenti tal-klima; |
(c) |
il-fatturi ta’ riskju assoċjati mal-gdim tad-denb u r-rakkommandazzjoni sabiex jitnaqqas il-bżonn ta’ qtugħ tad-denb; |
(d) |
aktar żviluppi tas-sistemi tal-gruppi f’postijiet għall-majjali tqal, li jieħdu kont kemm ta’ l-aspetti patoloġiċi, żootekniċi, fiżjoloġiċi u etoloġiċi tas-sistemi differenti u ta’ l-impatt tas-saħħa tagħhom u ta’ l-ambjent u l-kondizzjonijiet differenti tal-klima; |
(e) |
id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta’spazju, inkluża l-wisa’ tas-servizz għall-majjali adulti li qegħdin jinfatmu u li huma miżmuma individwalment; |
(f) |
aktar żviluppi tas-sistemi ta’ mandri liberi għal majjali nisa fiż-żona tas-servizz u għall-majjali li qegħdin iwelldu li jissodisfaw il-bżonnijiet tal-majjala mingħajr kompromess għas-sopravivenza tal-qżieqeż; |
(g) |
l-atitudni tal-konsumaturi u l-imġiba lejn il-laħam tal-majjali fl-eventwalità ta’ livelli differenti tat-titjib fil-benessere ta’ l-annimali; |
(h) |
l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi tas-sistemi differenti tal-majjali li qegħdin jitkabbru u l-effetti tagħhom fuq is-sieħba ekonomiċi tal-Komunità. |
Ir-rapport jista’, jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat minn proposti leġislattivi adekwati.
Artikolu 8
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet isiru taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtorità kompetenti sabiex jivverifikaw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma mħarsa.
Dawn l-ispezzjonijiet, li jistgħu jsiru fl-okkażjoni ta’ l-ispezzjonijiet li saru għal skopijiet oħra, kull sena jkopru kampjun statistikament rappreżentattiv tas-sistemi differenti tat-trobbija użati f’kull Stat Membru.
2. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 11(2), għandha tħejji kodiċi tar-regoli li għandhom ikunu applikati meta jsiru l-ispezzjonijiet li hemm provduti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. Kull sentejn, sa l-aħħar ġurnata xogħol ta’April u għall-ewwel darba sat-30 t’ April 1996, l-Istati Membri javżaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru matul is-sentejn ta’ qabel skond dan l-Artikolu, inklużi n-numri ta’ l-ispezzjonijiet li saru fil-proporzjon tan-numru ta’ rżieżet fit-territorju tagħhom.
Artikolu 9
Sabiex ikunu importati fil-Komunità, annimali ġejjin minn pajjiż terz jkunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż, li jiċċertifika li rċevew trattament mill-inqas daqs dak mogħti lill-annimali li ġejjin mill-Komunità kif hemm provdut f’din id-Direttiva.
Artikolu 10
Esperti veterinari mill-Kummissjoni jistgħu, fejn meħtieġ għall-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, iwettqu spezzjonijiet fuq il-post bil-koperazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Il-persuni li qed iwettqu dawn l-ispezzjonijiet jimplimentaw il-miżuri personali speċjali ta’ l-iġene meħtieġa biex jeskludu kull riskju li jinfirex il-mard.
L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu qed issir spezzjoni għandu jagħti l-assistenza kollha li hemm bżonn lill-esperti biex iwettqu dmirijiethom. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membru konċerant bir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet.
L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat għandha tieħu l-miżuri kollha li jistgħu jkunu meħtieġa biex jikkunsidraw ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni.
Rigward ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, għandhom japplikaw d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' spezzjonijiet veterinarji fuq annimali deħlin fil-Komunita' minn pajjiżi terzi (8).
Ir-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 11
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali stabbilit skond l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitat”.
2. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.
Artikolu 12
L-Istati Membri jistgħu, konformement mar-regoli ġenerali tat-Trattat, iżommu jew japplikaw ġewwa t-territorji tagħhom dispożizzjonijiet aktar stretti għall-protezzjoni tal-ħnieżer minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. Huma għandhom javżaw lill-Kummissjoni b’tali miżuri.
Artikolu 13
Id-Direttiva 91/629/KEE, kif emendata mill-Atti elenkati fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 14
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU C 146E, 12.6.2008, p. 78.
(2) ĠU L 340, 11.12.1991, p. 33.
(3) Ara l-Anness II, Parti A.
(4) ĠU L 323, 17.11.1978, p. 12.
(5) ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23.
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(7) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(8) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
ANNESS I
KAPITOLU I
KONDIZZJONIJIET ĠENERALI
Mad-disposizzjonijiet relevanti ta’ l-Anness tad-Direttiva 98/58/KE għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
1. |
Fil-parti tal-bini fejn il-majjali huma miżmuma l-livelli ta’ ħsejjes kontinwi għolja sa 85 dBA għandhom ikunu evitati. Ħoss kontinwu jew għall-għarrieda għandu jkun evitat. |
2. |
Il-majjali għandhom ikunu miżmuma f’dawl b’intensità ta’ mill-anqas 40 lux għall-perjodu ta’ tmin sigħat kuljum. |
3. |
L-akkomodazzjoni tal-majjali għandha tkunu mibnija b’tali mod hekk li tippermetti l-annimali sabiex:
|
4. |
B’danakollu l-Artikolu 3(5), il-majjali għandhom ikollhom aċċess permanenti għall-kwantità adekwata ta’ materjal sabiex jassiguraw l-investigazzjoni adekwata u l-attivatijiet tal-manipulazzjoni, bħal ma hu t-tiben, il-ħuxlief, l-injam, is-serratura, id-demel tal-faqqiegħ, demel mill-ħxejjex jew taħlita tagħhom, li ma jikkompromettux is-saħħa ta’ l-annimali. |
5. |
L-artijiet għandhom ikunu lixxi iżda ma jiżolqux sabiex jipprevenu d-disgrazzji u hekk iddisinjati, mibnija u miżmuma sabiex ma jseħħux disgrazzji jew tbatija għall-majjali. Għandhom ikunu addattati għall-qies u piż tal-majjali u, jekk l-ebda mifrex ma jkun ipprovdut, f’forma ta’ wiċċ riġidu, lixx u stabbli. |
6. |
Il-majjali kollha għandhom ikunu mitmugħa għall-anqas darba kuljum. Meta l-majjali jkunu mitmugħa fi gruppi u mhux ad libitum jew permezz ta’ sistema awtomatika ta’ tmigħ individwali ta’ l-annimali, kull majjal għandu jkollu aċċess fl-istess ħin bħall-oħrajn fil-grupp. |
7. |
Il-majjali kollha ta’ aktar minn ħmistax il-jum għandhom ikollhom aċċess permanenti għall-kwantità adekwata ta’ ilma frisk. |
8. |
Il-proċeduri kollha intiżi bħala intervent mwettqa għal skopijiet oħra ħlief terapewtiċi jew dijagnostiċi jew għall-identifikazzjoni tal-majjal bi qbil mal-leġislazzjoni relevanti u li jirriżultaw fil-ħsara jew fit-telfa ta’ parti sensittiva tal-ġisem jew il-bidla ta’ l-istruttura ta’ l-għadam għandu jkun ipprojbit bl-eċċezzjonijiet segwenti:
|
La l-qtugħ tad-denb u lanqas it-tnaqqis ta’ snien fl-irkejjen m’għandom jitwettqu regolarment iżda biss meta jkun hemm evidenza li feriti lis-sider tal-majjali jew lill-widnejn jew lid-denb tal-majjali l-oħra ma jkunux seħħew. Qabel ma jittieħdu dawn il-proċeduri, miżuri oħra għandhom jittieħdu sabiex jipprevenu l-gdim tad-denb u vizzji l-oħrajn, li għandhom jieħdu konsiderazzjoni tad-densità ta’ l-ambjent u tar-razzet. Għal din ir-raġuni il-kondizzjonijiet ta’ l-ambjent mhux adekwati jew sistemi ta’ ġestjoni għandhom jinbidlu.
Kwalunkwe minn dawn il-proċeduri deskritti hawn fuq għandhom jitħarġu biss minn veterinarju jew persuna mgħallma kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 6 u li jkun espert fit-twettiq tat-tekniki applikati b’miżuri adekwati u permezz tal-kondizzjonijiet ta’ iġjene. Jekk il-kastrazzjoni jew il-qtugħ tad-denb ikun ipprattikat wara s-seba’ jum tal-ħajja, għandhom ikunu imwettqa taħt anesteżija u analġesia miżjuda pprolongata minn veterinarju.
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-KATEGORIJI DIFFERENTI TA’ MAJJALI
A. Majjali maskili
Il-mandri tal-majjali għandhom ikunu mmarkati u mibnija sabiex jippermettu lill-majjal li jdur madwaru u li jisma’, jxomm u jara l-majjali l-oħra. Il-wisa’ ta’ l-art mhux imfixkla disponibbli għall-majjal adult għandha tkun mill-anqas ta’ 6 m2.
Meta l-mandri huma użati wkoll għal servizz naturali l-wisa’ ta’ l-art disponibbli għall-majjali adulti għandhom ikunu ta’ mill-anqas 10 m2 u l-mandra għandha tkun ħielsa minn ostakoli oħra.
B. Majjali nisa
1. |
Miżuri għandhom jittieħdu sabiex inaqqsu l-aggressjoni fil-gruppi. |
2. |
Majjali tqal għandhom, jekk meħtieġ, ikunu ttrattati kontra l-parassiti esterni u interni. Jekk huma mqiegħda f’gaġġeġ tal-ħlas, il-majjali tqal għandhom, ikunu mnaddfa ta’ sikwiet. |
3. |
Fil-ġimgħa qabel ma l-majjala teħles għandha tkunu mogħtija l-materjal adekwat tal-bejta fil-kwantitajiet biżżejjed sakemm mhux prattikabbli teknikament għas-sistema tal-ħama’ użata fl-istabbiliment. |
4. |
Firxa mhux mfixkla fuq in-naħa ta’ wara tal-majjali għandha tkun disponibbli għall-faċilità tal-ħlas naturali jew kif assistit. |
5. |
Mandri tal-ħlas fejn il-majjali ikunu miżmuma ħielsa għandhom ikollhom xi mezzi ta’ protezzjoni għall-majjali, bħall-binarji tal-ħlas. |
C. Qżieqeż
1. |
Parti mill-art kollha, biżżejjed li tippermetti l-annimali sabiex jistrieħu flimkien fl-istess ħin, għandha tkun solida jew miksija b’tapit, jew mimlija bit-tiben jew materjal adekwat ieħor. |
2. |
Meta l-gaġġeġ tal-ħlas ikunu użati, il-majjalini għandhom ikollhom spazju biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jerdaw mingħajr diffikultà. |
3. |
L-ebda qżieqeż ma jistgħu jkunu miftuma mill-majjali għall-inqas għal 28 jum sakemm il-benessere jew is-saħħa ta’ l-omm jew tal-qżieqeż ma jkunux altrimenti effettwati ħażin. B’dana kollu, l-qżieqeż jistgħu jkunu miftuma sa sebgħat ijiem qabel jekk ikunu mċaqilqa f’postijiet speċjali li huma mbattla u mnaddfa sewwa u disinfettati qabel l-introduzzjoni ta’ grupp ġdid u li huma separati mill-postijiet fejn il-majjali huma miżmuma, sabiex tnaqqas it-trasmissjoni tal-mard lejn il-majjali. |
D. Majjali li qegħdin jinfatmu (Weaners) u majjali tat-trobbija
1. |
Meta l-majjali jkunu miżmuma fi gruppi, miżuri għandhom jittieħdu sabiex jipprevenu ġlied li jmur oltre l-mġiba normali. |
2. |
Għandhom ikunu miżmuma fi gruppi b’taħlit mill-anqas possibli. Jekk il-majjali ma jkunux midħla ma’ xulxin ikun meħtieġ li jitħalltu, dan irid ikun magħmul fl-iżgħar età possibbli, preferibbilment qabel jew sa ġimgħa wara li jinfatmu. Meta l-majjali jkunu mħallta dawn għandhom ikunu pprovduti b’opportunitajiet adekwati sabiex ikunu jistgħu jaħarbu u jistaħbew mill-majjali l-oħra. |
3. |
Meta jseħħu sinjali ta’ ġlied gravi, il-kawżi għandhom jiġi investigati immedjatament u miżuri adekwati għandhom jittieħdu bħal ma hu proviżjoni ta’ ħafna tiben lill-annimali, jekk possibbli, jew materjal ieħor għall-investigazzjoni. L-annimali li huma fir-riskju jew partikolarment aggressivi għandhom jinżammu separati mill-grupp. |
4. |
L-użu ta’ mediċini kalmanti sabiex jiffaċilitaw it-taħlit għandu jkun illimitat għall-kondizzjonijiet eċċezzjonali u biss wara konsultazzjoni ma’ veterinarju. |
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha
(imsemmi fl-Artikolu 13)
Direttiva tal-Kunsill 91/630/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 2001/88/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2001/93/KE |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 |
Anness III, punt 26 biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmi fl-Artikolu 13)
Direttivi |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
91/630/KEE |
1 ta’ Jannar 1994 |
2001/88/KE |
1 ta’ Jannar 2003 |
2001/93/KE |
1 ta’ Jannar 2003 |
ANNEX III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 91/630/EEC |
Din id-Direttiva |
Artikoli 1 u 2 |
Artikoli 1 u 2 |
Artikolu 3, kliem introduttorju |
— |
Artikolu 3, punt 1 |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3, punt 2 |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3, punt 3 |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3, punt 4(a) |
Artikolu 3(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3, punt 4(b) |
Artikolu 3(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3, punt 5 |
Artikolu 3(5) |
Artikolu 3, punt 6 |
Artikolu 3(6) |
Artikolu 3, punt 7 |
Artikolu 3(7) |
Artikolu 3, punt 8 |
Artikolu 3(8) |
Artikolu 3, punt 9 |
Artikolu 3(9) |
Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4 |
Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 4(2) |
— |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5a, kliem introduttorju |
Artikolu 6, kliem introduttorju |
Artikolu 5a, punt 1 |
Artikolu 6(a) |
Artikolu 5a, punt 2 |
Artikolu 6(b) |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Artikolu 11(1) |
— |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 14 |
Artikolu 12 |
Artikolu 15 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |