Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0019

    Direttiva 2008/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2008 li temenda id-Direttiva 2002/83/KE dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

    ĠU L 76, 19.3.2008, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/11/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/19/oj

    19.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 76/44


    DIRETTIVA 2008/19/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-11 ta’ Marzu 2008

    li temenda id-Direttiva 2002/83/KE dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 47(2) u 55 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2002/83KE (3) tipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

    (2)

    Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku, adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew jissupplimentaw l-istrument b’elementi ġodda mhux essenzjali.

    (3)

    Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġa’ fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

    (4)

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/83/KE sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni jew fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva. Dawk il-miżuri huma mfassla sabiex jaġġustaw l-elementi eliġibbli għal-limitu disponibbli ta’ likwidità; jestendu l-lista ta’ forom legali; jemendaw il-lista ta’ tipi ta’ assigurazzjoni jew jadattaw it-terminoloġija użata f’dik il-lista; jiċċaraw jew jaġġustaw l-elementi li jikkostitwixxu l-marġini ta’ likwidità; jemendaw il-lista ta’ l-assi aċċettabbli li jkopru dispożizzjonijiet tekniċi u r-regoli dwar l-estensjoni ta’ investimenti; ibiddlu r-rilassamenti fir-regoli korrispondenti; jiċċaraw definizzjonijiet; u jagħmlu l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa lir-regoli li jistabbilixxu r-rati massimi ta’ interess applikabbli. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva 2002/83/KE, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    (5)

    Id-Direttiva 2002/83/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

    (6)

    Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2002/83/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura ta’ kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, m’huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Emendi

    Id-Direttiva 2002/83/KE hija b’dan emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 64, il-kliem introduttiv għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “L-aġġustamenti tekniċi li ġejjin imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, ser jiġu addottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 65(2):”;

    (2)

    l-Artikolu 65 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

    (b)

    il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Indirizzati

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    H.-G. PÖTTERING

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. LENARČIČ


    (1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

    (2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

    (3)  ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/44/KE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

    (4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

    (5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


    Top