This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008E0822
Council Common Position 2008/822/CFSP of 27 October 2008 concerning the temporary reception by Member States of the European Union of certain Palestinians
Regolament tal-Kunsill 2008/822/PESK tas- 27 ta' Ottubru 2008 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani
Regolament tal-Kunsill 2008/822/PESK tas- 27 ta' Ottubru 2008 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani
ĠU L 285, 29.10.2008, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
29.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 285/21 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL 2008/822/PESK
tas-27 ta' Ottubru 2008
dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta’ Ottubru 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/705/PESK dwar l-akkoljenza temporanja mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (1) ta’ ċerti Palestinjani, li tipprovdi għal estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali tagħhom għad-dħul u s-soġġorn fit-territorju ta’ l-Istati Membri msemmija fil-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK (2) għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar. |
(2) |
Abbażi ta’ evalwazzjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta’ dawk il-permessi għandha tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità tal-permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija skond l-Artikolu 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jevalwa l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni ta’ din il-Pożizzjoni Komuni.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fil-Lussemburgu, 27 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 285, 31.10.2007, p. 54.
(2) ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33.