This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D1349
Decision No 1349/2008/EC of the European Parliament and of the Council of 16 December 2008 amending Decision No 1719/2006/EC establishing the 'Youth in Action' programme for the period 2007 to 2013 (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni Nru 1349/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni Nru 1349/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 348, 24.12.2008, p. 113–114
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1288
24.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 348/113 |
DEĊIŻJONI Nru 1349/2008/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Diċembru 2008
li temenda d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE li tistabbilixxi l-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” għall-perjodu 2007-2013
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u notevolment l-Artikolu 149(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 (3) stabbilixxiet il-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” għall-perjodu 2007-2013. |
(2) |
L-Artikolu 10(2), tad-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE, jistipula li miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-programm minbarra dawk elenkati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(3) ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri skond il-proċedura konsultattiva stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (4). |
(3) |
Dan il-kliem tad-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE jirriżulta b’mod partikolari li deċiżjonijiet ta’ allokazzjoni ta’ għotjiet li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 10(1) ta’ dik id-Deċiżjoni jkunu soġġetti għall-proċedura konsultattiva u għad-dritt ta’ skrutinju mill-Parlament Ewropew. |
(4) |
Madanakollu, dawn il-deċiżjonijiet ta’ għażla jikkonċernaw prinċipalment għotjiet żgħar u ma jinvolvux teħid ta’ deċiżjonijiet politikament sensittivi. |
(5) |
Dawn il-modalitajiet ta’ proċedura jżidu minn xahrejn sa tliet xhur fil-proċess ta’ allokazzjoni tal-għotjiet lill-kandidati. Dawn iwasslu għal ħafna dewmien rigward il-benefiċjarji ta’ l-allokazzjonijiet, jitfgħu piż sproporzjonat fuq l-amministrazzjoni tal-programm u ma jiġġenerawx valur miżjud meta titqies in-natura tal-għotjiet mogħtija. |
(6) |
Sabiex tkun possibbli implimentazzjoni aktar mgħaġġla u aktar effikaċi tad-deċiżjonijiet ta’ għażla, huwa meħtieġ li l-proċedura konsultattiva tiġi sostitwita minn obbligu fuq il-Kummissjoni li mingħajr dewmien tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri dwar kwalunkwe miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE mingħajr l-għajnuna ta' kumitat, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 9(3) għandu jiġi mħassar. |
(2) |
L-Artikolu 10(2) għandu jiġi sostitwit b' dan li ġej: “2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9 u lill-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjonijiet l-oħra kollha ta' selezzjoni li tkun ħadet dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, fi żmien jumejn ta' xogħol mill-adozzjoni tad-deċiżjonijiet involuti. Din l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjonijiet u analiżi ta' l-applikazzjonijiet irċevuti, deskrizzjoni tal-proċedura ta' selezzjoni u ta' evalwazzjoni, u l-listi kemm tal-proġetti proposti għal finanzjament kif ukoll ta' dawk li ġew rifjutati.”. |
Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt ta' din id-Deċiżjoni sal-25 ta' Ġunju 2010.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Strażburgu, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
B. LE MAIRE
(1) ĠU C 224 , 30,8,2008, p. 113.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2008.
(3) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.