This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0916
2008/916/EC: Decision of the European Parliament and of the Council of 19 November 2008 on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund in accordance with point 28 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management
2008/916/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
2008/916/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
ĠU L 330, 9.12.2008, pp. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 330/16 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ Novembru 2008
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
(2008/916/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tagħha,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ aġġustament għall-globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (“il-Fond”) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg minħabba nuqqas ta’ xogħol għalihom u li jsofru l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. |
|
(3) |
L-Italja ippreżentat erba’ applikazzjonijiet għall-użu tal-Fond fir-rigward ta’ redundanxcies fis-settur tat-tessuti: fid-9 ta’ Awwissu 2007 għal Sardinja, fl-10 ta’ Awwissu 2007 għall-Piemonte, fis-17 ta’ Awwissu 2007 għal-Lombardia u fit-12 ta’ Frar 2008 għat-Toscana. Dawn l-applikazzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. |
|
(4) |
Il-Fond, għalhekk, għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 35 158 075 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Strasburgu, 19 ta’ Novembru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J.-P. JOUYET