Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0856

    2008/856/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2002/613/KE dwar iċ-ċentri approvati għall-ġbir tas-semen tal-porċini fil-Kanada u fl-Istati Uniti (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6473) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 302, 13.11.2008, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/856/oj

    13.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 302/26


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-6 ta’ Novembru 2008

    li temenda d-Deċiżjoni 2002/613/KE dwar iċ-ċentri approvati għall-ġbir tas-semen tal-porċini fil-Kanada u fl-Istati Uniti

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6473)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/856/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet tas-semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-porċini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/613/KE tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni tas-semen ta’ l-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-porċini (2) tistabilixxi lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-porċini u lista ta’ ċentri għall-ġbir tas-semen f’dawk il-pajjiżi terzi approvati għall-esportazzjoni ta’ dan is-semen fil-Komunità.

    (2)

    Il-Kanada u l-Istati Uniti kienu talbu li jsiru ċerti emendi għal-lista ta’ ċentri tal-ġbir ta’ semen approvati mid-Deċiżjoni 2002/613/KE f’dak li jirrigwardja d-dħul għal dawn il-pajjiżi.

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2002/613/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti għal din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness V tad-Deċiżjoni 2002/613/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Novembru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.

    (2)  ĠU L 196, 25.7.2002, p. 45.


    ANNESS

    L-Anness V għad-Deċiżjoni Nru 2002/613/KE jiġi emendat kif ġej:

    1)

    id-daħliet li ġejjin li jikkonċernaw lill-Kanada huma mneħħija:

    CA

    4-AI-05

    Centre d’insémination génétiporc

    77 rang des Bois-Francs sud

    Sainte-Christine-de-Port-neuf,

    Québec

    CA

    4-AI-05

    CIA des Castors

    317 Rang Ile aux Castors

    Ile Dupas

    Québec

    J0K 2P0

    CA

    5-AI-05

    Ontario Swine Improvement Inc

    P.O. Box 400

    Innerkip, Ontario

    CA

    6-AI-05

    Costwold Western Kanada Ltd

    17 Speers Road

    Winnipeg, Manitoba

    Location SW 27-18-2 EPM

    2)

    id-daħliet li ġejjin li jikkonċernaw lill-Istati Uniti huma mneħħija:

    US

    94OK001

    Pig Improvement Company – Oklahoma Boar Stud

    Rt. 1, 121 N Main St.

    Hennessey, OK

    US

    95IL001

    United Swine Genetics

    RR # 2

    Roanoke, IL

    US

    96AI002

    International Boar Semen

    30355 260th St.

    Eldora IA 50627

    US

    96AI002

    Pig Improvement Company – Wisconsin Aid Stud

    Route # 2

    Spring Green, WI


    Top