This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0804
2008/804/EC: Commission Decision of 17 October 2008 amending Decision 2004/211/EC as regards the entries for Brazil, Montenegro and Serbia in the list of third countries and parts thereof from which imports into the Community of live equidae and semen, ova and embryos of the equine species are authorised (notified under document number C(2008) 6024) (Text with EEA relevance)
2008/804/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta' Ottubru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tad-dħul tal-Brażil, il-Montenegro u s-Serbja fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6024) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/804/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta' Ottubru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tad-dħul tal-Brażil, il-Montenegro u s-Serbja fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6024) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 277, 18.10.2008, p. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659
18.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 277/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta' Ottubru 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tad-dħul tal-Brażil, il-Montenegro u s-Serbja fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6024)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/804/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni ta' equidae (1) minn pajjiżi terzi, u b'mod partikolari l-Artikoli 12(1) u 4, u l-fażi introduttorja tal-Artikolu 19 u l-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 19 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijoni li mhumiex suġġetti għall-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali kif stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 90/426/KEE tistipula kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità tal-equidae ħajjin. Hija tipprevedi li importazzjonijiet ta' equidae fil-Komunità huma awtorizzati biss minn pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorji tagħhom, li ilhom ħielsa mill-glanders għal perjodu ta' mill-inqas sitt xhur. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (3) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, jew partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tagħhom, u tindika l-kondizzjonijiet l-oħra applikabbli għal importazzjonijiet bħal dawn. Il-lista hija stipulata fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
L-enċefalomjelite ekwina tal-Veneżwela u l-glanders iseħħu f'partijiet tat-territorju tal-Brażil u għalhekk importazzjonijiet ta' equidae, u bħala konsegwenza s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, huma permessi biss għall-partijiet tat-territorju ħielsa mill-mard ta' dak il-pajjiż deskritti bħala “BR-1” fil-kolonna 4 tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE. L-Istat ta' São Paulo huwa inkluż ukoll f'dik il-lista. |
(4) |
F'Settembru 2008, il-Brażil innotifika lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) bil-konferma ta' każ ta' glanders f'żiemel fis-subborgi tal-Istat ta' São Paulo. Minħabba li dak l-Istat ma għadux ħieles mill-glanders, għandu jitħassar mil-lista stipulata fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE. |
(5) |
Minkejja dan, fid-dawl tal-informazzjoni u l-garanziji mogħtija mill-Brażil, huwa possibbli li għal perjodu ta' żmien jiġi permess minn parti tat-territorju tal-Istat ta' São Paulo d-dħul mill-ġdid ta' żwiemel irreġistrati wara esportazzjoni temporanja skont ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta' Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kondizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel irreġistrati għat-tiġrija, il-kompetizzjoni u l-okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (4). |
(6) |
Barra dan, il-lista stipulata fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tieħu inkunsiderazzjoni s-separazzjoni tat-territorji doganali tal-Montenegro u s-Serbja u dawk iż-żewġ pajjiżi terzi għandhom jiġu elenkati separatament, biex b'hekk jippermettu l-importazzjoni tal-equidae ħajjin, is-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom kemm mill-Montenegro kif ukoll mis-Serbja taħt l-istess kondizzjonijiet addizzjonali kif speċifikat bħalissa għas-“Serbja u l-Montenegro” f'dak l-Anness. |
(7) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE jiġi emendat kif ġej:
(1) |
l-entrata għall-Brażil tinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
l-entrata li ġejja għall-Montenegro tiddaħħal bejn l-entrata għall-Marokk u l-entrata għall-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja:
|
(3) |
l-entrata li ġejja għas-Serbja tiddaħħal bejn l-entrata għall-Qatar u l-entrata għar-Russja:
|
(4) |
l-entrata għas-Serbja u l-Montenegro titħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.
(2) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.