This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0784
2008/784/EC: Council Decision of 2 October 2008 establishing a separate liability of Montenegro and reducing proportionately the liability of Serbia with regard to the long-term loans granted by the Community to the State Union of Serbia and Montenegro (formerly the Federal Republic of Yugoslavia) pursuant to Decisions 2001/549/EC and 2002/882/EC
2008/784/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta’ Ottubru 2008 li tistabbilixxi passiv separat ta’ Montenegro u tnaqqas proporzjonalment il-passiv tas-Serbja fir-rigward ta’ self fit-tul mogħti mill-Komunità lill-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro (magħrufa qabel bħala r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja) skond id-Deċiżjonijiet 2001/549/KE u 2002/882/KE
2008/784/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta’ Ottubru 2008 li tistabbilixxi passiv separat ta’ Montenegro u tnaqqas proporzjonalment il-passiv tas-Serbja fir-rigward ta’ self fit-tul mogħti mill-Komunità lill-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro (magħrufa qabel bħala r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja) skond id-Deċiżjonijiet 2001/549/KE u 2002/882/KE
ĠU L 269, 10.10.2008, pp. 8–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
10.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 269/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-2 ta’ Ottubru 2008
li tistabbilixxi passiv separat ta’ Montenegro u tnaqqas proporzjonalment il-passiv tas-Serbja fir-rigward ta’ self fit-tul mogħti mill-Komunità lill-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro (magħrufa qabel bħala r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja) skond id-Deċiżjonijiet 2001/549/KE u 2002/882/KE
(2008/784/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/549/KE tas-16 ta’ Lulju 2001 li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (2), il-Komunità tat lir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja self fit-tul ta’ EUR 225 miljun biex tiżgura sitwazzjoni ta’ bilanċ tal-pagamenti sostenibbli u t-tisħiħ tal-pożizzjoni ta’ riżerva tal-pajjiż. Is-self tħallas bis-sħiħ f’pagament wieħed mill-Kummissjoni f’Ottubru 2001. |
|
(2) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/882/KE tal-5 ta’ Novembru 2002 li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (3), il-Komunità tat lir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja self fit-tul ta’ EUR 55 miljun biex tiżgura sitwazzjoni ta’ bilanċ tal-pagamenti sostenibbli u tisħiħ tal-pożizzjoni ta’ riżerva tal-pajjiż. Is-self tħallas bis-sħiħ mill-Kummissjoni fi tliet pagamenti rispettivament EUR 10 miljun fi Frar 2003, EUR 30 miljun f’Settembru 2003 u EUR 15-il miljun f’April 2005. |
|
(3) |
Skond il-Karta Kostituzzjonali ta’ l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro, adottata fl-4 ta’ Frar 2003, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja kienet ikkostitwita mill-ġdid bħala l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro. |
|
(4) |
Fit-3 ta’ Ġunju 2006, imsejjes fuq l-Artikolu 60 tal-Karta Kostituzzjonali ta’ l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro u skond ir-referendum tal-Montenegro tal-21 ta’ Mejju 2006, il-Parlament tal-Montenegro għamel dikjarazzjoni fuq l-indipendenza tal-pajjiż, li ddikjarat li l-Montenegro hu Stat indipendenti b’personalità legali sħiħa skond il-liġi internazzjonali. |
|
(5) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2006, il-Parlament tas-Serbja adotta deċiżjoni li ddefiniet is-Serbja bħala l-Istat suċċessur ta’ l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro. |
|
(6) |
Il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2006, ikkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Parlament tal-Montenegro u d-deċiżjoni tal-Parlament tas-Serbja u ddikjara li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kienu ddeċidew li jiżviluppaw aktar ir-relazzjonijiet mal-Montenegro bħala Stat sovran u indipendenti. |
|
(7) |
Fl-10 ta’ Lulju 2006, il-Montenegro u s-Serbja kellhom ftehim dwar ir-regolament tas-sħubija fl-organizzazzjonijiet finanzjarji internazzjonali u t-tqassim ta’ l-assi u l-passivi finanzjarji, skond liema s-self ta’ għajnuna makrofinanzjarja mogħti lir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja jew l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro se jissoktaw jitħallsu bil-proporzjon ta’ 90 % għas-Serbja u 10 % għall-Montenegro, sakemm ma jintużawx perċentwali oħra fuq il-bażi tal-prinċipji tal-benefiċjarju finali. |
|
(8) |
Il-Montenegro u s-Serbja, permezz tal-Bank Ċentrali tal-Montenegro u l-Bank Nazzjonali tas-Serbja, qegħdin jissoktaw iħallsu bis-sħiħ id-dejn għal obbligi li jitnisslu mill-operazzjonijiet tas-self Komunitarju. |
|
(9) |
Skond l-Appendiċi 4 għall-ftehim ta’ l-10 ta’ Lulju 2006 bejn il-Montenegro u s-Serbja, dejn totali ta’ EUR 6 703 388,62 li ġej mis-self ta’ għajnuna makrofinanzjarja ngħata lill-Montenegro. |
|
(10) |
Iż-żewġ pajjiżi qegħdin iħallsu d-dejn għall-obbligi skond it-tqassim 90:10 miftiehem bejniethom, għajr operazzjoni waħda li qegħda titħallas skond il-prinċipju tal-benefiċjarju finali (99.47 % għas-Serbja u 0.53 % għall-Montenegro). |
|
(11) |
B’kunsiderazzjoni għar-relazzjonijiet żviluppati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro bħala Stat indipendenti, b’mod partikolari s-Sħubija Ewropea stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/49/KE tat-22 ta’ Jannat 2007 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet fis-Sħubija Ewropea mal-Montenegro (4), u l-perjodu twil ta’ żmien li fih għandhom isiru l-ħlasijiet lura, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tieħu azzjoni xierqa biex tiżgura li l-passivi li ġejjin mis-self mogħti skond id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/549/KE u 2002/882/KE jinqasmu bejn il-Montenegro u s-Serbja fil-proporzjonijiet miftehma bilateralment bejn iż-żewġ pajjiżi. |
|
(12) |
Il-Montenegro u s-Serbja mhumiex se jkunu intitolati għal ħlas supplimentari ieħor ta’ l-għajnuna makrofinanzjarja skond din id-Deċiżjoni. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju qabel ma ressqet il-proposta tagħha. |
|
(14) |
It-Trattat ma jipprovdix għal poteri, għajr dawk fl-Artikolu 308 tiegħu, għall-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Il-Montenegro se jassumi passiv separat għall-ħlasijiet tal-prinċipal u ta’ l-interessi kif ukoll għal kwalunkwe nefqiet u spejjeż assoċjati mal-ħlas ta’ EUR 6 703 388,62 mis-self Komunitarju fit-tul ta’ total ta’ EUR 280 miljun imħallas lill-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro (dik li qabel kienet ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja) skond id-Deċiżjonijiet 2001/549/KE u 2002/882/KE.
2. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni hi awtorizzata wara konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, li tiffirma ftehim ta’ self ġdid ma’ l-awtoritajiet tal-Montenegro għall-ammonti mogħtija lill-Montenegro u essenzjalment bit-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-:
|
— |
Ftehim ta’ Self tas-17 ta’ Settembru 2001 bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, |
|
— |
Ftehim ta’ Self tat-13 ta’ Diċembru 2002 bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, |
|
— |
Ftehim ta’ Self Supplimentari tal-25 ta’ Lulju 2003 bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro, u |
|
— |
Ftehim ta’ Self Supplimentari tas-7 ta’ April 2005 bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro. |
B’mod partikolari, ir-rata ta’ interess u d-dati għall-ħlas ta’ interess u l-ħlas lura tal-prinċipal se jkunu l-istess bħal dawk stabbiliti fil-kuntratti tas-self annessi mal-ftehimiet li jirreferi għalihom dan il-paragrafu.
3. Din id-Deċiżjoni ma tintitola lill-Montenegro għal ebda ħlas supplimentari ta’ għajnuna makrofinanzjarja mill-Komunità.
Artikolu 2
1. Permezz tal-firma tal-ftehim ta’ self separat bejn il-Komunità u l-Montenegro msemmija fl-Artikolu 1(2), il-passivi tas-Serbja lill-Komunità fil-kapaċità tagħha bħala Stat suċċessur ta’ l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro se jitnaqqsu kif xieraq.
2. Il-Kummissjoni hi awtorizzata li tikkonkludi bl-arranġamenti tas-Serbja biex temenda l-ftehimiet tas-self eżistenti msemmija fl-Artikolu 1(2).
3. Din id-Deċiżjoni ma tintitola lis-Serbja għal ebda ħlas supplimentari ta’ għajnuna makrofinanzjarja mill-Komunità.
Artikolu 3
1. In-nefqiet u l-ispejjeż relatati kollha mġarrba mill-Komunità għall-konklużjoni u t-twettiq ta’ l-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 1 se jitħallsu mill-Montenegro.
2. In-nefqiet u l-ispejjeż relatati kollha mġarrba mill-Komunità għall-konklużjoni u t-twettiq ta’ l-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 2 se jitħallsu mis-Serbja.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fil-Lussemburgu, 2 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
X. BERTRAND
(1) Opinjoni tat-2 ta’ Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 197, 21.7.2001, p. 38.