Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0731

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà CHAD/4/2008 tat- 2 ta' Settembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà CHAD/1/2008 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u r-Repubblika Ċentru-Afrikana u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà CHAD/2/2008 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

    ĠU L 247, 16.9.2008, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/731/oj

    16.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 247/54


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ CHAD/4/2008

    tat-2 ta' Settembru 2008

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà CHAD/1/2008 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u r-Repubblika Ċentru-Afrikana u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà CHAD/2/2008 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

    (2008/731/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/677/PESK tal-15 ta' Ottubru 2007 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Afrikana Ċentrali (1) (Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà CHAD/1/2008 tat-13 ta' Frar 2008 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u r-Repubblika Ċentru-Afrikana (2) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà CHAD/2/2008 tat-18 ta' Marzu 2008 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (3),

    Billi:

    (1)

    B'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-kontribut mir-Repubblika tal-Kroazja mill-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE u l-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea, il-kontribut mir-Repubblika tal-Kroazja għandu jiġi aċċettat.

    (2)

    Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà CHAD/1/2008 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Kontributi ta' Stati Terzi

    B'segwitu għall-Konferenzi dwar il-Ħolqien ta' Forza u konsultazzjonijiet oħrajn, il-kontributi mir-Repubblika ta' l-Albanija, il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Kroazja għandhom jiġu aċċettati għall-operazzjoni militari ta' l-UE fir-Repubblika taċ-Ċad u r-Repubblika Ċentru-Afrikana.”

    Artikolu 2

    L-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà CHAD/2/2008 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

    “ANNESS

    LISTA TA' STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

    ir-Repubblika ta' l-Albanija

    il-Federazzjoni Russa

    ir-Repubblika tal-Kroazja”.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Settembru 2008.

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    C. ROGER


    (1)  ĠU L 279, 23.10.2007, p. 21.

    (2)  ĠU L 56, 29.2.2008, p. 64.

    (3)  ĠU L 107, 17.4.2008, p. 60.


    Top