Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0648

    2008/648/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta’ Lulju 2008 li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    ĠU L 213, 8.8.2008, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/648/oj

    8.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 213/38


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-15 ta’ Lulju 2008

    li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    (2008/648/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/524/KE (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Ġermaniż,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

    Billi post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew msemmi hawn fuq sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Ludolf VON WARTENBERG,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sur Bernd DITTMANN, Direttur Eżekuttiv tal-Federazzjoni ta’ l-Industriji Ġermaniżi BDI, huwa maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu li fadal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BARNIER


    (1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.


    Top