Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0647

2008/647/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta’ Lulju 2008 dwar il-ħatra ta’ membru Finlandiż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

ĠU L 213, 8.8.2008, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/647/oj

8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Lulju 2008

dwar il-ħatra ta’ membru Finlandiż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2008/647/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/651/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Finlandiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi post ta’ membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar battal wara r-riżenja tas-Sur Eero LEHTI,

IDDEĊIEDA LI:

Artikolu 1

Is-Sur Thomas PALMGREN, Rappreżentant għall-Affarijiet Internazzjonali, Suomen Yrittäjät (Federazzjoni ta’ l-Intrapriżi Finlandiżi), hu maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 342). Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/622/KE, Euratom (ĠU L 253, 28.9.2007, p. 39).


Top