Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0639

    2008/639/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar xi miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3882) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 207, 5.8.2008, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/639/oj

    5.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 207/30


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-30 ta’ Lulju 2008

    li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar xi miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3882)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/639/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jiggvernaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/994/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar xi miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina (2) tapplika għall-prodotti kollha li joriġinaw mill-annimali importati miċ-Ċina u intenzjonati għall-konsum mill-bniedem jew għall-għalf ta’ l-annimali.

    (2)

    Skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness akkompanjati b’dikjarazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti Ċiniża li tistqarr li kull kunsinna kienet soġġetta, qabel ma ntbagħtet, għal test kimiku biex ikun żgurat li l-prodotti ikkonċernati ma jippreżentawx xi periklu għal saħħet il-bniedem. Dan it-test għandu jitwettaq, b’mod partikolari, bil-ħsieb li tiġi osservata l-preżenza tal-chloramphenicol u n-nitrofuran u l-metaboliti tiegħu.

    (3)

    L-awtorità kompetenti Ċiniża pprovdiet il-pjan ta’ monitoraġġ tal-fdalijiet xieraq għat-tjur intenzjonati għall-esportazzjoni fil-Komunità. Il-pjan ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjani tal-monitoraġġ tal-fdalijiet issottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (3).

    (4)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni reċentement ivverifikat, fil-post, il-miżuri ta’ monitoraġġ applikati biex jiġu kkontrollati tal-fdalijiet ta’ mediċini veterinarji fit-tjur u r-riżultat ta’ din il-verifika kien favorevoli.

    (5)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (4) il-Provinċja ta’ Xandong fiċ-Ċina ngħatat l-awtorizzazzjoni li timporta fl-UE prodotti tal-laħam tat-tjur ittrattati bis-sħana.

    (6)

    Il-prodotti tal-laħam tat-tjur għandhom għalhekk jiġu inklużi fil-lista tal-prodotti stabbilita fil-Parti II ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni 2002/994/KE u din id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata skond dan.

    (7)

    L-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur miċ-Ċina fil-Komunità hi mingħajr dannu għall-miżuri sanitarji oħra adottati għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika jew ta’ l-annimali.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fil-Parti II ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni 2002/994/KE, qed jiġi miżjud l-inċiż li ġej:

    “—

    prodotti tal-laħam tat-tjur”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

    (2)  ĠU L 348, 21.12.2002, p. 154. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/463/KE (ĠU L 160, 19.6.2008, p. 34).

    (3)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 189, 27.5.2004, p. 33. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/407/KE (ĠU L 143, 3.6.2008, p. 49).

    (4)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.


    Top