This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0635
2008/635/EC: Commission Decision of 22 July 2008 on imports of semen, ova and embryos of the ovine and caprine species into the Community as regards lists of third countries and of semen collection centres and embryo collection teams, and certification requirements (notified under document number C(2008) 3625) (Text with EEA relevance)
2008/635/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Lulju 2008 dwar importazzjonijiet ta’ semen, ova u embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini fil-Komunità fir-rigward ta’ listi ta’ pajjiżi terzi u ta’ ċentri tal-ġbir tas-semen u timijiet tal-ġbir ta’ l-embrijuni, u rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3625) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/635/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Lulju 2008 dwar importazzjonijiet ta’ semen, ova u embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini fil-Komunità fir-rigward ta’ listi ta’ pajjiżi terzi u ta’ ċentri tal-ġbir tas-semen u timijiet tal-ġbir ta’ l-embrijuni, u rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3625) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 206, 2.8.2008, pp. 17–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010
|
2.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 206/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Lulju 2008
dwar importazzjonijiet ta’ semen, ova u embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini fil-Komunità fir-rigward ta’ listi ta’ pajjiżi terzi u ta’ ċentri tal-ġbir tas-semen u timijiet tal-ġbir ta’ l-embrijuni, u rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3625)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/635/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistipula rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ l-annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali stipulati f’regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari fl-Artikolu 17(2)(b), fl-Artikolu 17(3), fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 18(1), u fil-frażi introduttorja u l-punt (b) ta’ l-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali stipulati fl-atti Komunitarji speċifiċi msemmija fiha. Id-Direttiva tipprovdi wkoll għall-istabbiliment ta’ lista ta’ dawk il-pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, li jistgħu jipprovdu garanziji ekwivalenti għal dawk ipprovduti fil-Kapitolu II tagħha, li minnhom l-Istati Membri jistgħu jimportaw is-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini. |
|
(2) |
Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula wkoll il-ħolqien ta’ lista ta’ ċentri tal-ġbir tas-semen u l-embrijuni f’pajjiżi terzi, li għalihom dawk il-pajjiżi terzi jistgħu jagħtu l-garanziji msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Madankollu, fir-rigward taċ-ċentri tal-ġbir għall-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini, għar-raġuni tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, u b’kunsiderazzjoni tan-nomenklatura internazzjonali, huwa iktar xieraq li jintuża t-terminu “timijiet għall-ġbir ta’ l-embrijuni” minflok “ċentri tal-ġbir” f’dak il-każ. |
|
(4) |
Id-Direttiva 92/65/KEE tgħid li s-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini li għandhom jiġu importati fil-Komunità jridu jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikati tas-saħħa, li l-mudelli tagħhom għandhom jiġu stabbiliti skond dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula wkoll it-twaqqif tal-garanziji jew ir-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali speċifiċi ekwivalenti għal dawk imsemmija f’dik id-Direttiva, għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ semen, ova u embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/63/KE tal-31 ta’ Jannar 1994 li telenka lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini, u l-importazzjonijiet ta’ l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi tal-porċini (2) tgħid li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini mill-pajjiżi terzi li jidhru fil-lista fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 79/542/KEE (3), li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ annimali ħajjin ta’ l-ispeċi ovini u kaprini. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 94/63/KE issa ġiet irrevokata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/636/KE (4). |
|
(8) |
Għalhekk, din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini. |
|
(9) |
Il-listi taċ-ċentri tal-ġbir tas-semen u t-timijiet għall-ġbir ta’ l-embrijuni li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw importazzjonijiet tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini, li joriġinaw fil-pajjiżi terzi, għandhom jiġu stabbiliti wkoll minn dik id-Deċiżjoni. |
|
(10) |
L-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 92/65/KEE jistipula l-proċedura ta’ l-emendi għal-listi taċ-ċentri tal-ġbir tas-semen u t-timijiet għall-ġbir ta’ l-embrijuni li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini. Il-listi emendati għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni (5). |
|
(11) |
Għall-fini tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, ir-rekwiżiti li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-ovini u l-kaprini għat-tgħammir, u r-reġimi ta’ testijiet speċifiċi għal dawk l-annimali, stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-ovini u l-kaprini (6), għandhom jitqiesu fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet tas-semen ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini u l-kaprini elenkat f’din id-Deċiżjoni. |
|
(12) |
Il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini u l-kaprini intenzjonati għat-tgħammir huma stipulati fid-Deċiżjoni 79/542/KEE. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni wkoll fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet tas-semen ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini u l-kaprini elenkat f’din id-Deċiżjoni. |
|
(13) |
Ċerti mardiet infettivi ta’ l-annimali ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini u l-kaprini jiġu trażmessi mis-semen. Għalhekk, testijiet partikolari fuq is-saħħa ta’ l-annimali li jidentifikaw tali mardiet għandhom jitwettqu skond programmi ta’ testijiet speċifiċi li jirriflettu l-movimenti tad-donaturi qabel, u matul, il-perjodu tal-ġbir tas-semen. Dawk it-testijiet u l-programmi tat-testijiet għandhom ikunu skond l-istandards internazzjonali u għalhekk għandhom ikunu indikati fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għal importazzjonijiet tas-semen ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini u l-kaprini elenkat f’din id-Deċiżjoni. |
|
(14) |
Għandhom jitqiesu wkoll id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistipulaw ir-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (7) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 546/2006 tal-31 ta’ Marzu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-marda scrapie u garanziji addizzjonali u li jidderogaw minn ċerti rekwiżiti tad-Deċiżjoni 2003/100/KE u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1874/2003 (8). |
|
(15) |
Il-kundizzjonijiet sanitarji għall-ġbir, l-ipproċessar, il-ħżin u t-trasport ta’ l-ova u l-embrijuni u l-kundizzjonijiet tas-saħħa applikati għad-donaturi nisa huma stipulati fil-Kapitoli III u IV ta’ l-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti garanziji addizzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tas-sorveljanza veterinarja uffiċjali tat-timijiet għall-ġbir ta’ l-embrijuni f’din id-Deċiżjoni. |
|
(16) |
Fl-interessi taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, huwa xieraq li f’din id-Deċiżjoni tiġi elenkata lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ ċentri approvati għall-ġbir tas-semen li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fil-Komunità tas-semen ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini u l-kaprini, lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ timijiet approvati għall-ġbir ta’ l-embrijuni li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ l-ova u l-embrijuni ta’ dawk l-ispeċi, u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni relatati ma’ tali importazzjonijiet sabiex dawn ir-rekwiżiti kollha jinġabru taħt att wieħed. |
|
(17) |
Fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi stipulati fil-punt 7(b) tal-Kapitolu IX(B) ta’ l-Appendiċi 2 ta’ l-Anness 11 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-Kummerċ tal-Prodotti Agrikoli (9), kif approvat mid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, ta’ l-4 ta’ April 2002 mal-konklużjoni ta’ seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera (10). Għalhekk, għall-konsenji ta’ semen, ova jew embrijuni ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini jew tal-kaprini mill-Iżvizzera għall-Komunità, iċ-ċertifikati pprovduti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/388/KE tad-19 ta’ Settembru 1995 li tiddetermina l-kampjun taċ-ċertifikat għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini (11) għandhom japplikaw, kif adottati b’konformità ma’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(18) |
Fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi u ta’ l-attestazzjonijiet tal-mudell tas-saħħa li jistgħu jiġu stipulati skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji biex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika u ta’ l-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali (12), kif approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE (13). |
|
(19) |
Fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti, għandhom jitqiesu wkoll ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi u ta’ l-attestazzjonijiet tal-mudell tas-saħħa li jistgħu jiġu stipulati skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ fl-annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali (14), kif approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE (15). |
|
(20) |
Il-miżuri elenkati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Importazzjonijiet tas-semen
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen ta’ l-ispeċi ovini u kaprini, miġbura f’pajjiż terz u f’ċentru approvat għall-ġbir tas-semen, elenkati fl-Anness I, u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali stipulati fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa fl-Anness II.
Artikolu 2
Importazzjonijiet ta’ l-ova u l-embrijuni
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini, miġbura f’pajjiż terz u minn tim approvat għall-ġbir ta’ l-embrijuni, elenkati fl-Anness III, u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali stipulati fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa fl-Anness IV.
Artikolu 3
Applikabilità
Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Settembru 2008.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).
(2) ĠU L 28, 2.2.1994, p. 47. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/211/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).
(3) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/61/KE (ĠU L 15, 18.1.2008, p. 33).
(4) Ara paġna 32 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(5) http://circa.europa.eu/irc/sanco/vets/info/data/semen/semen.html
(6) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(7) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 571/2008 (ĠU L 161, 20.6.2008, p. 4).
(9) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
(10) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.
(11) ĠU L 234, 3.10.1995, p. 30. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/43/KE (ĠU L 20, 22.1.2005, p. 34).
(12) ĠU L 71, 18.3.1999, p. 3.
(13) ĠU L 71, 18.3.1999, p. 1.
(14) ĠU L 57, 26.2.1997, p. 5.
(15) ĠU L 57, 26.2.1997, p. 4. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 1999/837/KE (ĠU L 332, 23.12.1999, p. 1).
ANNESS I
Lista ta’ pajjiżi terzi u ċentri approvati għall-ġbir tas-semen li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini u tal-kaprini
|
Kodiċi ta’ l-ISO |
Isem tal-Pajjiż terz |
Numru ta’ l-approvazzjoni taċ-ċentru |
Isem iċ-ċentru |
Indirizz taċ-ċentru |
Data ta’ l-approvazzjoni taċ-ċentru |
Rimarki |
|||||||||||||||||||||||
|
Deskrizzjoni tat-territorju (jekk ikun xieraq) |
Garanziji addizzjonali |
||||||||||||||||||||||||||||
|
AU |
L-Awstralja |
|
|
|
|
|
Il-garanziji addizzjonali fir-rigward ta’ l-ittestjar stipulati fil-punti II.4.8 u II.4.9 taċ-ċertifikat fl-Anness II huma obbligatorji. |
||||||||||||||||||||||
|
CA |
Il-Kanada |
|
|
|
|
It-territorju kif deskritt fl-Ewwel Parti ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 79/542/KEE (kif emendat l-aħħar). |
Il-garanzija addizzjonali fir-rigward ta’ l-ittestjar stipulata fil-punt II.4.8 taċ-ċertifikat fl-Anness II hija obbligatorja. |
||||||||||||||||||||||
|
CH |
L-Iżvizzera |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
CL |
Iċ-Ċilì |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
GL |
Greenland |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
HR |
Il-Kroazja |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
IS |
L-Iżlanda |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
NZ |
New Zealand |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
PM |
Saint Pierre and Miquelon |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
US |
L-Istati Uniti |
|
|
|
|
|
Il-garanzija addizzjonali fir-rigward ta’ l-ittestjar stipulata fil-punt II.4.8 taċ-ċertifikat fl-Anness II hija obbligatorja. |
||||||||||||||||||||||
|
Noti
|
|||||||||||||||||||||||||||||
ANNESS II
Mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni tas-semen ta’ l-ispeċi ovini u kaprini
ANNESS III
Lista ta’ pajjiżi terzi u timijiet approvati għall-ġbir ta’ l-embrijuni li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini
|
Kodiċi ta’ l-ISO |
Isem tal-pajjiż terz |
Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tim |
Isem tat-tim |
Indirizz tat-tim |
Data ta’ l-approvazzjoni tat-tim |
Rimarki |
|||||||||||||||||||||||
|
Deskrizzjoni tat-territorju (jekk ikun xieraq) |
Garanziji addizzjonali |
||||||||||||||||||||||||||||
|
AU |
L-Awstralja |
|
|
|
|
|
Il-garanziji addizzjonali fir-rigward ta’ l-ittestjar stipulati fil-punti II.5.1 u II.5.2 taċ-ċertifikat fl-Anness IV huma obbligatorji. |
||||||||||||||||||||||
|
CA |
Il-Kanada |
|
|
|
|
It-territorju kif deskritt fl-Ewwel Parti ta’ l-Anness I għad-Deċiżjoni 79/542/KEE |
Il-garanzija addizzjonali fir-rigward ta’ l-ittestjar stipulata fil-punt II.5.2 taċ-ċertifikat fl-Anness IV hija obbligatorja. |
||||||||||||||||||||||
|
CH |
L-Iżvizzera |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
CL |
Iċ-Ċilì |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
GL |
Greenland |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
HR |
Il-Kroazja |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
IS |
L-Iżlanda |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
NZ |
In-New Zealand |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
PM |
Saint Pierre and Miquelon |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
US |
L-Istati Uniti |
|
|
|
|
|
Il-garanzija addizzjonali fir-rigward ta’ l-ittestjar stipulata fil-punt II.5.2 taċ-ċertifikat fl-Anness IV hija obbligatorja. |
||||||||||||||||||||||
|
Noti
|
|||||||||||||||||||||||||||||
ANNESS IV
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni ta’ l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini