EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0570

2008/570/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta' Lulju 2008 dwar il-ħatra ta’ membru Portugiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

ĠU L 183, 11.7.2008, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/570/oj

11.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 183/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Lulju 2008

dwar il-ħatra ta’ membru Portugiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

(2008/570/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/651/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Portugiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi, konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Eduardo Manuel NOGUEIRA CHAGAS, sar vakanti post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sur Florival ROSA LANÇA, huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-bqija tal-perijodu tal-mandat, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

C. LAGARDE


(1)  ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/622/KE, Euratom (ĠU L 253, 28.9.2007, p. 39).


Top