This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0569
2008/569/EC,Euratom: Council Decision of 27 June 2008 appointing three Judges of the European Union Civil Service Tribunal
2008/569/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-kunsill tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li taħtar tliet Imħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea
2008/569/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-kunsill tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li taħtar tliet Imħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea
ĠU L 183, 11.7.2008, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2014
11.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 183/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Ġunju 2008
li taħtar tliet Imħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea
(2008/569/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea, u b’mod partikolari, l-Artikolu 225 A tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari, l-Artikolu 140 B tiegħu,
Billi:
(1) |
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”) ġie stabbilit mid-Deċiżjoni 2004/752/KE, Euratom (1). L-imsemmija Deċiżjoni żiedet, għal dan l-għan, Anness mal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ l-“Anness I għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja”). |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2005/150/KE, Euratom (2), il-Kunsill stipula l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet għall-preżentazzjoni u l-ipproċessar tal-kandidaturi bil-ħsieb tal-ħatra ta’ l-Imħallfin għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kif previst fl-Anness I, l-Artikolu 3(2) ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2005/49/KE, Euratom (3), il-Kunsill stabbilixxa r-regoli tal-funzjonament tal-kumitat previst fl-Artikolu 3(3), ta’ l-Anness I ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”). |
(4) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2005/151/KE, Euratom (4) il-Kunsill ħatar il-membri tal-Kumitat. |
(5) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2005/577/KE, Euratom (5), il-Kunsill, wara li kkonsulta l-Kumitat, ħatar is-seba’ Mħallfin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Skond l-Artikolu 2 ta’ l-imsemmija Deċiżjoni, tlieta minn fost dawn l-Imħallfin inħatru għal perijodu ta’ tliet snin, bejn l-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2008. Konsegwentement għall-għażla bix-xorti li saret mill-President tal-Kunsill matul il-laqgħa tat-12 ta’ Ottubru 2005, il-funzjonijiet ta’ l-Imħallfin Irena BORUTA, Horstpeter KREPPEL u Sean VAN RAEPENBUSCH ser jintemmu fit-30 ta’ Settembru 2008 (6). |
(6) |
Is-sejħa pubblika għall-kandidaturi għall-ħatra ta’ tliet imħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2014 ġiet ippubblikata fis-7 ta’ Diċembru 2007 (7). Il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-kandidaturi skada fil-25 ta’ Jannar 2008. Ġew irreġistrati tlieta u ħamsin kandidatura, kompriżi dawk tat-tliet imħallfin li ser jispiċċaw. |
(7) |
Il-Kumitat iltaqa’ fit-3 u fl-4 ta’ Marzu kif ukoll fid-9 u l-10 ta’ April 2008. Fi tmiem il-ħidma tiegħu, hu ffinalizza l-opinjoni u l-lista previsti fl-Artikolu 3(4) ta’ l-Anness I ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-lista fiha sitt kandidati. |
(8) |
Skond ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 225 A tat-Trattat KE u r-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 140B tat-Trattat, l-imħallfin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huma maħtura mill-Kunsill. |
(9) |
Konsegwentement, għandhom jinħatru tlieta mill-persuni inklużi fil-lista hawn fuq imsemmija, waqt li jiġi żgurat li jkun hemm kompożizzjoni ekwilibrata tat-Tribunal fuq bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri u fir-rigward tas-sistemi legali nazzjonali rappreżentati, kif previst fl-Artikolu 3(1) ta’ l-Anness I ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
(10) |
Id-deċiżjoni sabiex jiġu maħtura għal mandat ġdid it-tliet imħallfin li ser jintemmilhom il-mandat tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku hija meħuda mill-Kunsill filwaqt li jieħu kont tal-ħidma eċċezzjonali li huma wettqu matul mandat effettiv ta’ sentejn. Fl-ebda każ dan ma jikkostitwixxi preċedent, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura Mħallfin tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ sitt snin, mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2014:
— |
Irena BORUTA, |
— |
Horstpeter KREPPEL, |
— |
Sean VAN RAEPENBUSCH. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) ĠU L 333, 9.11.2004, p. 7.
(3) ĠU L 21, 25.1.2005, p. 13.
(5) ĠU L 197, 28.7.2005, p. 28.
(6) ĠU C 262, 21.10.2005, p. 1.
(7) ĠU C 295, 7.12.2007, p. 26.